7.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Visoki trgovački sud Republike Hrvatske (il-Kroazja) fit-8 ta’ Settembru 2021 – Financijska agencija vs HANN-INVEST d.o.o.

(Kawża C-554/21)

(2022/C 222/10)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Visoki trgovački sud Republike Hrvatske

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Financijska agencija

Konvenut: HANN-INVEST d.o.o.

Domanda preliminari

Jista’ jiġi kkunsidrat li r-regola stabbilita fit-tieni parti tal-ewwel sentenza u fit-tieni sentenza tal-Artikolu 177(3) tas-Sudski poslovnik (ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qrati), li tipprevedi li “[q]uddiem qorti tat-tieni istanza, kawża hija kkunsidrata magħluqa fid-data meta tintbagħat id-deċiżjoni mill-uffiċċju tal-imħallef, wara li tirritorna l-kawża mid-dipartiment tar-Reġistru. Sa mid-data minn meta jirċievi l-proċess, id-dipartiment tar-Reġistru għandu jibagħtu lura lill-uffiċċju tal-imħallef fl-iqsar żmien possibbli. Sussegwentement, id-deċiżjoni għandha tintbagħat f’terminu ġdid ta’ tmint’ijiem”, hija konformi mal-Artikolu 19(1) TUE u mal-Artikolu 47 tal-Karta?