20.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 240/34


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2020 – Hypo Vorarlberg Bank vs SRB

(Kawża T-336/20)

(2020/C 240/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hypo Vorarlberg Bank AG (Bregenz, l-Awstrija) (rappreżentanti: G. Eisenberger u A. Brenneis, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tad-19 ta’ Marzu 2020 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante dovuti minn Banco Cooperativo Español S.A., minn Hypo Vorarlberg Bank AG (preċedentement Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG) u minn Portigon AG għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena 2016 (SRB/ES/2020/16) (“Decision of the Single Resolution Board of 19 March 2020 on the calculation of the 2016 ex-ante contributions due by Banco Cooperativo Español S.A., Hypo Vorarlberg Bank AG (formerly: Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG), and Portigon AG to the Single Resolution Fund (SRB/ES/2020/16)”), inklużi l-annessi, u dan fi kwalunkwe każ sa fejn din id-deċiżjoni, flimkien mal-annessi tagħha, tikkonċerna l-ammont li r-rikorrenti għandha tħallas, u

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa bbażat fuq erba’ motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-479/19, Hypo Vorarlberg Bank vs SRB (1).


(1)  ĠU 2019, C 305, p. 58.