29.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 148/33 |
Appell ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2019 minn Unichem Laboratories Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-705/14: Unichem Laboratories vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-166/19 P)
(2019/C 148/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Unichem Laboratories Ltd (rappreżentanti: F. Carlin, Barrister, M. Healy, Solicitor, B. Hoorelbeke, advocaat, S. Mobley, Solicitor, H. Sheraton, Solicitor, A. Robertson QC)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza kkontestata fl-intier tagħha; |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha sa fejn tirrigwarda Unichem; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha stess u dawk ta’ Unichem fir-rigward ta’ din il-proċedura u l-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Unichem tissottometti li l-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi:
— |
L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi billi kkonkludiet li l-Kummissjoni għandha ġurisdizzjoni li tindirizza deċiżjoni taħt Artikolu 101(1) TFUE lil Unichem billi: Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat it-test legali għad-determinazzjoni ta’ entità waħda ekonomika; u Il-Qorti Ġenerali wettqet żball li Unichem kienet direttament responsabbli bħala ko-firmatarja tal-ftehim dwar soluzzjonijiet. |
— |
It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi billi ma applikatx it-test ta’ neċessità oġġettiva f’BAT. |
— |
It-tielet nett, fil-każ li ftehimiet dwar soluzzjonijiet jaqgħu taħt l-Artikolu 101 TFUE, il-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi billi kkaratterizzat b’mod żbaljat il-ftehim dwar soluzzjonijiet ta’ Niche bħala ksur “minħabba l-għan”. |
— |
Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja d-dmir li tagħti raġunijiet meta caħdet l-interpretazzjoni ta’ Unichem tal-ftehim dwar soluzzjonijiet mingħajr ma indirizzat l-argumenti legali tagħha. |
— |
Il-ħames nett, il-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi billi kkonkludiet li Niche u Unichem kienu kompetitur potenzjal ta’ Servier. |
— |
Is-sitt nett, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju fundamentali ta’ ugwaljanza fit-trattament billi ttrattat lil Unichem u Niche b’mod differenti għal ġeneriċi f’sitwazzjonijiet simili u kkaratterizzat b’mod żbaljat il-ftehim dwar soluzzjonijiet ta’ Niche bħala ksur “minħabba l-għan” tal-Artikolu 101(1) TFUE. |
— |
Is-seba’ nett, il-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi billi ma rrikonoxxietx li l-ftehim dwar soluzzjonijiet issodisfa l-kriterji ta’ eżenzjoni taħt l-Artikolu 101(3) TFUE. |
— |
It-tmien nett, il-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi billi applikat b’mod żbaljat it-test legali biex jiġi ddeterminat ksur tad-drittijiet tad-difiża ta’ Unichem u Niche u/jew il-prinċipju ta’ proċeduri amministrattivi sodi. |