KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
SHARPSTON
ippreżentati fit-12 ta’ Lulju 2012 ( 1 )
Kawża C-152/11
Johann Odar
vs
Baxter Deutschland GmbH
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgericht München (il-Ġermanja))
“Ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol — Projbizzjoni kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età u d-diżabbiltà — Kompatibbiltà ta’ miżuri nazzjonali li jippermettu li l-ħaddiema li qed joqorbu lejn l-età tal-irtirar jiġu esklużi minn jew li jirċievu benefiċċji mnaqqsa previsti taħt pjan soċjali ta’ kunsill tax-xogħol”
|
1. |
F’dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari mill-Arbeitsgericht München (il-Qorti tax-Xogħol, München), il-Qorti tal-Ġustizzja qed tiġi mitluba tiddeċiedi jekk il-miżuri nazzjonali ( 2 ) li jikkonċernaw l-allowance imħallsa lill-ħaddiema mogħtija s-sensja humiex preklużi mid-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE ( 3 ). Taħt dawn il-miżuri, il-ħaddiema li qed joqorbu lejn l-età tal-irtirar (li hija iktar baxxa għal persuni li jbatu minn diżabbiltà) jistgħu jiġu esklużi minn (jew jirċievu allowance imnaqqsa taħt) skema ta’ benefiċċji mmirata sabiex ittaffi l-konsegwenzi tas-sensja. |
I – Id-dritt tal-UE
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea
|
2. |
L-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ( 4 ) jipprojbixxi d-diskriminazzjoni, inter alia, abbażi tal-età u d-diżabbiltà. |
Id-Direttiva 2000/78/KE
|
3. |
Il-premessi li ġejjin huma rilevanti:
[…]
[…]
[…]
|
|
4. |
L-Artikolu 1 jipprovdi li l-iskop tad-Direttiva 2000/78 huwa “li tniżżel parametru ġenerali biex tikkumbatti diskriminazzjoni fuq bażi ta’ reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-impjieg u x-xogħol, bi skop li timplimenta fl-Istati Membri il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament”. |
|
5. |
L-Artikolu 2 jistipula: “1. Għall-iskop ta’ din id-Direttiva, “il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament” għandu jfisser li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta għall-ebda raġuni msemmija fl-Artikolu 1.. 2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1:
|
|
6. |
L-Artikolu 3 jġib l-isem “Il-kamp ta’ applikazzjoni” Dan jipprovdi: “1. Fil-limiti tal-kompetenzi konferiti lill-Komunità, din id-Direttiva għandha tapplika għall-persuni kollha, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat, inklużi korpi pubbliċi, f’dak li jirrigwarda: […]
[…]” |
|
7. |
Id-differenzi fit-trattament fuq kwalunkwe waħda mir-raġunijiet ipprojbiti taħt id-Direttiva jistgħu jkunu ġġustifikati jekk jaqgħu taħt l-eċċezzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 2(5), l-Artikolu 3(4), l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 6(1) ( 6 ). |
|
8. |
L-Artikolu 6 jġib it-titlu “Il-ġustifikazzjoni għal trattament differenti fuq bażi ta’ età”. L-Artikolu 6(1) jipprovdi: “1. Minkejja l-Artikolu 2(2), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li trattament differenti fuq bażi ta’ età m’għandux jikkostitwixxi diskriminazzjoni, jekk, fil-kuntest tal-liġi nazzjonali, hu objettivament u raġonevolment iġġustifikat b’għan leġittimu, inkluża politika leġittima ta’ l-impjieg, tas-suq tax-xogħol u ta’ objettivi ta’ taħriġ professjonali, u jekk il-mezzi biex jintlaħqu dawk l-għanjiet ikunu approprjati u neċessarji. Dan it-trattament differenti jista’ b’mod partikolari jinkludi:
|
|
9. |
L-Artikolu 16 jgħid: “l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li:
huma, jew jistgħu jiġu, ddikjarati nulli u bla effett jew jiġu emendati.” |
|
10. |
L-Artikolu 18 jipprovdi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva: “L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Diċembru 2003 jew jistgħu jafdaw l-imsieħba soċjali, fuq talba konġunta tagħhom, bl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għar-rigward ta’ dispożizzjonijet dwar ftehim kollettiv. F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, mhux aktar tard mit-2 ta’ Diċembru 2003, l-imsieħba soċjali jintroduċu l-miżuri neċessarji bi ftehim, u l-Istati Membri kkoncernati jkunu meħtieġa jieħdu l-miżuri neċessarji biex fi kwalunkwe ħin ikunu f’pożizzjoni li jigarantixxu r-riżultati imposti minn din id-Direttiva […]” |
II – Leġiżlazzjoni nazzjonali
Il-Betriebsverfassungsgesetz
|
11. |
Il-paragrafi 111 sa 113 tal-Betriebsverfassungsgesetz (Liġi dwar l-organizzazzjoni ta’ negozji) (iktar ’il quddiem “il-BetrVG”) jirrikjedu li jiġu implementati arranġamenti sabiex jittaffew il-konsegwenzi negattivi fuq il-ħaddiema li jirriżultaw minn operazzjoni għar-ristrutturar ta’ impriża. ( 7 ) Għaldaqstant, min iħaddem u l-kunsilli tax-xogħol huma obbligati li jikkonkludu pjanijiet soċjali għal dan il-għan ( 8 ). |
L-Allgemeines Gleichbehandlungsgesetz
|
12. |
L-Allgemeines Gleichbehandlungsgesetz (il-Liġi Ġenerali dwar it-trattament ugwali) tal-14 ta’Awwissu 2006 (iktar ’il quddiem “l-AGG” jew “il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni”) ittrasponiet id-Direttiva fil-liġi nazzjonali. |
|
13. |
Il-paragrafu 10 jġib l-isem: “Trattament differenti permissibbli abbażi tal-età”. Dan jipprovdi: “Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 8 ( 9 ), differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età hija awtorizzata wkoll meta hija oġġettivament u raġonevolment iġġustifikata b’għan leġittimu. Il-mezzi implementati sabiex jintlaħaq dan l-għan għandhom ikunu xierqa u neċessarji. Dawn id-differenzi ta’ trattament jistgħu b’mod partikolari jinkludu: […] (6) differenzi fil-benefiċċji fil-“pjanijiet soċjali”, skont it-tifsira tal-[BetrVG], meta l-partijiet ikunu stabbilixxew regoli differenzjati ta’ allowances li huma mfassla abbażi tal-età jew it-tul ta’ snin ta’ servizz u li jagħmlu enfasi fuq il-possibbiltajiet tal-persuni kkonċernati li jsibu impjieg fis-suq fis-suq tax-xogħol, li jiddependu essenzjalment fuq l-età, jew jekk il-partijiet ikunu eskludew mill-benefiċċji tal-pjan soċjali ħaddiema li huma finanzjament koperti għax huma intitolati għal pensjoni, wara li jirċievu allowances tal-qgħad meta jkunu applikabbli.” |
Leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali
|
14. |
Fir-rigward tal-pensjonijiet tal-Istat, il-paragrafu 235 tal-Ktieb VI tas-Sozialgesetzbuch (il-Kodiċi Ġermaniża tas-Sigurtà Soċjali: “Ktieb SGB VI”) jipprovdi li (jekk ikun wettaq l-obbligu tal-kontribuzzjonijiet) ħaddiem ikun eliġibbli għal pensjoni tal-irtirar nazzjonali sħiħa fl-età ta’ 65 sena (iktar ’il quddiem l-età standard tal-irtirar ( 10 )). Taħt il-paragrafu 236a tal-Ktieb SGB VI (kif kien japplika fiż-żmien inkwistjoni), ħaddiema b’diżabbiltà serja kienu intitolati li jieħdu pensjoni kmieni fl-età ta’ 60 sena ( 11 ). F’ċerti ċirkustanzi oħra, ħaddiem ikun kapaċi jieħu pensjoni mnaqqsa qabel ma jilħaq l-età ta’ 65 sena. Għaldaqstant, l-irtirar kmieni jista’ jittieħed ukoll fl-età ta’ 63 sena jekk ikunu saru biżżejjed kontribuzzjonijiet. |
|
15. |
Sabiex ikun eliġibbli għal benefiċċji tal-qgħad, ħaddiem qiegħed għandu jissodisfa ċerti kundizzjonijiet (inkluż ir-rekwiżit tal-kontribuzzjonijiet) u għandu jkun irreġistrat bħala li qiegħed attivament ifittex ix-xogħol. L-Istat iħallas benefiċċji tal-qgħad standard (Arbeitslosengeld I) ( 12 ) sa massimu ta’ 60% tas-salarju nett li kellu preċedentement il-ħaddiem (l-ammont jiżdied għal 67% jekk ikun qed jieħu ħsieb tfal taħt it-18–il sena). Il-ħlas isir għal perijodu limitat stabbilit skont l-età tal-ħaddiem u t-tul taż-żmien li fuqu saru l-kontribuzzjonijiet. ( 13 ). |
Il-Kündigungsschutzgesetz
|
16. |
Il-Kündigungsschutzgesetz (il-Liġi dwar il-protezzjoni kontra s-sensja) (iktar ’il quddiem “il-KSchG”) tistabbilixxi regoli dwar l-għażla ta’ impjegati għas-sensja. Sabiex sensja tkun legali, għandha tkun “soċjalment iġġustifikata” taħt il-paragrafu 1(2) tal-KSchG. Il-paragrafu 1(3) jipprovdi li sensja ma jkollhiex ġustifikazzjoni soċjali meta min iħaddem jonqos milli jikkunsidra t-tul tas-servizz, l-età, l-obbligi ta’ manteniment u/jew diżabbiltà serja tal-impjegat waqt il-proċess tal-għażla għas-sensja. |
Il-pjan soċjali
|
17. |
Fit-30 ta’ April 2004 Baxter Deutschland GmbH (iktar ’il quddiem “Baxter”) u l-kunsill tax-xogħol rilevanti ( 14 ) qablu fuq Vorsorglichen Sozialplan (pjan soċjali ta’ kontinġenza — effettivament, pjan ta’ sensja), li l-paragrafu 6(1) tiegħu huwa mogħti t-titolu “Allowances mat-terminazzjoni tal-impjieg (minbarra f’każijiet ta’ “irtirar kmieni”)”. Dan jipprovdi: “1. 1 Il-ħaddiema … li jitiltqu minn [Baxter] (minħabba sensja għal raġunijiet operazzjonali jew bi ftehim reċiproku), għandhom jirċievu allowance gross taxxabbli f’euro skont il-formula li ġejja: Allowance = (fattur tal-età x tul tas-servizz ( 15 ) x ħlas gross fix-xahar).” Se nirreferi għas-somma ġġenerata b’dan il-kalkolu bħala “l-allowance skont il-formula standard”. Taħt il-paragrafu 6(1.2), il-lista ta’ fatturi tal-età tiżdied gradwalment minn 0.35 fl-età ta’ 18–il sena għal 1.75 fl-età ta’ 57 sena, imbagħad taqa’ għal 1.70 fl-età ta’ 58 sena qabel ma tkompli tonqos drastikament mill-età ta’ 58 sena ’il quddiem sakemm tilħaq 0.30 fl-età ta’ 64 sena. Il-paragrafu 6(1.5) jgħid: “Fil-każ ta’ ħaddiema li għandhom iżjed minn 54 sena u li jingħataw is-sensja fuq bażijiet operazzjonali jew bi ftehim reċiproku, il-[allowance skont il-formula standard] jiġi pparagunat ma’ dak iġġenerat mill-formula li ġejja: (Xhur sal-iżjed bidu bikri possibbli tal-pensjoni x 0.85 x ħlas gross fix-xahar).” Se nirreferi għas-somma ġġenerata minn dan il-kalkolu alternattiv bħala “l-allowance skont il-formula speċjali” u nirreferi għall-effetti tagħha bħala “il-massimu”. Il-paragrafu 6(1.5) ikompli: “Jekk [l-allowance skont il-formula standard] ikun ikbar mill-[allowances skont il-formula speċjali] għandu jitħallas l-iżgħar ammont. Madankollu, l-ammont iżgħar ma għandux ikun inqas minn nofs l-[allowance skont il-formula standard]. Jekk il-figura mogħtija mill-[allowance skont il-formula speċjali] tkun żero, nofs l-[allowance skont il-formula standard] ikun pagabbli.” Ser nirreferi għal dan l-arranġament bħala l-“fattur ta’ korrezzjoni”. |
|
18. |
Pjan soċjali supplimentari ġie mitfiehem fit-13 ta’ Marzu 2008 ( 16 ). Il-paragrafu 7 ta’ dan il-pjan soċjali huwa intitolat “Allowance” u jgħid “L-impjegati koperti b’dan il-pjan soċjali u li r-relazzjoni tal-impjieg tagħhom tintemm b’konsegwenza ta’ bidla operazzjonali għandhom jirċievu l-benefiċċji li ġejjin: “7.1 Allowance: L-impjegati ser jirċievu [l-allowances skont il-formula standard] 7.2 Kjarifika: Fir-rigward tal-paragrafu 6(1.5) tal-pjan soċjali kontinġenti, il-partijiet jaqblu dwar il-kjarifika li ġejja: “l-iżjed bidu bikri possibbli tal-pensjoni” tfisser id-data li fiha l-impjegat jista’ għall-ewwel darba jitlob waħda mill-pensjonijiet tal-irtirar statutorji, inkluża pensjoni bi tnaqqis abbażi tal-fatt li ttieħdet kmieni.” |
III – Il-fatti, il-proċedura u d-domandi preliminari
|
19. |
J. Odar twieled fil-25 ta’ Lulju 1950. Huwa miżżewweġ b’żewġt itfal dipendenti. Huwa rikonoxxut bħala li għandu diżabbiltà serja ( 17 ). Kien impjegat ma’ Baxter (u/jew il-predeċessuri legali tagħha) mis-17 ta’April 1979. Dr Odar kien id-direttur tal-marketing ta’ Baxter qabel it-terminazzjoni tal-impjieg tiegħu. |
|
20. |
Wara deċiżjoni biex iċċaqlaq l-operat tagħha minn Heidelberg għal München-Unterschleissheim, Baxter informat lil Dr Odar li kien qed jingħata s-sensja permezz ta’ ittra tal-25 ta’ April 2008. Baxter offriet lil Dr Odar il-kontinwu tal-impjieg fl-uffiċċju l-ġdid. L-arranġamenti kienu jinkludu perijodu ta’ prova estiż, li matulu seta’ jiddeċiedi jekk l-arranġamenti l-ġodda kinux aċċettabbli jew le. J. Odar inizjalment aċċetta dik il-pożizzjoni, iżda mbagħad ta l-avviż biex jittermina l-impjieg tiegħu b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2009. |
|
21. |
Il-qorti nazzjonali tispjega li taħt il-paragrafu 236a tal-Ktieb SGB VI Dr Odar huwa intitolat li jitlob pensjoni tal-irtirar (imnaqqsa) għal persuni b’diżabbiltà serja mhux qabel ma jilħaq l-età ta’ 60 sena (fil-każ tiegħu, mill-1 ta’ Awwissu 2010) ( 18 ). |
|
22. |
Wara t-terminazzjoni tal-impjieg ta’ J. Odar ( 19 ) Baxter ħallsitu allowance ta’ EUR 308,253.31 (gross). Skont il-qorti nazzjonali, l-allowance ġiet kkalkolata taħt il-paragrafu 6(1.1) sa (1.5) tal-pjan soċjali bil-mod segwenti ( 20 ). L-ewwel nett, l-allowance skont il-formula standard ġiet ikkalkolata kif ġej: (allowance = 1.7 (fattur tal-età) x 29.71 sena (tul tas-servizz) x 12,210.47 (salarju gross fix-xahar)). Dan iġġenera figura ta’ EUR 616 506.83. Madankollu, peress li Dr Odar kellu 58 sena fiż-żmien inkwistjoni huwa waqa’ taħt il-paragrafu 6(1.5) tal-pjan soċjali. L-allowance skont il-formula speċjali ġiet għaldaqstant ikkalkolata kif ġej: 19 (xhur sal-iżjed bidu bikri possibbli tal-pensjoni) x 0.85 x 12,210.47 (salarju gross fix-xahar). L-applikazzjoni ta’ din il-formula ġġenerat figura ta’ EUR 197,199.09. Baxter imbagħad applikat l-elementi li kien għad fadal tal-paragrafu 6(1.5) sabiex tiżgura li J. Odar jirċievi mill-inqas 50% tal-allowance skont il-formula standard li kien ikun dovut lilu, u għaldaqstant ħallsitu EUR 308,253.31 gross. |
|
23. |
J. Odar fetaħ proċeduri kontra Baxter fit-30 ta’ Ġunju 2010. Huwa jsostni li l-kalkolu tal-allowance dovuta lilu taħt il-pjan soċjali jiddiskrimina kontrih minħabba l-età u d-diżabbiltà tiegħu. J. Odar għaldaqstant isostni li huwa intitolat għal allowance supplimentari ta’ EUR 271 988.88 (gross), li jikkorrispondi mad-differenza bejn l-allowance li fil-fatt tħallset lilu u l-ammont li kien jirċievi kieku kellu 54 sena (bil-perijodu tas-servizz li jkun l-istess) fid-data tat-terminazzjoni tal-impjieg tiegħu. |
|
24. |
L-Arbeitsgericht München tqis li t-talba tqajjem kwistjonijiet ta’ dritt tal-UE u għaldaqstant issospendiet il-proċeduri u għamlet id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
|
25. |
Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub għan-nom ta’ J. Odar, Baxter, il-Gvern Ġermaniż u l-Kummissjoni Ewropea. Il-partijiet instemgħu waqt is-seduta tat-18 ta’ April 2012. |
IV – Analiżi
Osservazzjonijiet preliminari
|
26. |
Id-domandi preliminari tal-qorti tar-rinviju huma marbuta kemm ma’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali (paragrafu 10(6) tal-AGG) li jista’ jagħti l-każ li hija koperta mill-Artikoli 2(2)(b)(i) u 6(1) tad-Direttiva u mal-pjan soċjali speċifiku fis-seħħ f’Baxter. Jista’ jkun utli, mill-bidu, li jiġi ċċarat b’mod preċiż x’għandu jew ma għandux jifforma parti mir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domandi preliminari. |
|
27. |
Ir-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa, ovvjament, ristrett li tagħti deċiżjoni awtoritattiva dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-UE inkwistjoni. Madankollu, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tidderoga mill-prinċipju ta’ trattament ugwali tagħti livell ta’ latitudni lill-imsieħba soċjali. Id-domanda ta’ jekk l-interpretazzjoni korretta tad-dritt tal-UE tipprekludix din il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tistax titwieġeb b’mod astratt. Għandha tikkunsidra x’jiġri meta l-imsieħba soċjali jaqblu fuq pjan soċjali speċifiku li jkollu effett fuq persuna speċifika (hawnhekk, J. Odar). Jidhirli li l-analiżi għandha, għaldaqstant, tkopri l-kwistjonijiet li ġejjin (li mhux kollha huma kwistjonijiet għall-Qorti tal-Ġustizzja). |
|
28. |
L-ewwel nett, il-pjan soċjali jipproduċi konsegwenzi li huma preklużi mill-Artikoli 1 u 2(1) tad-Direttiva u li ma humiex koperti mid-derogi fl-Artikoli 2(2)(b)(i) u 6(1)? Sabiex tingħata tweġiba għal din il-mistoqsija, huwa meħtieġ li wieħed jikkunsidra d-dettalji speċifiċi ta’ dan il-pjan u r-riżultati li jiġġenera. F’dan li ġej, għaldaqstant se neżamina kif jaħdem il-pjan, inħares lejn ir-riżultati prodotti bl-applikazzjoni ta’ dan il-pjan għal J. Odar u nistaqsi jekk dawn ir-riżultati humiex preklużi mid-Direttiva. Il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompletament kompetenti li tilħaq konklużjoni u twieġeb għal din il-mistoqsija, għalkemm jista’ jkun hemm ċerti kwistjonijiet addizzjonali ta’ fatt li jeħtieġu li jiġu indirizzati jew ikkonfermati mill-qorti nazzjonali. |
|
29. |
It-tieni nett, il-pjan soċjali ta’ Baxter huwa permess mill-paragrafu 10(6) tal-AGG? Din hija, essenzjalment, kwistjoni ta’ dritt nazzjonali li trid titwieġeb mill-qorti nazzjonali ( 22 ).. |
|
30. |
It-tielet nett, jekk il-pjan soċjali tat-tip implementat minn Baxter huwa permess taħt id-dritt nazzjonali, id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-UE jipprekludu din il-leġiżlazzjoni nazzjonali? Hawnhekk, ir-risposta finali neċessarjament tikkombina komponenti tar-risposti għaż-żewġ passi ta’ qabel tal-analiżi. Jekk id-dritt tal-UE, korrettament interpretat, jipprekludi pjan soċjali li jipproduċi ċerti riżultati speċifiċi u jekk id-dritt nazzjonali jitratta dan il-pjan bħala legali, jirriżulta li interpretazzjoni korretta tad-Direttiva tipprekludi leġiżlazzjoni implementattiva nazzjonali ta’ dan it-tip, peress li tippermetti livell mhux xieraq ta’ flessibbiltà lill-imsieħba soċjali fit-tfassil tal-pjanijiet soċjali individwali u għaldaqstant tippermetti li jkun hemm qbil li l-pjanijiet soċjali, filwaqt li permessi taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali, madankollu jiġġeneraw riżultati li huma preklużi mid-Direttiva. |
Id-domandi preliminari 3 u 4
|
31. |
Id-domandi preliminari 3 u 4 għandhom l-għan li jaċċertaw jekk il-projbizzjoni tad-Direttiva kontra d-diskriminazzjoni abbażi tal-età u/jew id-diżabbiltà tipprekludix regola fi pjan soċjali li tipprovdi li l-benefiċċji mħallsa lill-ħaddiema li laħqu l-età ta’ 54 u fuqhom għandhomx jiġu determinati abbażi tal-eqreb data possibbli għal dritt għal pensjoni (il-kalkolu skont il-formula speċjali). |
|
32. |
Id-Direttiva għandha l-għan li tipprovdi qafas ġenerali li jikkombatti d-diskriminazzjoni fl-“impjieg u x-xogħol” abbażi ta’ raġunijiet li jinkludu l-età u d-diżabbiltà. Mill-Artikolu 3(1)(ċ) jirriżulta li dan japplika “għall-persuni kollha, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat […] f’dak li jirrigwarda […] il-kundizzjonijiet għall-impjieg u tax-xogħol, inklużi sensji u paga”. Naqbel mal-qorti nazzjonali li l-pjan soċjali jaqa’ taħt l-ambitu tad-Direttiva għax jolqot il-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-ħaddiema, b’mod partikolari fir-rigward tas-sensja u l-paga. |
|
33. |
Skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva, il-“prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament” għandu jfisser li li ma għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni diretta jew indiretta bbażata fuq waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1. L-Artikolu 2(2)(a) jgħid li, għall-finijiet tal-paragrafu 1, diskriminazzjoni diretta sseħħ meta persuna tiġi trattata b’mod inqas favorevoli minn persuna oħra li hija, li kienet jew ser tiġi trattata f’sitwazzjoni paragunabbli. Id-diskriminazzjoni indiretta hija ddefinita fl-Artikolu 2(2)(b) bħala waħda li tkopri sitwazzjonijiet “fejn dispożizzjoni, kriterju jew prattika apparentement newtrali tkun tqiegħed persuni li għandhom [...] diżabilità ( 23 ), età partikolari, […] fi żvantaġġ partikolari a paragun ma’ persuni oħra […]” |
|
34. |
Id-Direttiva tagħmel distinzjoni bejn diskriminazzjoni diretta u indiretta. Id-diskriminazzjoni indiretta ma titqiesx li seħħet jekk it-trattament inkwistjoni jaqa’ taħt l-ambitu tal-Artikolu 2(2)(b)(i). Id-diskriminazzjoni diretta bbażata fuq l-età hija legali jekk taqa’ taħt l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva. Ma hemmx dispożizzjoni ekwivalenti li sservi bħala ġustifikazzjoni għad-diskriminazzjoni diretta bbażata fuq id-diżabbiltà ( 24 ). |
|
35. |
Dr Odar isostni li l-pjan soċjali huwa direttament diskriminatorju fir-rigward tal-età u jwassal għal diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq id-diżabbiltà. |
|
36. |
Fl-opinjoni tiegħi, il-pjan soċjali huwa applikat għal J. Odar bil-mod segwenti. |
|
37. |
L-allowance attwali ta’ Dr Odar ġiet iddeterminata taħt il-pjan soċjali minn tliet fatturi: il-kalkolu skont il-formula standard, il-kalkolu skont il-formula speċjali u l-fattur ta’ korrezzjoni ( 25 ). |
Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età
|
38. |
Il-kalkolu tal-formula standard iwassal għal diskriminazzjoni diretta bbażata fuq l-età. Fattur tal-età dejjem ikbar, li iżda qed jiżdied b’mod mhux uniformi huwa attribwit għal ħaddiema ikbar li jaħdmu sa (u inkluż) l-età ta’ 57, li f’dan ir-rigward jirċievu trattament iżjed favorevoli minn ħaddiema iżgħar. Madankollu, dan l-aspett ma huwiex il-kwistjoni fil-kawża prinċipali. Huwa t-tnaqqis sussegwenti tal-fattur tal-età li jwassal għad-differenza fit-trattament taħt il-pjan soċjali kif applikat għal J. Odar ( 26 ).. Meta t-tul tas-servizz u l-ħlas ikunu ugwali, l-allowance pagabbli tvarja direttament u biss skont l-età tal-ħaddiem, għax dawn iż-żewġ elementi huma multiplikati bil-fattur tal-età ( 27 ). |
|
39. |
Fil-każ ta’ Dr Odar, il-ħlas tas-sensja tiegħu kien ikkalkolat fl-età ta’ 58 sena li għalih il-fattur tal-età huwa ta’ 1.7. Sa fejn kien suġġett għal fattur tal-età iktar baxx milli kieku kellu 57 sena, J. Odar ġie trattat inqas favorevolment minn kif ħaddiem ieħor sena iżgħar minnu (li kellu l-istess tul ta’ servizz u salarju) kien jiġi trattat (jekk l-affarijiet l-oħra kollha jkunu l-istess). |
|
40. |
Id-differenza bejn il-fatturi tal-età ta’ 1.75 u 1.7 hija żgħira. L-iżvantaġġ finanzjarju li jirriżulta minn din id-differenza huwa inqas milli kien ikun kieku (pereżempju) J. Odar kellu l-età ta’ 59 sena fid-data tas-sensja. Madankollu, hemm differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età taħt il-paragrafu 6(1.1) u (1.2) tal-pjan soċjali. |
|
41. |
Il-kalkolu skont il-formula speċjali (is-suġġett tad-domandi preliminari 3 u 4) ġie mbagħad applikat għall-allowance ta’ J. Odar. L-effett kien li jillimita l-allowance għal 85% tas-salarju gross li kien ikun pagabbli lilu bejn id-data tas-sensja u l-eqreb data ta’ pensjoni tal-irtirar (dejjem jekk jiġi kkunsidrat li s-salarju fix-xahar ma kienx jinbidel matul dak il-perijodu). |
|
42. |
Il-qorti nazzjonali tosserva li l-massimu japplika biss mill-età ta’ 54 sena u tistaqsi jekk dan jistax jikkostitwixxi diskriminazzjoni bbażata fuq l-età. Baxter offriet żewġ spjegazzjonijiet. Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, Baxter tgħid li r-raġuni għala l-kalkolu japplika mill-età ta’ 54 sena hija biss li huwa matematikament impossibbli li dan ikollu effett fuq l-ammont prodott mill-kalkolu tal-formula standard f’età iżgħar. Fis-seduta, Baxter spjegat li l-iżgħar età ta’ pensjoni kienet inqas (minn meta J. Odar ingħata s-sensja) fiż-żmien li fih il-pjan soċjali ta’ kontinġenza ġie konkluż. Kull waħda miż-żewġ spjegazzjonijiet tista’ tkun korretta. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tagħmel din l-evalwazzjoni. Bħala kwistjoni ta’ matematika, sakemm ma jkunx possibbli li wieħed jibda jaħdem ma’ Baxter qabel l-età ta’ 18-il sena jew li wieħed jirċievi pensjoni tal-irtirar qabel l-età ta’ 60 sena, l-ewwel spjegazzjoni ta’ Baxter tidher korretta. Jekk waħda minn dawn il-parametri ma hijiex korretta (hija l-qorti nazzjonali li trid tivverifika dawn il-kwistjonijiet), il-kalkolu tal-formula speċjali jista’ jaffetwa l-ammont prodott mill-kalkolu tal-formula standard f’punt preċedenti. Jekk dan ikun il-każ, jerġa’ jkun hemm diskriminazzjoni diretta bbażata fuq l-età. |
|
43. |
Fir-rigward tal-iżjed preżunzjoni (plawsibbli) li l-ispjegazzjoni ta’ Baxter hija korretta, il-fatt li ssemmiet b’mod speċifiku l-età ta’ 54 sena fil-pjan soċjali huwa irrilevanti. Il-kalkolu skont il-formula speċjali jista’ jiġi applikat fi kwalunkwe età iżda ser jiġġenera biss effett mill-età ta’ 54 sena. F’dak il-każ, il-fatt li ssemmiet l-“età ta’ 54 sena” fil-pjan soċjali ma jintroduċi l-ebda differenzjament attwali bbażat fuq l-età — hija sempliċement kwistjoni ta’ abbozzar mhux magħmul bi ħsieb li jagħti l-impressjoni li hemm differenzjament. Għaldaqstant, il-kalkolu tal-formula speċjali, fih innifsu, ma jwassalx għal diskriminazzjoni diretta bbażata fuq l-età. |
Diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabbiltà
|
44. |
Issa ser inħares lejn l-effett tal-applikazzjoni tal-kalkolu skont il-formula speċjali għall-ħlas tas-sensja ta’ J. Odar (i) ibbażat fuq l-età pensjonabbli ta’ 65 sena u (ii) ibbażat fuq l-età pensjonabbli ta’ 60 sena. Fl-ewwel każ, il-kalkolu skont il-formula speċjali ma jaffettwax l-ammont tal-ħlas tas-sensja. Fit-tieni każ, l-effett tal-applikazzjoni tal-kalkolu skont il-formula speċjali huwa drastiku, b’mod li inizjalment inaqqas l-allowance pagabbli b’iżjed minn żewġ terzi, għalkemm it-tnaqqis finali huwa limitat għal nofs billi jiġi applikat il-fattur ta’ korrezzjoni. Dan huwa r-riżultat dirett tal-applikazzjoni tal-età pensjonabbli ta’ 60 sena, minflok 65 sena. Il-fatt li l-kalkolu li sar hawnhekk kien ibbażat fuq l-età pensjonabbli iżjed baxxa huwa r-riżultat dirett tad-diżabbiltà ta’ J. Odar. |
|
45. |
Il-Gvern Ġermaniż isostni li ma hemmx diskriminazzjoni taħt il-pjan soċjali b’rabta ma’ ħaddiema b’diżabbiltà, peress li huma eliġibbli għal pensjoni fl-età ta’ 60 sena u għaldaqstant ma humiex paragunabbli ma’ ħaddiema li ma għandhomx diżabbiltà li huma intitolati għal pensjoni ta’ 65 sena. Id-differenza fl-età pensjonabbli minima bejn dawk iż-żewġ gruppi hija distinzjoni oġġettiva. Il-Gvern Ġermaniż imbagħad jibbaża fuq is-sentenzi Bird’s Eye Walls ( 28 ) u Hlozek ( 29 ) biex jikkonkludi li sitwazzjonijiet oġġettivament differenti ma għandhomx jiġu trattati bl-istess mod. |
|
46. |
Ma naqbilx mar-raġunament tal-Gvern Ġermaniż. |
|
47. |
Jidhirli li ż-żewġ gruppi jinkludu ħaddiema li jistgħu jkunu jixtiequ li jkomplu jaħdmu sal-età tal-irtirar standard (65), li iżda qed jaffaċċjaw is-sensja. Fl-opinjoni tiegħi, iż-żewġ kategoriji għaldaqstant huma paragunabbli. |
|
48. |
Barra minn hekk, il-pożizzjoni f’din il-kawża hija differenti minn dik fis-sentenzi Bird’s Eye Walls u Hlozek, sa fejn “il-pensjoni ta’ tranżizzjoni” inkwistjoni f’dawn iż-żewġ sentenzi tħallset biss lill-ħaddiema li kienu waslu viċin l-età tal-irtirar statutorja. Il-pensjoni ta’ tranżizzjoni fis-sentenza Hlozek tħallset lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja wara ristrutturar tal-impriża li kienet timpjegahom. Il-pensjoni tħallset lin-nisa sal-età ta’ 50 sena u lill-irġiel sa 55 sena. Il-ħlas tal-pensjoni ta’ tranżizzjoni kien konness mal-età tal-irtirar, sa fejn in-nisa kienu intitolati għal pensjoni tal-irtirar sal-età ta’ 55 sena filwaqt li l-irġiel kellhom jistennew sal-età ta’ 60 sena. Il-Qorti tal-Ġustizzja qalet li l-iffissar tal-etajiet differenti għall-għoti ta’ pensjoni ta’ tranżizzjoni pprovda mekkaniżmu newtrali li kkonferma n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni. Għaldaqstant, l-irġiel u n-nisa ma kinux f’sitwazzjonijiet identiċi u l-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom għaldaqstant ma tqisux li huma paragunabbli ( 30 ). |
|
49. |
F’din il-kwistjoni, l-allowance tingħata bħala prinċipju lill-ħaddiema kollha. Il-prossimità għall-irtirar hija rilevanti biss għall-applikazzjoni tal-kalkolu skont il-formula speċjali. Jirriżulta li l-paragun hawnhekk huwa bejn żewġ ħaddiema li ngħataw is-sensja. B’differenza mis-sitwazzjoni fis-sentenzi Bird’s Eye Walls u Hlozek ( 31 ) , ma huwiex paragun ibbażat fuq l-età li jwassal għall-eliġibbiltà għall-għoti ta’ benefiċċju mal-għoti tas-sensja. |
|
50. |
Hekk, il-ħaddiema b’diżabbiltà huma trattati b’mod inqas favorevoli minn ħaddiema li ma għandhomx diżabbiltà għax huma eliġibbli għal pensjoni fl-età ta’ 60 sena minflok 65 sena. Għal kwalunkwe età partikolari, l-ewwel komponent fil-kalkolu skont il-formula speċjali (xhur għall-eqreb età pensjonabbli) dejjem ikun iktar baxx għal ħaddiema b’diżabbiltà milli għal ħaddiema mhux b’diżabbiltà tal-istess età. |
|
51. |
Għaldaqstant, il-kalkolu skont il-formula speċjali apparentement newtrali jwassal għal diskriminazzjoni indiretta fir-rigward tal-ħaddiema b’diżabbiltà. L-effett tad-diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq id-diżabbiltà huwa li (i) ħaddiem b’diżabbiltà li jingħata s-sensja fl-età ta’ 58 sena jirċievi kunsiderevolment inqas minn impjegat tal-istess età, bl-istess salarju u bl-istess tul ta’ servizz, li ma għandux diżabbiltà; (ii) il-ħaddiem b’diżabbiltà aktarx li jkun inqas kapaċi fiżikament li jsib impjieg ġdid minn ħaddiem mingħajr diżabbiltà u jkollu ħtieġa finanzjarja ikbar għall-kumplament ta’ ħajtu jekk ikun obbligat li jaċċetta livell ta’ pensjoni mnaqqas ( 32 ) u (iii) ikun b’mod sinjifikattiv orħos li jingħataw is-sensja impjegati b’diżabbiltà milli dawk mingħajr diżabbiltà, u allura l-ħaddiema b’diżabbiltà huma potenzjalment iżjed suxxettibbli li jingħataw is-sensja ( 33 ). |
|
52. |
Għalhekk inqis li l-pjan soċjali jwassal għal diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq id-diżabbiltà sa fejn dispożizzjoni li tidher newtrali (xhur sal-ewwel bidu possibbli tal-pensjoni) fil-paragrafu 6(1.5) tal-pjan soċjali tirriżulta fi żvantaġġ (inqas allowance) għal ħaddiema b’diżabbiltà li huma eliġibbli li jirtiraw fl-età ta’ 60 sena meta pparagunati ma’ impjegati li ma għandhomx diżabbiltà li ma humiex eliġibbli għal pensjoni sal-età standard (65). |
|
53. |
Il-qorti tar-rinviju tispjega li huwa possibbli li wieħed jirtira kmieni minħabba raġunijiet oħra, pereżempju fl-età ta’ 63 sena ( 34 ). Din ma hijiex kwistjoni kkontestata fil-kawża prinċipali u tirrikjedi kunsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ dritt nazzjonali. Għaldaqstant ma huwiex meħtieġ għall-Qorti tal-Ġustizzja li tikkunsidraha. |
Ġustifikazzjoni għall-finijiet tad-Direttiva
|
54. |
Taħt l-Artikolu 2(2)(b)(i) tad-Direttiva, id-diskriminazzjoni indiretta tista’ titqies li ma sseħx jekk it-trattament inkwistjoni huwa oġġettivament iġġustifikata bi skop leġittimu u l-mezzi biex jinkiseb dan l-għan ikunu xierqa u meħtieġa. |
|
55. |
Addizzjonalment, id-diskriminazzjoni diretta bbażata fuq l-età (iżda mhux fuq raġunijiet oħra, bħad-diżabbiltà) hija permissibbli jekk tkun koperta bl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva. Dik id-dispożizzjoni tagħti lill-Istati Membri marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ fit-twaqqif tal-politika tal-impjieg tagħhom u tippermettilhom li jistabbilixxu kundizzjonijiet partikolari dwar is-sensja meta dawn jimplementaw għanijiet leġittimi li jiġġustifikaw trattament li inkella jkun diskriminatorju bbażat fuq l-età ( 35 ). Il- premessa 25 fil-preambolu tad-Direttiva tenfasizza fil-fatt li huwa “essenzjali li jkun hemm distinzjoni bejn id-differenzi fi trattament li huma ġġustifikati, b’mod partikulari minn politika leġittima ta’ impjieg, objettivi tas-suq tax-xogħol u taħriġ professjonali, u diskriminazzjoni li għandha tiġi pprojbita”. |
|
56. |
Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2(2)(b)(i) u l-Artikolu 6(1) ma huwiex identiku ( 36 ). Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja qalet li minkejja li hemm differenza fil-kliem taż-żewġ dispożizzjonijiet (l-Artikolu 2(2)(b)(i) jgħid li “[…] dispożizzjoni […] [tkun] oġġettivament [iġġustifikata] minn skop leġittimu […]” billi l-Artikolu 6(1) jipprovdi li d-differenzi fit-trattament abbażi tal-età ma jikkostitwixxux diskriminazzjoni jekk dawn “[…] huma objettivament u raġonevolment [iġġustifikati] b’għan leġittimu [...]”), huwa inkonċepibbli li differenza fit-trattament tista’ tkun iġġustifikata b’għan leġittimu b’mezzi xierqa u meħtieġa, iżda dik il-ġustifikazzjoni ma tkunx raġonevoli ( 37 ). |
– Għan leġittimu
|
57. |
Id-dritt għax-xogħol u l-projbizzjoni kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età u/jew id-diżabbiltà huma stabbiliti bħala drittijiet fundamentali taħt il-Karta ( 38 ). Peress li l-ġustifikazzjoni taħt l-Artikoli 2(2)(b)(i) u 6(1) tad-Direttiva hija deroga mill-prinċipji ġenerali tan-nondiskriminazzjoni, iż-żewġ dispożizzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti b’mod strett ( 39 ). Barra minn hekk, minkejja d-diskrezzjoni wiesgħa tagħhom fi kwistjonijiet ta’ politika soċjali, l-Istati Membri jġorru l-piż li jistabbilixxu sa standard ta’ provi għoli l-leġittimità ta’ kwalunkwe għan (jew għanijiet) segwiti ( 40 ). |
|
58. |
Meta l-miżura nazzjonali inkwistjoni ma tispeċifikax l-għan segwit, elementi oħra meħuda mill-kuntest ġenerali tagħha jistgħu jintużaw biex jidentifikaw l-għan sottostanti għall-finijiet ta’ reviżjoni mill-qrati ta’ jekk ir-regola nazzjonali kkonċernata hijiex leġittima u jekk hijiex proporzjonali ( 41 ). |
|
59. |
Il-qorti nazzjonali tindika li l-għan tal-pjan soċjali huwa li jippermetti lill-imsieħba soċjali li jqassmu l-fondi limitati fost il-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja. Dan huwa intiż li jiżgura li kwalunkwe allowance ittaffi l-konsegwenzi immedjati tas-sensja billi tipprovdi pagament li jgħin lill-ħaddiema jimxu lejn is-sors ta’ dħul żgur li jmiss, u li jsir għoti iżjed ġeneruż għal ħaddiema iżgħar. Dawn tal-aħħar huma meqjusa li għandhom bżonn iktar għax, b’differenza minn ħaddiema ikbar li jqarrbu l-età tal-irtirar, ma għandhomx sors ta’ dħul futuri li huwa ċarament identifikabbli. |
|
60. |
Peress li fondi limitati biss huma disponibbli li jitqassmu fost il-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, l-għan li jsir għoti iżjed ġeneruż għal dawk li huma meqjusa li huma iżjed fil-bżonn huwa ċarament fl-interess ġenerali iżjed milli “motivi purament individwali li japplikaw għas-sitwazzjoni ta’ min iħaddem, bħat-tnaqqis tal-ispejjeż jew it-titjib tal-kompetittività” ( 42 ). Għaldaqstant, naċċetta dan bħala għan leġittimu. |
|
61. |
Fid-dawl tal-leġittimità tal-għan, il-pjan soċjali huwa xieraq u meħtieġ? Fi kliem ieħor, il-pjan soċjali huwa mezz xieraq biex jinkisbu l-għanijiet segwiti (tranżizzjoni tal-perijodu bejn is-sensja u d-dħul li jmiss tal-ħaddiem, billi jkun hemm għoti iżjed ġeneruż lil ħaddiema iżgħar li (b’differenza minn impjegati ikbar li qed iqarrbu l-età tal-irtirar) ma għandhomx sors ta’ dħul żgur u identifikabbli fil-futur)? U dawn l-għanijiet jistgħu jintlaħqu b’mezzi inqas diskriminatorji? |
– Il-pjan soċjali huwa mezz xieraq biex jintlaħqu dawn l-għanijiet?
|
62. |
It-tliet fatturi applikati biex jiddeterminaw l-allowance taħt il-kalkolu skont il-formula standard fil-pjan soċjali (fattur tal-età, tul tas-servizz, paga gross fix-xahar) jiffavorixxu l-ħaddiema ikbar sal-età ta’ 57 sena ( 43 ). Bejn l-età ta’ 36 sena (fattur tal-età = 1.00) u l-età ta’ 57 sena (fattur tal-età = 1.75) ( 44 ), il-fattur tal-età jopera biex iżid l-ammont ta’ allowance irċevut. F’termini ġenerali, huwa probabbli li t-tul tas-servizz u l-paga t-tnejn jiżdiedu mal-età tal-ħaddiem ( 45 ), biex bl-istess mod tiġi miżjuda l-allowance pagabbli. |
|
63. |
Madankollu, l-imsieħba soċjali mbagħad ikkunsidraw il-fatt li ħaddiema ikbar li qed joqorbu lejn l-irtirar huma intitolati għal pensjoni. Għaldaqstant, il-kalkolu skont il-formula speċjali jintroduċi massimu ekwivalenti għal 8 5% ta’ kemm kien jaqla’ l-impjegat bejn is-sensja u l-eqreb żmien li fih isir intitolat għal pensjoni tal-irtirar. Mingħajr dan il-massimu, fil-fatt jidher probabbli li proporzjon ikbar tal-fondi limitati disponibbli jkun allokat għal ħaddiema ikbar li dalwaqt ikunu jistgħu jkollhom aċċess għal sors tad-dħul żgur (jiġifieri pensjoni tal-irtirar), għad-dannu ta’ ħaddiema iżgħar ( 46 ). |
|
64. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, naċċetta li huwa xieraq għall-imsieħba soċjali li jimmassimizzaw il-benefiċċji mħallsa lil ħaddiema ikbar li qed iqarrbu l-irtirar meta jqassmu l-fondi limitati disponibbli taħt il-pjan soċjali. Għal dan il-għan, il-pjan soċjali jidher li huwa mezz xieraq ta’ kif jinkisbu l-għanijiet leġittimi. |
|
65. |
Madankollu, peress li ħaddiem b’diżabbiltà jista’ jirtira iżjed kmieni (għalkemm fuq pensjoni mnaqqsa) minn ħaddiem b’saħħtu, il-kalkolu skont il-formula speċjali jpoġġi l-ħaddiema b’diżabbiltà fi żvantaġġ partikolari. Fl-evalwazzjoni tagħha tal-pjan soċjali, hija l-qorti nazzjonali li għandha teżamina jekk il-fatt li jkun hemm massimu tal-benefiċċji mħallsa lill-ħaddiema b’diżabbiltà b’dan il-mod aktarx li jkollu impatt benefiċjali suffiċjenti fuq il-fondi globali disponibbli għal pagamenti ta’ sensja sabiex ikun xieraq li jitnaqqas l-ammont li jkunu intitolati għalih. Peress li b’mod ġenerali n-numru ta’ impjegati b’diżabbiltà f’impriża huwa relattivament żgħir ( 47 ), jidher li ma huwiex probabbli li miżura li (kemm jekk deliberatament jew bi żvista) timmira l-ħaddiema b’diżabbiltà b’dan il-mod tkun xierqa. |
– L-għanijiet tal-pjan soċjali jistgħu jinkisbu b’mezzi inqas diskriminatorji?
|
66. |
Huwa meħtieġ li ħaddiema b’diżabbiltà jiġu kkunsidrati b’mod speċifiku sabiex l-imsieħba soċjali jkunu jistgħu jagħmlu għotja iżjed ġeneruża lil ħaddiema oħra? |
|
67. |
Fil-fehma tiegħi dan ma huwiex il-każ ( 48 ). |
|
68. |
Fil-kalkolu tal-benefiċċji mħallsa lill-ħaddiema li qed jaffaċċjaw is-sensja, il-formula tal-kalkolu speċjali jikkunsidra biss element wieħed — ewlieni — il-prossimità għall-età pensjonabbli. Kif indikajt, inqis li dan bħala prinċipju huwa xieraq. Meta nħares iżjed mill-qrib, madankollu, il-ġustizzja li tidher tal-massimu (jiġifieri, il-konnessjoni espressa għal meta dħul żgur alternattiv isir disponibbli) hija waħda li tiżgwida. Billi jiffoka fuq element ewlieni wieħed, il-massimu jonqos milli jagħti saħħa lill-elementi l-oħra li huma rilevanti għall-ħaddiema b’diżabbiltà. B’mod partikolari, filwaqt li kwalunkwe ħaddiem li jieħu l-pensjoni kmieni jirċievi pensjoni b’rata mnaqqsa u jista’ jkollu jaġġusta tendenzi tan-nefqa b’dan il-mod, il-formula tal-kalkolu speċjali ma tikkunsidrax il-possibbiltà li l-ħaddiema b’diżabbiltà jistgħu matul ħajjithom ikollhom rekwiżiti finanzjarji miżjuda li jirriżultaw mid-diżabbiltà tagħhom u/jew li, iżjed ma tavvanza fl-età, dawk ir-rekwiżiti finanzjarji jistgħu jiżdiedu. Jistgħu ma jkunux kapaċi li jaġġustaw it-tendenzi tan-nefqa tagħhom mingħajr ma jagħmlu sagrifiċċji sinjifikattivi li ma kinux jirriżultaw fil-każ ta’ kollega li ma għandux diżabbiltà. |
|
69. |
Għaldaqstant jidhirli li l-għanijiet leġittimi tal-pjan soċjali jistgħu jinkisbu b’mezzi inqas diskriminatorji li jagħtu l-attenzjoni dovuta liċ-ċirkustanzi partikolari tal-ħaddiema b’diżabbiltà meta jallokaw il-fondi limitati disponibbli li għandhom jitħallsu bħala allowance meta tingħata s-sensja. Għal din ir-raġuni, inqis li l-arranġamenti mdaħħla fis-seħħ mill-pjan soċjali ta’ Baxter jonqsu milli jissodisfaw it-test ta’ proporzjonalità. |
Il-kriterji għall-għażla għas-sensja
|
70. |
Hemm kwistjoni oħra, marbuta mal-kriterji għall-għażla tal-ħaddiema għas-sensja u l-ispejjeż biex ċerti tipi ta’ ħaddiema jingħataw is-sensja, li għandi nesplora fil-qosor. |
|
71. |
Waqt is-seduta, kemm Baxter kif ukoll il-Gvern Ġermaniż enfasizzaw li min iħaddem jista’ jikkunsidra biss l-erba’ kriterji għall-għażla għas-sensja li hemm fil-paragrafi 1(2) u (3) tal-KSchG meta jidentifikaw il-ħaddiema għas-sensja ( 49 ). |
|
72. |
Anki meta dawn il-kriterji huma applikati b’mod ġust u oġġettiv, il-fatt li huwa orħos li tingħata s-sensja lil ħaddiem ikbar jew b’diżabbiltà jista’ minkejja dan, fl-opinjoni tiegħi, ikollu effett fuq ir-riżultat ta’ min jintgħażel għas-sensja. |
|
73. |
Biex naraw għalfejn dan huwa hekk, ejja nħarsu lejn eżempju. |
|
74. |
Impriża li tapplika l-istess pjan soċjali bħal Baxter teħtieġ li tagħti s-sensja lil 30 ħaddiem. Bl-applikazzjoni tal-paragrafi 1(2) u (3) tal-KSchG, din “tagħti l-marki” lill-membri tal-grupp ta’ ħidma eżistenti tagħha permezz ta’ riferiment għal kull wieħed mill-erba’ kriterji tal-għażla li hemm fihom ( 50 ). Il-ħaddiema b’marka ta’ 80 jew iżjed huma ħielsa mis-sensja. Meta tħares lejn il-marki, l-impriża tagħżel 29 ħaddiem għas-sensja mingħajr wisq diffikultà — kollha għandhom marki li huma sew taħt il-livell stabbilit. Jeħtieġ li jiġi magħżul it-30 ħaddiem, u hemm tliet kandidati (A, B u C). A u B huma t-tnejn miżżewġa, b’2 persuni dipendenti. C ma huwiex miżżewweġ u għandu diżabbiltà biżżejjed biex jikkwalifika għall-irtirar kmieni bħala ħaddiem b’diżabbiltà. It-tlett ħaddiema għandhom marka ta’ 79:
|
|
75. |
Fl-assenza ta’ C, min iħaddem kien jagħżel bejn A u B. Ikun orħos għalih li jagħżel lil A. Kif C jidħol fl-istampa, madankollu, l-għażla ta’ min iħaddem loġikament taqleb fuq C u jiġi magħżul għas-sensja. Kif nifhimha, ma kienx ikun hemm ksur tar-rekwiżiti tal-KSchG. Huwa sempliċement li, meta jkun hemm għażla xi ssir bejn kandidati għas-sensja b’marki identiċi, l-għażla loġika topera għall-iżvantaġġ tal-ħaddiem ikbar u/jew il-ħaddiem b’diżabbiltà. |
|
76. |
Għaldaqstant inqis li d-Direttiva tipprekludi miżuri nazzjonali ( 51 ) bħal dawk li hemm fil-paragrafu 6(1.1) sa 6(1.5) tal-pjan soċjali. Tali dispożizzjonijiet iwasslu għal diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq id-diżabbiltà, peress li dispożizzjoni apparentement newtrali tal-pjan soċjali tirriżulta fi żvantaġġ. Il-ħaddiema b’diżabbiltà, peress li huma eliġibbli li jirtiraw fl-età ta’ 60 sena, jirċievu inqas allowance minn impjegati li ma għandhomx diżabbiltà li huma eliġibbli li jirtiraw fl-età standard ta’ 65 sena. |
Id-domandi preliminari 1 u 2
|
77. |
Fid-domandi preliminari 1 u 2, il-qorti nazzjonali tistaqsi essenzjalment jekk il-paragrafu 10(6) tal-AGG huwiex kompatibbli mad-Direttiva sa fejn jippermetti li l-imsieħba soċjali jikkonkludu pjanijiet soċjali (bħal dawk f’dawn il-proċeduri) li jipprovdu għal trattament differenti bbażat fuq l-età u/jew fuq id-diżabbiltà. |
|
78. |
Il-qorti tar-rinviju tispjega li l-paragrafu 10(6) tal-AGG jippermetti diskriminazzjoni diretta bbażata fuq l-età. Madankollu, il-qorti nazzjonali ma qalitx b’mod speċifiku dwar jekk (i) il-pjan soċjali ta’ Baxter jaqax taħt l-ambitu tal-paragrafu 10(6) tal-AGG jew (ii) (mill-perspettiva tad-dritt nazzjonali) jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dik id-dispożizzjoni. |
|
79. |
Skont il-ġurisprudenza stabbilita, hija l-qorti tar-rinviju biss li għandha tinterpreta d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali u tiddetermina l-kompatibbiltà tagħhom mad-dritt tal-UE. Il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu għandha ġurisdizzjoni li tipprovdi lill-qorti nazzjonali bil-gwida meħtieġa dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva sabiex il-qorti nazzjonali tkun tista’ tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà tar-regoli nazzjonali mad-dritt tal-UE. |
|
80. |
Għaldaqstant, ipproponejt li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tinterpreta d-Direttiva b’mod li tipprekludi l-pjan soċjali ta’ Baxter sa fejn dan il-pjan jiddiskrimina kontra ħaddiem b’diżabbiltà bħal J. Odar ( 52 ). Fil-każ li l-qorti nazzjonali tqis li l-pjan soċjali ta’ Baxter huwa awtorizzat mill-paragrafu 10(6) tal-AGG, imbagħad ikun kompitu tal-qorti nazzjonali li tevalwa jekk dik id-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali tistax tiġi interpetata b’mod konsistenti mad-Direttiva sabiex tipprojbixxi dawn il-pjanijiet soċjali. Jekk le, għandha tiġi diżapplikata ( 53 ). |
|
81. |
Għaldaqstant id-domandi 1 u 2 għandhom jiġu risposti li hija l-qorti tar-rinviju, sa fejn tippermettilha d-diskrezzjoni tagħha taħt id-dritt nazzjonali, li għandha tinterpreta u tapplika kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali rilevanti li tippermettilha li tieħu deċiżjoni (f’dan il-każ, il-paragrafu 10(6) tal-AGG) f’konformità mad-Direttiva 2000/78. Jekk il-qorti nazzjonali tqis li huwa imposibbli li tagħmel dan, ma għandhiex tapplika dik id-dispożizzjoni. |
V – Konklużjoni
|
82. |
Għaldaqstant, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti risposta għad-domanda magħmula mill-Arbeitsgericht München kif ġej:
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: l-Ingliż.
( 2 ) Il-miżuri nazzjonali inkwistjoni huma l-paragrafu 10(6) tal-Allgemeines Gleichbehandlungsgesetz (Liġi Ġenerali dwar l-ugwaljanza fit-trattament: ara l-punti 12 u 13 iktar ’il quddiem) u pjan soċjali miftiehem bejn il-konvenut fil-kawża prinċipali u l-kunsill tax-xogħol rilevanti: ara l-punti 17 u 18 iktar ’il quddiem. Dak il-pjan partikolari huwa strutturat b’mod li jnaqqas il-benefiċċji li kienu jkunu altrimenti pagabbli lil ċerti ħaddiema, iżda ma jeskludihomx għalkollox milli jirċievu kumpens.
( 3 ) Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattment fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) (iktar ’il quddiem “id-Direttiva”).
( 4 ) ĠU 2010 C 83, p. 389 (iktar ’il quddiem, il-“Karta”).
( 5 ) L-Artikolu 5 jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li min iħaddem jieħu l-miżuri xierqa sabiex jiggarantixxi konformità mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament b’rabta ma’ ħaddiema b’diżabbiltà. Għaldaqstant, min iħaddem huwa meħtieġ li jippermetti li l-ħaddiema b’diżabbiltà jkollhom aċċess biex jipparteċipaw fi, jew javvanzaw fl-impjieg jew li jiġu mħarrġa. L-Artikolu 2(2)(b)(ii) jgħid li d-diskriminazzjoni indiretta ma sseħħx meta min iħaddem jikkonforma mal-obbligi nazzjonali li jimplementaw il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 5.
( 6 ) Eċċezzjoni għall-projbizzjoni ġenerali kontra d-diskriminazzjoni hija permissibbli taħt l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva, fejn l-Istati Membri jintroduċu miżuri meħtieġa, inter alia, għas-sigurtà pubblika, iż-żamma tal-ordni pubbliku jew għall-protezzjoni tas-saħħa. Eċċezzjoni speċifika għall-projbizzjoni kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età u d-diżabbiltà hija prevista fl-Artikolu 3(4) fir-rigward tal-impjieg fil-forzi armati. Taħt l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva, differenza fit-trattament li hija bbażata fuq, inter alia, l-età jew diżabbiltà ma tikkostitwixxix diskriminazzjoni fejn, minħabba n-natura tal-attivitajiet tax-xogħol partikolari kkonċernati jew tal-kuntest li fih jitwettqu, tali karatteristika tikkostitwixxi rekwiżit tax-xogħol ġenwin u determinanti, sakemm l-għan ikun leġittimu u r-rekwiżit ikun proporzjonali. Ara, pereżempju, is-sentenza tat-12 ta’ Jannar 2010, Wolf (C-229/08, Ġabra p. I-1).
( 7 ) L-obbligu li jiġi kkonsultat il-kunsill tax-xogħol japplika meta jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet: dawn jinkludu kundizzjonijiet marbuta man-numru ta’ ħaddiema fl-impriża. It-terminu “ristrutturar” jinkludi (b’mod partikolari) twaqqif totali tal-operazzjonijiet, amalgamazzjoni jew xoljiment ta’ amalgamazzjoni jew bidla fundamentali fl-organizzazzjoni, bħal rilokazzjoni tal-intrapriża inkwistjoni.
( 8 ) Meta tittieħed deċiżjoni fuq il-pjan soċjali, għandhom jiġu kkunsidrati l-interessi tal-ħaddiema li qed jaffaċċjaw is-sensja u l-prospetti tagħhom li jiksbu impjieg ġdid, u ta’ dawk li jibqgħu fl-impriża ristrutturata, kif ukoll il-vijabbiltà finanzjarja li tkompli tal-impriża.
( 9 ) Il-paragrafu 8 jipprovdi eżenzjoni għall-projbizzjoni kontra d-diskriminazzjoni abbażi tar-rekwiżiti tax-xogħol tal-pożizzjoni inkwistjoni. F’dan ir-rigward, ara l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva, li hemm riferiment għalih fil-punt 7 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 6 iktar ’il fuq.
( 10 ) Mill-2012 l-età statutorja tal-irtirar għandha tiġi miżjuda b’mod inkrementali minn 65 sena għal 67 sena għal persuni mwielda wara l-31 ta’ Diċembru 1946.
( 11 ) Mill-2012, l-età għall-eliġibbiltà għall-irtirar kmieni abbażi ta’ diżabbiltà għandha tiġi miżjuda b’mod inkrementali minn 60 sena għal 62 sena għal dawk imwielda wara l-31 ta’ Diċembru 1951.
( 12 ) Allowance iżgħar (ArbeitslosengeldII) hija pagabbli meta (inter alia) il-perijodu li fih ikun irċevut il-benefiċċju sħiħ ikun intemm.
( 13 ) Għaldaqstant, ħaddiem li għandu l-età ta’ 50 sena li jkun għamel kontribuzzjonijiet għal mill-inqas 30 xahar jirċievi benefiċċji għal perijodu massimu ta’ 15–il xahar. Jekk ikollu l-età ta’ 55 sena u jkun għamel kontribuzzjonijiet għal mill-inqas 36 xahar, jista’ jirċievi l-benefiċċji għal perijodu massimu ta’ 18-il xahar, filwaqt li ħaddiem ta’ 58 sena li jkun għamel kontribuzzjonijiet għal 48 xahar jirċievi benefiċċji għal 24 xahar.
( 14 ) F’din il-konklużjonit, se nirreferi wkoll għal Baxter u l-kunsill tax-xogħol bħala “l-imsieħba soċjali”.
( 15 ) It-tul tas-servizz jirreferi għan-numru ta’ snin fl-impjieg ma’ Baxter.
( 16 ) Se nirreferi għall-pjan soċjali ta’ kontinġenza u l-pjan soċjali supplimentari flimkien bħala “il-pjan soċjali” f’din il-konklużjoni.
( 17 ) Taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali, livell ta’ diżabbiltà ta’ 50% huwa meħtieġ sabiex persuna tiġi kklasifikata bħala li tbati minn diżabbiltà serja u għaldaqstant eliġibbli għall-irtirar kmieni fl-età ta’ 60 sena: ara l-punt 14 iktar ’il fuq.
( 18 ) J. Odar kien eliġibbli li jirtira kmieni mhux qabel l-età ta’ 60 sena abbażi tad-diżabbiltà, b’pensjoni mnaqqsa b’10.8%. Huwa intitolat għal pensjoni sħiħa mill-età ta’ 63 sena.
( 19 ) Il-kumpens ġie kkalkolat mill-31 ta’ Diċembru 2008, id-data effettiva ta’ tkeċċija ta’ J. Odar minn Baxter (iktar ’il quddiem “iż-żmien inkwistjoni”) stabbilita f’ittra tal-25 ta’ April 2008; ara l-punt 20 iktar ’il fuq.
( 20 ) Il-figuri kollha huma meħuda mid-deċiżjoni tar-rinviju tal-qorti nazzjonali. Hemm differenzi żgħar bejn il-figuri tal-qorti nazzjonali u dawk stabbiliti fl-osservazzjonijiet tal-partijiet. Il-kalkoli tiegħi juru figuri ftit differenti: pereżempju, total ta’ EUR 616,714.20 meta tiġi applikata l-formula standard. Il-figuri kollha għandhom għaldaqstant jiġu trattati bħala approssimattivi.
( 21 ) Nifhem li l-iskema ta’ previdenza soċjali msemmija fit-tielet u fir-raba’ domandi hija l-pjan soċjali indikat fil-punt 17 iktar ’il fuq.
( 22 ) Ara s-sentenza tad-19 ta’ Frar 2009, Schwarz, (C-321/07, Ġabra. p. I-1113, punt 48 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 23 ) F’din il-kwistjoni, interpretajt din il-frażi bħala “diżabbiltà”, għax inkella ma tagħmilx sens. Li huwa importanti ma huwiex id-diżabbiltà partikolari li minnha jsofri J. Odar, iżda l-fatt li huwa rikonoxxut bħala li jbati minn diżabbiltà.
( 24 ) Ċerti forom ta’ azzjoni pożittiva fir-rigward ta’ persuni b’diżabbiltà, għalkemm jikkostitwixxu differenzjament dirett fuq dak il-bażi, huma koperti mill-Artikolu 7(2) tad-Direttiva.
( 25 ) Ara l-punt 22 iktar ’il fuq.
( 26 ) Il-fattur tal-età jiżdied b’mod mhux mifrux minn 0.35 fl-età ta’ 18–il sena sal-ogħla fattur possibbli (1.75) fl-età ta’ 57 sena. Minn hawn ’il quddiem jonqos b’rata mgħaġġla sal-iżgħar punt (0.3) fl-età ta’ 64 sena.
( 27 ) Il-figuri rilevanti u l-mod ta’ kif id-data differenti tiddaħħal fl-ekwazzjonijiet għandhom jiddeterminaw x’jiġri f’kull każ partikolari. Fil-kalkolu tal-formula standard taħt il-pjan soċjali (kumpens = fattur tal-età x tul tas-servizz x salarju gross fix-xahar), il-fattur tal-età jiddetermina n-numru ta’ xhur (jew frazzjonijiet ta’ xahar) salarju li jiġi kkunsidrat fil-kalkolu tal-kumpens. Għaldaqstant, għal ħaddiema fl-età ta’ 36 sena, salarju ta’ xahar huwa meqjus fil-valur nominali (fattur tal-età 1). Fl-età ta’ 57 sena, huma mmultiplikat b’1.75 u fl-età ta’ 64 sena huwa mmultiplikat bi 0.3. Għaldaqstant fl-età ta’ 36 sena, it-tul ta’ servizz ta’ ħaddiem huwa mmultiplikat bi 0.75 (jew ¾) ta’ salarju ta’ xahar inqas milli għal impjegat tal-età ta’ 57 sena. Fl-età ta’ 64 sena, huwa mmultiplikat bi 1.45 (kważi 1½) ta’ salarju ta’ xahar inqas milli għal ħaddiem fl-età ta’ 57 sena. Għaldaqstant, dawk il-ħaddiema li għandhom fattur tal-età ogħla u iżjed snin ta’ servizz jiksbu iżjed benefiċċji taħt il-pjan soċjali.
( 28 ) Sentenza tad-9 ta’ Novembru 1993 (C-132/92, Ġabra p. I-5579).
( 29 ) Sentenza tad-9 ta’ Diċembru 2004 (C-19/02, Ġabra p. I-11491).
( 30 ) Is-sentenza Bird’s Eye Walls, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 28 iktar ’il fuq, kienet tikkonċerna sitwazzjoni simili. Il-“pensjoni ta’ tranżizzjoni” f’dik is-sentenza kienet tħallset lil ħaddiem li kien obbligat li jirtira minħabba saħħa ħażina qabel ma kiseb l-età pensjonabbli standard, li kienet 60 sena għan-nisa u 65 għall-irġiel. Ara wkoll is-sentenza Hlozek, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 29 iktar ’il fuq, punt 49.
( 31 ) Iċċitati iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 28 u 29.
( 32 ) Suġġett għar-regoli nazzjonali li jikkonċernaw il-pensjonijiet għal ħaddiema b’diżabbiltà li inizjalment jirċievu pensjoni mnaqqsa li tista’ sussegwentament tinbidel għal pensjoni bir-rata sħiħa wara tliet snin meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet meħtieġa taħt id-dritt nazzjonali.
( 33 ) Ara l-punti 70 sa 75 iktar ’il quddiem.
( 34 ) Ara l-punt 14 iktar ’il fuq.
( 35 ) Ara l-premessa 25, iċċitata iktar ’il fuq fil-punt 3. Ara wkoll is-sentenza tal-5 ta’ Marzu 2009, Age Concern England (C-388/07, Ġabra p. I-1569, punt 51).
( 36 ) Ara s-sentenza Age Concern England, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 35, punt 58.
( 37 ) Ara s-sentenza Age Concern England, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 35, punt 65.
( 38 ) Ara l-Artikolu 21.
( 39 ) B’rabta mal-interpetazzjoni tal-eċċezzjonijiet inġenerali, ara s-sentenza tal-21 ta’ Ottubru 2010, Accardo et (C-227/09, punt 58, u l-ġurisprudenza ċċitata). F’dak li jikkonċerna l-interpretazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva, ara s-sentenza tat-12 ta’ Jannar 2010, Petersen (C-341/08, Ġabra p. I-47, punt 60) u iżjed reċenti, is-sentenza tat-13 ta’ Settembru 2011, Prigge et, (C-447/09 Ġabra p. I-8003, punt 56).
( 40 ) Ara s-sentenza Age Concern England, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 35, punt 65.
( 41 ) Sentenzi magħquda tat-18 ta’ Novembru 2010, Georgiev (C-250/09 u C-268/09, Ġabra p. I-11869, punt 40).
( 42 ) Ara s-sentenza Age Concern England, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 35, punt 46.
( 43 ) Ara l-punt 17 iktar ’il fuq.
( 44 ) Ara n-noti ta’ qiegħ il-paġna 26 u 27 iktar ’il fuq.
( 45 ) Ara l-punt 38 iktar ’il fuq.
( 46 ) Fis-seduta, il-Gvern Ġermaniż enfasizza li ħaddiem li jirtira kmieni jżomm id-dritt li jkompli jfittex impjieg ieħor. Kieku kellu jsib impjieg ġdid, il-pensjoni tiegħu tiġi sospiża. Imbagħad jista’ jkompli jaħdem sal-età standard tal-irtirar. F’dak iż-żmien, il-pensjoni tiegħu tiġi attivata mill-ġdid u aġġustata biex tirrifletti ċ-ċirkustanzi partikolari tiegħu. Sa fejn tali argument huwa bbażat fuq l-idea li l-ħaddiem ikbar fl-età jsib impjieg ieħor, ma kienx appoġġjat bl-ebda provi quddiem din il-qorti u jmur kontra diffikultajiet magħrufa li jiltaqgħu magħhom ħaddiema ikbar biex isibu impjieg ieħor. Filwaqt li jkun kompitu tal-qorti nazzjonali li tivverifika l-pożizzjoni, ninsab inklinata li nqis dan l-argument bħala wieħed difettuż. Madankollu, huwa b’mod ċar veru li l-aċċess għal pensjoni (anki b’rata mnaqqsa) jagħti sigurtà ta’ dħul li ħaddiem iżgħar li jingħata s-sensja ma jgawdix minnha.
( 47 ) Ara ‘Facts on disability in the world of work’ ippubblikat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, disponibbli minn: http:www.ilo.org/employment/disability.
( 48 ) Ara l-punti 44 sa 52 iktar ’il fuq.
( 49 ) Ara l-punt 16 iktar ’il fuq..
( 50 ) Fil-kawża Balaban (C-86/10), il-Qorti tal-Ġustizzja ġiet mitluba tiddeċiedi jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-għażla ta’ ħaddiema għal sensja kollettiva bbażata fuq l-età kienet iġġustifikata taħt l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva. Il-Qorti tal-Ġustizzja ġiet infurmata li sistema ta’ għoti ta’ marki tat-tip li użajt jien f’dan l-eżempju kienet metodu komuni ta’ kif jiġu applikati l-erba’ kriterji. Din il-kawża ġiet irtirata mill-qorti nazzjonali (l-Arbeitsgericht Siegburg (il-Ġermanja)) wara s-seduta, iżda qabel ma ngħatat is-sentenza (ĠU 2011 C 252, p. 27).
( 51 ) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2 u l-punti 26 sa 30 iktar ’il fuq dwar ir-relazzjoni bejn id-Direttiva, l-AGG u l-pjan soċjali ta’ Baxter.
( 52 ) Ara l-punt 76 iktar ’il fuq.
( 53 ) Ara s-sentenza tat-13 ta’ Novembru 1990, Marleasing (C-106/89, Ġabra p. I-4135, punt 8), u iżjed reċentement is-sentenza tal-10 ta’ Marzu 2011, Gertraud Kumpan (C-109/09, Ġabra p. I-1309, punt 51). Ara wkoll l-Artikolu 16 tad-Direttiva, iċċitata fil-punt 9 iktar ’il fuq.