Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 52008PC0120

Proposta għal direttiva tal-Kunsill li tissemplifika l-proċeduri ta’ l-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE, 77/504/KEE, 88/407/KEE, 88/661/KEE, 89/361/KEE, 89/556/KEE, 90/427/KEE, 90/428/KEE, 90/429/KEE, 90/539/KEE, 91/68/KEE, 92/35/KEE, 92/65/KEE, 92/66/KEE, 92/119/KEE, 94/28/KE, 2000/75/KE, id-Deċiżjoni 2000/258/KE u d-Direttivi 2001/89/KE, 2002/60/KE, u 2005/94/KE

/* KUMM/2008/0120 finali - CNS 2008/0046 */

52008PC0120

Proposta għal direttiva tal-Kunsill li tissemplifika l-proċeduri ta’ l-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE, 77/504/KEE, 88/407/KEE, 88/661/KEE, 89/361/KEE, 89/556/KEE, 90/427/KEE, 90/428/KEE, 90/429/KEE, 90/539/KEE, 91/68/KEE, 92/35/KEE, 92/65/KEE, 92/66/KEE, 92/119/KEE, 94/28/KE, 2000/75/KE, id-Deċiżjoni 2000/258/KE u d-Direttivi 2001/89/KE, 2002/60/KE, u 2005/94/KE /* KUMM/2008/0120 finali - CNS 2008/0046 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 29.2.2008

KUMM(2008) 120 finali

2008/0046 (CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

li tissemplifika l-proċeduri ta’ l-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE, 77/504/KEE, 88/407/KEE, 88/661/KEE, 89/361/KEE, 89/556/KEE, 90/427/KEE, 90/428/KEE, 90/429/KEE, 90/539/KEE, 91/68/KEE, 92/35/KEE, 92/65/KEE, 92/66/KEE, 92/119/KEE, 94/28/KE, 2000/75/KE, id-Deċiżjoni 2000/258/KE u d-Direttivi 2001/89/KE, 2002/60/KE, u 2005/94/KE

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

L-għan ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li tarmonizza u tissemplifika l-proċeduri attwali ta’ l-aġġornar u l-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi, bħal listi ta’ stabbilimenti tas-saħħa ta’ l-annimali approvati u ta’ organizzazzjonijiet għat-trobbija fl-Istati Membri u f’Pajjiżi Terzi u listi ta’ ċerti laboratorji nazzjonali ta’ referenza u laboratorji approvati oħrajn.

Il-proposta tal-Kummissjoni timmira li temenda 20 Direttiva u Deċiżjoni waħda, filwaqt li tiżgura approċċ semplifikat, li jwassal għal benefiċċji f’termini ta’ tnaqqis fil-piż tax-xogħol u fil-piżijiet amministrattivi għall-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, għall-industrija tal-biedja u l-operaturi tal-kummerċ u għall-Kummissjoni.

▪▪▪▪▪▪▪▪▪

( Stabbilimenti tas-saħħa ta’ l-annimali approvati għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali ħajjin u l-prodotti tagħhom u t-tagħrif li għandu jingħata fil-qasam żootekniku

Il-leġiżlazzjoni tal-Komunità fil-qasam veterinarju tistabbilixxi li ċ-ċentri ta’ assemblaġġ għall-annimali bovini, porċini, kaprini u ovini, il-bejjiegħa ta’ dawk l-annimali, l-istabbilimenti tat-tjur, iċ-ċentri ta’ kollezzjoni jew ħażna tas-semen u l-iskwadri għall-ġbir jew il-produzzjoni ta’ l-embrijuni u ċerti korpi, istituzzjonijiet u ċentri għandhom jikkonformaw ma’ ċerti kundizzjonijiet u għandhom ikunu approvati uffiċjalment mill-Istati Membri għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u l-prodotti tagħhom, u b’mod partikolari l-materjali ġenetiċi ta’ l-annimali bħal semen, ova u embrijuni.

Il-leġiżlazzjoni attwali tal-Komunità tistipula proċeduri differenti fir-rigward tar-reġistrazzjoni, l-elenkar, l-aġġornar, it-trażmissjoni u l-pubblikazzjoni ta’ dawn l-istabbilimenti tas-saħħa ta’ l-annimali. Madankollu d-differenzi fil-proċedura jikkumplikaw l-elenkar u l-aġġornar u jagħmlu l-użu prattiku ta’ dawn il-listi għas-servizzi tal-kontroll kompetenti u għall-operaturi kkonċernati diffiċli ħafna.

Għalhekk il-proċeduri għandhom ikunu armonizzati u jipprovdu regoli aktar sistematiċi, koerenti u uniformi fir-rigward tal-ħames elementi ewlenin tal-proċedura, jiġifieri r-reġistrazzjoni, l-elenkar, l-aġġornar, it-trażmissjoni u l-pubblikazzjoni tal-listi.

Barra dan, billi huwa l-kompitu ta’ l-Istati Membri li jikkontrollaw il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu ssodisfatti mill-istabbilimenti differenti tas-saħħa ta’ l-annimali sabiex ikunu elenkati, ir-responsabbiltà tal-ġbir tal-listi għandha tkun ta’ l-Istati Membri, u mhux tal-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom għalhekk jiġbru u jżommu dejjem aġġornati l-listi ta’ l-istabbilimenti tas-saħħa ta’ l-annimali kkonċernati u jagħmluhom disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku. Sabiex jiġi armonizzat il-mudell ta’ dawk il-listi u l-mod ta’ kif jinkiseb aċċess sempliċi għal-listi aġġornati mill-Komunità, jeħtieġ li jkunu introdotti kriterji komuni taħt il-proċedura tal-komitoloġija.

Fl-interessi taċ-ċarezza u tal-konsistenza tar-regoli tal-Komunità, din il-proċedura l-ġdida għandha tapplika wkoll fil-qasam żootekniku, b’mod partikolari għall-assoċjazzjonijiet għat-trobbija approvati biex iżommu jew jistabbilixxu reġistri tal-merħla, reġistri tan-nagħaġ u l-mogħoż jew reġistri għaż-żwiemel tar-razza fl-Istati Membri u għat-tagħrif li għandu jingħata mill-Istati Membri dwar il-kompetizzjonijiet ekwini skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/428/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kummerċ fl-ekwidi maħsuba għall-kompetizzjonijiet u li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fiha.

( Stabbilimenti tas-saħħa ta’ l-annimali approvati f’pajjiżi terzi għall-importazzjoni ta’ prodotti ta’ l-annimali fil-Komunità u awtoritajiet approvati f’pajjiżi terzi bil-għan li jżommu reġistru tal-merħla, reġistru tan-nagħaġ u l-mogħoż jew reġistru għaż-żwiemel tar-razza

B’mod simili għar-regoli applikati għall-kummerċ intra-Komunitarju, l-importazzjoni tas-semen, l-ova u l-embrijuni hija rregolata b’mod li l-istabbilimenti ta’ l-oriġini fil-pajjiżi terzi għandhom jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet sabiex inaqqsu r-riskji għas-saħħa ta’ l-annimali. Għalhekk, l-importazzjoni fil-Komunità ta’ materjali ġenetiċi bħal dawn għandha tkun awtorizzata biss minn ċentri ta’ kollezzjoni jew ħażna tas-semen u minn skwadri ta’ ġbir jew ta’ produzzjoni ta’ l-embrijuni approvati uffiċjalment għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat skond il-ħtiġijiet tal-Komunità u wara spezzjonijiet veterinarji tal-Komunità, fejn xieraq. Skond it-tip tal-materjali ġenetiċi u skond l-ispeċi kkonċernati, il-proċeduri attwali għall-elenkar ta’ l-istabbilimenti tas-saħħa ta’ l-annimali u għall-aġġornar tal-listi rilevanti huma differenti, u jvarjaw minn deċiżjonijiet adottati taħt il-proċedura tal-komitoloġija skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[1] sa konsultazzjoni sempliċi ma’ l-Istati Membri.

Il-koeżistenza ta' proċeduri differenti tista' twassal għal konfużjoni u inċertezza fost l-uffiċjali amministrattivi f'pajjiżi terzi, l-industrija tal-biedja u l-operaturi tal-kummerċ. Peress li hija r-responsabilità tal-pajjiżi terzi li jikkontrollaw il-kundizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-istabbilimenti tas-saħħa ta' l-annimali differenti sabiex jiġu elenkati bħala approvati għall-esportazzjoni lejn il-Komunità skond ir-rekwiżiti Komunitarji, il-qafas ġuridiku attwali għall-awtorizzazzjoni ta' dawn l-istabbilimenti għandu jiġi armonizzat u ssemplifikat, ħalli r-responsabilità għat-tfassil u l-aġġornament tal-listi taqa' f'idejn il-pajjiżi terzi u mhux f'idejn il-Kummissjoni. Huwa importanti li jiġi żgurat li l-livell ta' garanziji tas-saħħa ta' l-annimali mogħti mill-pajjiżi terzi kkonċernati ma jkunx affettwat. Il-miżuri ta' semplifikazzjoni huma bla ħsara għad-dritt tal-Kummissjoni li tieħu miżuri ta' salvagwardja jekk ikun hemm bżonn.

Il-proċeduri differenti eżistenti għandhom għalhekk jinbidlu bi proċedura li taħtha l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi jfasslu, iżommu aġġornati l-listi u jikkomunikawhom lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri dwar dawn il-listi u tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku għal skopijiet ta’ informazzjoni. Fil-każ ta’ tħassib dwar il-listi kkomunikati mill-pajjiżi terzi, l-adozzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja għandha tittieħed f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE.

Għal raġunijiet ta’ ċarezza u konsistenza, dik il-proċedura għandha tapplika wkoll għall-awtoritajiet fil-pajjiżi terzi approvati bil-għan li jżommu reġistru tal-merħla, reġistru tan-nagħaġ u l-mogħoż jew reġistru għaż-żwiemel tar-razza skond il-leġiżlazzjoni żooteknika tal-Komunità.

( Laboratorji

Fil-qasam veterinarju, il-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà li tistabbilixxi u taġġorna l-listi tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza approvati u ta’ laboratorji approvati oħrajn fuq il-bażi tat-tagħrif mogħti mill-Istati Membri.

Skond il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Komunità, l-emendi f’dawk il-listi jsiru, wara t-talba minn Stat Membru u d-deċiżjoni tiġi adottata taħt il-proċedura tal-komitoloġija skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE jew mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni.

Madankollu, l-emendi f’dawn il-listi spiss ikunu ta’ natura purament formali, bħal tibdiliet fid-dettalji tal-kuntatt tal-laboratorji in kwistjoni.

Il-prassi attwali kienet li jsiru aġġornamenti perjodiċi biss tal-listi ta’ dawk il-laboratorji biex jitnaqqas l-għadd tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jridu jittieħdu. Madankollu, din il-prattika ma tiggarantix l-aġġornament rapidu ta’ dawk il-listi. Dan jista’ jikkomprometti l-istatus ġuridiku tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza u ta’ laboratorji approvati oħrajn. Billi l-Istati Membri jinnominaw il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza u jipprovdu d-dettalji u l-aġġornamenti meħtieġa kollha, ir-responsabbiltà għat-tfassil tal-listi għandha tkun ta’ l-Istati Membri u mhux tal-Kummissjoni. L-istess għandu japplika għal-laboratorji approvati l-oħrajn fl-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom għalhekk ifasslu u jżommu aġġornati l-listi tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza u ta’ laboratorji approvati oħrajn ikkonċernati u jagħmluhom disponibbli lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-pubbliku. Sabiex jiġi armonizzat il-mudell ta’ dawk il-listi u l-mod ta’ kif jinkiseb aċċess sempliċi għal-listi aġġornati mill-Komunità, jeħtieġ li jkunu introdotti kriterji komuni taħt il-proċedura tal-komitoloġija.

Madankollu, fejn il-listi jikkonċernaw il-laboratorji approvati li jinsabu fil-pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha tkompli tkun responsabbli għat-tfassil u għall-pubblikazzjoni tal-listi ta’ dawn il-laboratorji.

L-għan ta’ din il-proposta huwa:

- li tarmonizza u tissemplifika l-proċeduri attwali għall-aġġornar u l-ippubblikar tal-listi ta’ ċerti stabbilimenti tas-saħħa ta’ l-annimali approvati u ta’ organizzazzjonijiet għat-trobbija fl-Istati Membri u l-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri dwar il-kompetizzjoni ekwina;

- li tarmonizza u tissemplifika l-proċeduri attwali għall-aġġornar u l-ippubblikar tal-listi ta’ ċerti stabbilimenti tas-saħħa ta’ l-annimali approvati u ta’ awtoritajiet approvati bil-għan li jżommu reġistru tal-merħla, reġistru tan-nagħaġ u l-mogħoż jew reġistru għaż-żwiemel tar-razza fil-pajjiżi terzi;

- li tissemplifika l-proċeduri attwali għall-aġġornar u l-ippubblikar tal-listi ta’ ċerti laboratorji nazzjonali ta’ referenza u ta’ laboratorji approvati oħrajn.

Id-Direttivi 64/432/KEE, 77/504/KEE, 88/407/KEE, 88/661/KEE, 89/361/KEE, 89/556/KEE, 90/427/KEE, 90/428/KEE, 90/429/KEE, 90/539/KEE, 91/68/KEE, 92/35/KEE, 92/65/KEE, 92/66/KEE, 92/119/KEE, 94/28/KE, 2000/75/KE, 2001/89/KE, 2002/60/KE, 2005/94/KE u d-Deċiżjoni 2000/258/KE għandhom jiġu emendati skond dan.

2008/0046 (CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

li tissemplifika l-proċeduri ta’ l-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE, 77/504/KEE, 88/407/KEE, 88/661/KEE, 89/361/KEE, 89/556/KEE, 90/427/KEE, 90/428/KEE, 90/429/KEE, 90/539/KEE, 91/68/KEE, 92/35/KEE, 92/65/KEE, 92/66/KEE, 92/119/KEE, 94/28/KE, 2000/75/KE, id-Deċiżjoni 2000/258/KE u d-Direttivi 2001/89/KE, 2002/60/KE, u 2005/94/KE

(test b’rilevanza ŻEE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE[2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[3],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[4],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5]

Billi:

(1) Il-leġiżlazzjoni tal-Komunità fil-qasam veterinarju tistabbilixxi li ċ-ċentri ta’ assemblaġġ għall-annimali bovini, porċini, kaprini u ovini, il-bejjiegħa ta’ dawk l-annimali, l-istabbilimenti tat-tjur, iċ-ċentri ta’ kollezzjoni jew ħażna tas-semen u l-iskwadri ta’ ġbir jew ta’ produzzjoni ta’ l-embrijuni u ċerti korpi, istituzzjonijiet u ċentri ('stabbilimenti tas-saħħa ta’ l-annimali') għandhom jikkonformaw ma’ ċerti kundizzjonijiet u għandhom ikunu approvati uffiċjalment mill-Istati Membri għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u l-prodotti tagħhom, u b’mod partikolari l-materjali ġenetiċi ta’ l-annimali bħal semen, ova u embrijuni.

(2) Il-leġiżlazzjoni attwali tal-Komunità tipprovdi għall-proċeduri differenti fir-rigward tar-reġistrazzjoni, l-elenkar, l-aġġornar, it-trażmissjoni u l-pubblikazzjoni ta’ dawk l-istabbilimenti tas-saħħa ta’ l-annimali. Madankollu, id-differenzi fil-proċeduri jikkumplikaw l-elenkar u l-aġġornar u jagħmlu l-użu prattiku ta’ dawk il-listi għas-servizzi tal-kontroll kompetenti u għall-operaturi kkonċernati diffiċli ħafna.

(3) Għalhekk dawk il-proċeduri għandhom ikunu armonizzati u jipprovdu regoli aktar sistematiċi, koerenti u uniformi fir-rigward tal-ħames elementi ewlenin ta’ proċeduri bħal dawn, jiġifieri r-reġistrazzjoni, l-elenkar, l-aġġornar, it-trażmissjoni u l-pubblikazzjoni tal-listi.

(4) Barra dan, billi huwa l-kompitu ta’ l-Istati Membri li jikkontrollaw il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu ssodisfatti mill-istabbilimenti differenti tas-saħħa ta’ l-annimali sabiex ikunu elenkati, ir-responsabbiltà għat-tfassil tal-listi għandha tkun ta’ l-Istati Membri u mhux tal-Kummissjoni.

(5) L-Istati Membri għandhom għalhekk ifasslu u jżommu aġġornati l-listi ta’ l-istabbilimenti tas-saħħa ta’ l-annimali kkonċernati u jagħmluhom disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku. Sabiex jiġu armonizzati l-formoli tal-mudell ta’ dawk il-listi u l-mod ta’ kif jinkiseb aċċess sempliċi għal-listi aġġornati mill-Komunità, jeħtieġ li jkunu introdotti kriterji komuni taħt il-proċedura tal-komitoloġija.

(6) Fl-interessi taċ-ċarezza u tal-konsistenza tar-regoli tal-Komunità, din il-proċedura l-ġdida għandha tapplika wkoll fil-qasam żootekniku, b’mod partikolari għall-assoċjazzjonijiet għat-trobbija approvati biex iżommu jew jistabbilixxu reġistri tal-merħla fl-Istati Membri u għat-tagħrif li għandu jingħata mill-Istati Membri dwar il-kompetizzjonijiet ekwini skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/428/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kummerċ fl-ekwidi maħsuba għall-kompetizzjonijiet u li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fiha[6].

(7) B’mod simili għar-regoli applikati għall-kummerċ intra-Komunitarju, l-importazzjoni tas-semen, l-ova u l-embrijuni hija rregolata b’mod li l-istabbilimenti tas-saħħa ta’ l-annimali ta’ l-oriġini fil-pajjiżi terzi għandhom jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet sabiex inaqqsu r-riskji għas-saħħa ta’ l-annimali. Għalhekk, l-importazzjoni fil-Komunità ta’ materjali ġenetiċi bħal dawn għandha tkun awtorizzata biss minn ċentri ta’ kollezzjoni jew ħażna tas-semen u minn skwadri ta’ ġbir jew produzzjoni ta’ l-embrijuni approvati uffiċjalment għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat skond il-ħtiġijiet tal-Komunità u wara spezzjonijiet veterinarji tal-Komunità, fejn xieraq.

(8) Skond it-tip tal-materjali ġenetiċi u skond l-ispeċi kkonċernati, il-proċeduri attwali għall-elenkar ta’ l-istabbilimenti tas-saħħa ta’ l-annimali u għall-aġġornar tal-listi rilevanti huma differenti, u jvarjaw minn deċiżjonijiet adottati taħt il-proċedura tal-komitoloġija skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[7] sa konsultazzjoni sempliċi ma’ l-Istati Membri.

(9) Il-koeżistenza ta' proċeduri differenti tista' twassal għal konfużjoni u inċertezza fost l-uffiċjali amministrattivi f'pajjiżi terzi, l-industrija tal-biedja u l-operaturi tal-kummerċ. Peress li hija responsabilità tal-pajjiżi terzi li jikkontrollaw il-kundizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-istabbilimenti tas-saħħa ta' l-annimali differenti sabiex jiġu elenkati bħala approvati għall-esportazzjoni lejn il-Komunità skond ir-rekwiżiti Komunitarji, il-qafas ġuridiku attwali għall-awtorizzazzjoni ta' dawn l-istabbilimenti għandhom jiġu armonizzati u ssemplifikati, ħalli r-responsabilità għat-tfassil u l-aġġornament tal-listi taqa' f'idejn il-pajjiżi terzi u mhux f'idejn il-Kummissjoni. Huwa importanti li jiġi żgurat li l-livell ta' garanziji tas-saħħa ta' l-annimali mogħti mill-pajjiżi terzi kkonċernati ma jkunx affettwat. Il-miżuri ta' semplifikazzjoni huma bla ħsara għad-dritt tal-Kummissjoni li tieħu miżuri ta' salvagwardja jekk ikun hemm bżonn.

(10) Il-proċeduri differenti eżistenti għandhom għalhekk jinbidlu bi proċedura li taħtha l-importazzjoni lejn il-Komunità għandha tkun permessa biss minn pajjiżi terzi li fihom l-awtoritajiet kompetenti jfasslu u jżommu aġġornati l-listi u jikkomunikawhom lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri dwar dawk il-listi u tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku għall-għanijiet tat-tagħrif. Fil-każ ta’ tħassib dwar il-listi kkomunikati mill-pajjiżi terzi, il-miżuri ta’ salvagwardja għandhom jiġu adottati skond id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi[8].

(11) Għal raġunijiet ta’ ċarezza u konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, dik il-proċedura għandha tapplika wkoll għall-awtoritajiet fil-pajjiżi terzi approvati bil-għan li jżommu reġistru tal-merħla, reġistru tan-nagħaġ u l-mogħoż jew reġistru għaż-żwiemel tar-razza skond il-leġiżlazzjoni żooteknika tal-Komunità.

(12) Fil-qasam veterinarju, il-Kummissjoni hija responsabbli li tistabbilixxi u taġġorna l-listi tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza approvati u ta’ laboratorji approvati oħrajn fuq il-bażi tat-tagħrif mogħti mill-Istati Membri.

(13) Skond il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Komunità, l-emendi f’dawk il-listi jsiru, wara t-talba ta’ l-Istat Membru u d-deċiżjoni tiġi adottata taħt il-proċedura tal-komitoloġija skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE, jew mill-Kunsill fuq il-proposta tal-Kummissjoni.

(14) Madankollu, l-emendi f’dawn il-listi spiss ikunu ta’ natura purament formali, bħal tibdiliet fid-dettalji tal-kuntatt tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza jew tal-laboratorji approvati l-oħrajn in kwistjoni.

(15) Il-prassi attwali kienet li jsiru aġġornamenti perjodiċi biss tal-listi ta’ dawk il-laboratorji biex jitnaqqas l-għadd tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jridu jittieħdu. Madankollu, dik il-prattika ma tiggarantix l-aġġornament rapidu ta’ dawk il-listi. Dan jista’ jikkomprometti l-istatus ġuridiku tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza u ta’ laboratorji approvati oħrajn.

(16) Billi l-Istati Membri jinnominaw il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza u jipprovdu d-dettalji u l-aġġornamenti meħtieġa kollha, ir-responsabbiltà għat-tfassil tal-listi ta’ laboratorji bħal dawn għandha tkun ta’ l-Istati Membri u mhux tal-Kummissjoni. B’mod simili, ir-responsabbiltà għat-tfassil tal-listi ta’ laboratorji approvati oħrajn għandha tkun ta’ l-Istati Membri.

(17) L-Istati Membri għandhom għalhekk ifasslu u jżommu aġġornati l-listi tal-laboratorji nazzjonali ta’ referenza u ta’ laboratorji approvati oħrajn ikkonċernati u jagħmluhom disponibbli lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-pubbliku. Sabiex jiġi armonizzat il-mudell ta’ dawk il-listi u l-mod ta’ kif jinkiseb aċċess sempliċi għal-listi aġġornati mill-Komunità, jeħtieġ li jkunu stabbiliti kriterji komuni taħt il-proċedura tal-komitoloġija.

(18) Madankollu, fejn il-listi jikkonċernaw il-laboratorji approvati li jinsabu fil-pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha tkompli tkun responsabbli għat-tfassil u għall-ippubblikar tal-listi ta’ dawn il-laboratorji.

(19) Sabiex ikun evitat kull taħwid dwar l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tal-laboratorji ppreżentati mill-Istati Membri skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 li taħtar istitut speċifiku responsabbli mit-tfassil tal-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi li jimmonitorjaw l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija[9], f’din id-Direttiva għandhom jiġu stipulati miżuri tranżitorji.

(20) Id-Direttivi tal-Kunsill 64/432/KEE[10], 77/504/KEE[11], 88/407/KEE[12], 88/661/KEE[13], 89/361/KEE[14], 89/556/KEE[15], 90/427/KEE[16], 90/428/KEE[17], 90/429/KEE[18], 90/539/KEE[19], 91/68/KEE[20], 92/35/KEE[21], 92/65/KEE, 92/66/KEE[22], 92/119/KEE[23] u 94/28/KE[24], 2000/75/KE[25], id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE, id-Direttivi tal-Kunsill 2001/89/KE[26], 2002/60/KE[27], u 2005/94/KE[28] għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1 Emendi għad-Direttiva 64/432/KEE

Id-Direttiva 64/432/KEE qiegħda b'dan tiġi emendata kif ġej:

(1) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 6a li ġej:

"Artikolu 6a

L-Istati Membri għandhom jaħtru Istituti ta’ l-Istat, Laboratorji Nazzjonali ta’ Referenza jew Istituti Uffiċjali responsabbli li jikkoordinaw l-istandards u l-metodi tad-dijanjożi msemmija fl-Annessi A sa D. Huma għandhom iżommu l-listi aġġornati tagħhom u jagħmluhom disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet ta’ dawk l-Istituti ta’ l-Istat, il-Laboratorji Nazzjonali ta’ Referenza u l-Istituti Uffiċjali huma stipulati fl-Annessi B u C u fil-Kapitolu II ta’ l-Anness D.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17(2)."

(2) Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"3. L-awtorità kompetenti għandha toħroġ numru ta’ approvazzjoni lil kull ċentru ta’ assemblaġġ approvat. L-approvazzjonijiet taċ-ċentri ta’ assemblaġġ jistgħu jkunu limitati għal speċi partikolari jew għall-annimali għal tnissil u produzzjoni jew għall-annimali għall-qatla.

L-awtorità kompetenti għandha tfassal u żżomm aġġornata l-lista taċ-ċentri approvati ta’ assemblaġġ u n-numri ta’ approvazzjoni tagħhom u tagħmilha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku."

(3) Fl-Artikolu 13, il-paragrafi 5 u 6 segwenti għandhom jiġu miżjuda:

"5. L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata l-lista tal-kummerċjanti approvati u tal-postijiet reġistrati użati mill-kummerċjanti b'konnessjoni man-negozju tagħhom u n-numri ta’ approvazzjoni tagħhom u jagħmlu dik il-lista disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

6. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 5 jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17(2)."

(4) L-Anness B għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) punt 4.1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"4.1. Dmirijiet u responsabbiltajiet

L-Istituti ta’ l-Istat, il-Laboratorji Nazzjonali ta’ Referenza jew l-Istituti Uffiċjali indikati skond l-Artikolu 6a għandhom ikunu responsabbli għat-testijiet uffiċjali ta’ tuberkolini jew reaġenti inklużi fil-paragrafi 2 u 3 rispettivament fl-Istati Membri rispettivi tagħhom biex jaċċertaw li kull wieħed minn dawn it-tuberkolini jew reaġenti jlaħħaq ma’ l-istandards imsemmija fil-punt 2.1 u fil-paragrafu 3 rispettivament."

(b) il-punt 4.2 għandu jiġi mħassar.

(5) Fl-Anness C, il-punt 4.2 għandu jiġi mħassar.

(6) Fl-Anness D, il-Kapitolu II.A, il-punti 2 u 3 għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

"2. L-Istituti ta’ l-Istat, il-Laboratorji Nazzjonali ta’ Referenza jew l-Istituti Uffiċjali maħtura skond l-Artikolu 6a biex jikkoordinaw l-istandards u l-metodi tad-dijanjożi tat-testijiet għal lewkożi bovina enżootika għandhom ikunu responsabbli għall-kalibrar ta’ l-antiġenu standard użat fil-laboratorju kontra s-serum standard uffiċjali tal-KE (EI serum) ipprovdut mill-Istitut Veterinarju Nazzjonali, Università Teknika tad-Danimarka.

3. L-antiġeni standard użati fil-laboratorju għandhom jintbagħtu mill-inqas darba fis-sena lill-Istituti ta’ l-Istat, il-Laboratorji Nazzjonali ta’ Referenza jew l-Istituti Uffiċjali indikati skond l-Artikolu 6a, għall-ittestjar kontra s-serum standard uffiċjali tal-KE. Apparti din l-istandardizzazzjoni, l-antiġenu li jkun qed jintuża jista’ jiġi kkalibrat skond il-metodu deskritt f’B."

Artikolu 2 Emendi għad-Direttiva 77/504/KEE

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej:

"Artikolu 4a

1. L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata lista ta’ l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jrabbu rikonoxxuti uffiċjalment għall-għan li jżommu jew jistabbilixxu r-reġistri tal-merħla u jagħmluha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

2. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(2)."

Artikolu 3 Emendi għad-Direttiva 88/407/KEE

Id-Direttiva 88/407/KEE qiegħda b'dan tiġi emendata kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"2. Iċ-ċentri kollha ta’ kollezzjoni jew ħażna tas-semen għandhom ikunu rreġistrati, u kull ċentru jingħata numru ta’ reġistrazzjoni veterinarja. Kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornata lista taċ-ċentri ta’ kollezzjoni jew ħażna tas-semen u n-numri ta’ reġistrazzjoni veterinarja tagħhom u jagħmilha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

3. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2)."

(2) L-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 9

1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw biss l-importazzjoni tas-semen mibgħuta minn ċentru ta’ kollezzjoni jew ħażna tas-semen f’wieħed mill-pajjiżi terzi li jidher fil-lista msemmija fl-Artikolu 8 u li għalih l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat tista’ tiggarantixxi li ntlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) jissodisfa l-kundizzjonijiet:

(i) għall-approvazzjoni taċ-ċentri ta’ kollezzjoni jew taċ-ċentri ta’ ħażna tas-semen stipulati fil-Kapitolu I ta’ l-Anness A;

(ii) rigward is-sorveljanza ta’ dawn iċ-ċentri stipulati fil-Kapitolu II tiegħu;

(b) ikun ġie uffiċjalment approvat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz għall-esportazzjoni lejn il-Komunità;

(c) ikun tqiegħed taħt is-sorveljanza ta’ veterinarju taċ-ċentru;

(d) ikun suġġett għal spezzjonijiet minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz mill-anqas darbtejn fis-sena.

2. Il-lista taċ-ċentri ta’ kollezzjoni jew ħażna tas-semen li l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li tidher fuq il-lista msemmija fl-Artikolu 8 approvat skond il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li minnhom is-semen jista’ jintbagħat lejn il-Komunità għandha tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni.

L-approvazzjoni ta’ ċentru ta’ kollezzjoni jew ħażna tas-semen għandha tiġi immedjatament sospiża jew irtirata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jekk ma jissodisfax aktar il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 u l-Kummissjoni għandha tiġi infurmata immedjatament b’dan.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri b’kull listi ġodda jew aġġornati li hi tirċievi mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz skond dan il-paragrafu u għandha tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku għal skopijiet ta’ informazzjoni.

3. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2)."

(3) L-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 12

Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 97/78/KE għandhom japplikaw, b’mod partikolari għall-organizzazzjoni u l-verifiki sussegwenti li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri u l-miżuri ta’ salvagwardja li għandhom ikunu applikati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22 ta’ dik id-Direttiva."

Artikolu 4 Emendi għad-Direttiva 88/661/KEE

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej:

"Artikolu 4a

L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata l-lista ta’ l-assoċjazzjonijiet ta’ min irabbi u/jew organizzazzjonijiet għat-tnissil li jirreferi għalihom l-Artikolu 1(c) u jagħmluha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2)."

Artikolu 5 Emendi għad-Direttiva 89/361/KEE

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 89/361/KEE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata l-lista ta’ l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet ta’ dawk li jrabbu li huma approvati uffiċjalment bl-għan li jżommu jew jistabbilixxu r-reġistri tan-nagħaġ u l-mogħoż u li jilħqu l-kriterji stabbiliti skond l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 4 u jagħmluha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8."

Artikolu 6 Emendi għad-Direttiva 89/556/KEE

Id-Direttiva 89/556/KEE qiegħda b'dan tiġi emendata kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu, għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"2. L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru kkonċernat għandha tirreġistra l-iskwadri ta’ ġbir ta’ embrijuni u tagħti numru ta’ reġistrazzjoni veterinarja lil kull skwadra.

Kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornata l-lista ta’ l-iskwadri ta’ ġbir ta’ embrijuni u n-numri tar-reġistrazzjoni veterinarja tagħhom u jagħmilha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku."

(2) L-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 8

1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw biss l-importazzjoni ta’ l-embrijuni mibgħuta minn skwadra ta’ kolletturi jew tal-produzzjoni ta’ l-embrijuni f’wieħed mill-pajjiżi terzi li jidher fil-lista msemmija fl-Artikolu 7 u li għalih l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat tista’ tiggarantixxi li ntlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) jissodisfa l-kundizzjonijiet:

(i) għall-approvazzjoni ta’ l-iskwadri ta’ ġbir ta’ l-embrijuni u tal-produzzjoni ta’ l-embrijuni stipulati fil-Kapitolu I ta’ l-Anness A;

(ii) rigward il-ġbir, l-ipproċessar, il-ħażna u t-trasport ta’ l-embrijuni minn dawn l-iskwadri stipulati fil-Kapitolu II ta’ dak l-Anness;

(b) ikun ġie uffiċjalment approvat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz għall-esportazzjoni lejn il-Komunità;

(c) ikun suġġett għal spezzjonijiet minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz mill-anqas darbtejn fis-sena.

2. Il-lista ta’ l-iskwadri ta’ ġbir jew tal-produzzjoni ta’ l-embrijuni li l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li tidher fil-lista msemmija fl-Artikolu 7 approvat skond il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li minnhom l-embrijuni jistgħu jintbagħtu lejn il-Komunità għandha tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni.

L-approvazzjoni ta’ skwadra ta’ ġbir jew ta’ produzzjoni ta’ l-embrijuni għandha tiġi immedjatament sospiża jew irtirata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jekk ma tissodisfax aktar il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 u l-Kummissjoni għandha tiġi infurmata immedjatament b’dan.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri b’kull listi ġodda jew aġġornati li hi tirċievi mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat skond dan il-paragrafu u għandha tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku għal skopijiet ta’ informazzjoni.

3. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2)."

(3) L-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 11

Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 97/78/KE għandhom japplikaw, b’mod partikolari għall-organizzazzjoni u l-verifiki sussegwenti li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri u l-miżuri ta’ salvagwardja li għandhom ikunu applikati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22 ta’ dik id-Direttiva."

Artikolu 7 Emendi għad-Direttiva 90/427/KEE

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 90/427/KEE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata l-lista ta’ l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet li jżommu jew jistabbilixxu r-reġistri għaż-żwiemel tar-razza, li huma approvati jew rikonoxxuti fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti skond l-Artikolu 4(2)(a) u jagħmluha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10."

Artikolu 8 Emendi għad-Direttiva 90/428/KEE

Fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 90/428/KEE, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"2. Madankollu,

- L-obbligi msemmija fl-Artikolu 3 m’għandhomx jaffettwaw l-organizzazzjoni ta’:

(a) kompetizzjonijiet riżervati għall-ekwidi rreġistrati f’reġistru għaż-żwiemel tar-razza speċifiku bil-għan li jippermetti t-titjib tan-nisel;

(b) kompetizzjonijiet reġjonali bil-ħsieb li jintgħażlu l-ekwidi;

(c) avvenimenti storiċi jew tradizzjonali.

L-Istati Membri li jkun bi ħsiebhom japprofittaw minn dawn il-possibbiltajiet għandhom jagħmlu din l-intenzjoni u l-ġustifikazzjonijiet tagħha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku minn qabel.

- għal kull kompetizzjoni jew tip ta’ kompetizzjoni l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jirriżervaw, permezz tal-korpi approvati jew rikonoxxuti uffiċjalment għal dak il-għan, ċerta perċentwali tal-premju fi flus jew tal-profitti msemmija fil-paragrafu 1(c) għas-salvagwardja, l-iżvilupp u t-titjib tat-tnissil.

Il-perċentwali ma tistax taqbeż l-20 % mill-1993.

Il-kriterji għat-tqassim ta’ dawn il-fondi fl-Istat Membru kkonċernat għandhom ikunu disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku."

Artikolu 9 Emendi għad-Direttiva 90/429/KEE

Id-Direttiva 90/429/KEE qiegħda b'dan tiġi emendata kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"2. Iċ-ċentri kollha ta’ ġbir ta’ semen għandhom jiġu rreġistrati, b'kull ċentru jingħata numru ta’ reġistrazzjoni veterinarja.

Kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornata l-lista taċ-ċentri ta’ ġbir ta’ semen u n-numri ta’ reġistrazzjoni veterinarja tagħhom u jagħmilha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku."

(2) L-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 8

1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw biss l-importazzjoni ta’ semen mibgħuta minn ċentru ta’ ġbir ta’ semen f’wieħed mill-pajjiżi terzi li jidher fil-lista msemmija fl-Artikolu 7 u li għalih l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat tista’ tiggarantixxi li ntlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) jissodisfa l-kundizzjonijiet:

(i) għall-approvazzjoni taċ-ċentri ta’ ġbir ta’ semen stipulati fil-Kapitolu I ta’ l-Anness A;

(ii) rigward is-sorveljanza ta’ dawn iċ-ċentri stipulati fil-Kapitolu II tiegħu;

(b) ikun ġie uffiċjalment approvat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz għall-esportazzjoni lejn il-Komunità;

(c) ikun tqiegħed taħt is-sorveljanza ta’ veterinarju taċ-ċentru;

(d) ikun suġġett għal spezzjonijiet minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz ikkonċernat mill-anqas darbtejn fis-sena.

2. Il-lista taċ-ċentri ta’ ġbir ta’ semen li l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li tidher fuq il-lista msemmija fl-Artikolu 7 approvat skond il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li minnhom is-semen jista’ jintbagħat lejn il-Komunità għandha tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni.

L-approvazzjoni ta’ ċentru ta’ ġbir ta’ semen għandha tiġi immedjatament sospiża jew irtirata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jekk ma jissodisfax aktar il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 u l-Kummissjoni għandha tiġi infurmata immedjatament b’dan.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri b’kull listi ġodda jew aġġornati li hi tirċievi mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat skond dan il-paragrafu u għandha tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku għal skopijiet ta’ informazzjoni.

3. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2)."

(3) Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"2. Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 97/78/KE għandhom japplikaw, b’mod partikolari għall-organizzazzjoni u l-verifiki sussegwenti li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri u l-miżuri ta’ salvagwardja li għandhom ikunu applikati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22 ta’ dik id-Direttiva."

Artikolu 10 Emendi għad-Direttiva 90/539/KEE

Id-Direttiva 90/539/KEE qiegħda b'dan tiġi emendata kif ġej

(1) L-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 4

Kull Stat Membru għandu jinnomina laboratorju ta’ referenza nazzjonali sabiex ikun responsabbli mill-koordinazzjoni tal-metodi dijanjostiċi stipulati f’din id-Direttiva u l-użu tagħhom mil-laboratorji approvati li jkunu jinsabu fit-territorju tiegħu.

Kull Stat Membru għandu jagħmel id-dettalji tal-laboratorju ta’ referenza nazzjonali tiegħu, u kull tibdil sussegwenti, disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32(2)."

(2) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 6a li ġej:

"Artikolu 6a

Kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornata lista ta’ l-istabbilimenti approvati skond il-punt 1(a) ta’ l-Artikolu 6 u n-numri ta’ distinzjoni tagħhom, u għandu jagħmilha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32."

(3) L-Anness I għandu jiġi emendat kif ġej:

(i) il-punt 1 għandu jitħassar.

(ii) il-punt 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"2. Il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza għal mard relatat ma’ l-għasafar maħtura skond l-Artikolu 4 għandhom ikunu responsabbli f’kull Stat Membru għall-koordinazzjoni tal-metodi dijanjostiċi stipulati f’din id-Direttiva. Għal dan il-għan:

(a) huma jistgħu jfornu lil-laboratorji approvati bir-reaġenti meħtieġa għall-ittestjar dijanjostiku;

(b) huma għandhom jikkontrollaw il-kwalità tar-reaġenti kollha użati mil-laboratorji approvati;

(c) għandhom jorganizzaw testijiet komparattivi perjodiċi."

Artikolu 11 Emendi għad-Direttiva 91/68/KEE

Id-Direttiva 91/68/KEE qiegħda b'dan tiġi emendata kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 8a, il-paragrafu (3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"(3) L-awtorità kompetenti għandha toħroġ numru ta’ approvazzjoni għal kull ċentru tal-ġbir approvat. L-approvazzjonijiet jistgħu jkunu limitati għal speċi waħda jew aktar koperti minn din id-Direttiva jew għall-annimali għat-trobbija jew għat-tismin, jew għall-annimali għall-qatla.

L-awtorità kompetenti għandha tfassal u żżomm aġġornata l-lista taċ-ċentri tal-ġbir approvati u n-numri ta’ l-approvazzjoni uniċi tagħhom u tagħmilha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku."

(2) Fl-Artikolu 8b, il-paragrafu 5 segwenti għandu jiġi miżjud:

"(5) L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata lista tan-negozjanti approvati u tal-bini rreġistrat użat min-negozjanti għan-negozju tagħhom u n-numri ta’ l-approvazzjoni tagħhom u għandhom jagħmluha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-paragrafu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2)."

Artikolu 12 Emendi għad-Direttiva 92/35/KEE

Id-Direttiva 92/35/KEE qiegħda b'dan tiġi emendata kif ġej

(1) L-Artikolu 14 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 14

1. L-Istati Membri għandhom jaħtru laboratorju nazzjonali biex iwettaq l-eżamijiet ta’ laboratorju stipulati f’din id-Direttiva, u għandhom jagħmlu d-dettalji ta’ dak il-laboratorju, u kull tibdil sussegwenti, disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-paragrafu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19.

2. Il-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-laboratorji nazzjonali maħtura skond il-paragrafu 1 huma stipulati fl-Anness I.

3. Il-laboratorji nazzjonali indikati skond il-paragrafu 1 għandhom jikkooperaw mal-laboratorju ta’ referenza Komunitarju msemmi fl-Artikolu 15."

(2) Fl-Anness I, is-Sezzjoni A għandha titħassar.

Artikolu 13 Emendi għad-Direttiva 92/65/KEE

Id-Direttiva 92/65/KEE qiegħda b'dan tiġi emendata kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 5 segwenti għandu jiġi miżjud:

"5. Iċ-ċentri approvati msemmija fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 2 u l-gruppi ta’ ġbir approvati msemmija fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 3 għandhom jiġu rreġistrati mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat, kull ċentru u grupp jingħata numru ta’ reġistrazzjoni veterinarja.

Kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornata lista ta’ dawk iċ-ċentri approvati u l-gruppi ta’ ġbir approvati u n-numri ta’ reġistrazzjoni veterinarja tagħhom u għandu jagħmilha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-paragrafu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2)."

(2) Fl-Artikolu 13(2), il-punt (d) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"(d) Il-korpi, l-istituti u ċ-ċentri approvati kollha għandhom jiġu rreġistrati u maħruġa b’numru ta’ approvazzjoni mill-awtorità kompetenti.

Kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornata lista tal-korpi, l-istituti u ċ-ċentri approvati u n-numri ta’ approvazzjoni tagħhom u għandu jagħmilha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-punt jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2)."

(3) Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"3. Is-segwenti għandu jkun stabbilit:

(a) skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2), lista tal-pajjiżi terzi jew ta’ partijiet mill-pajjiżi terzi li jistgħu jipprovdu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni b’garanziji ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-Kapitolu II rigward l-annimali, is-semen, l-ova u l-embrijuni;

(b) skond dan il-punt, lista taċ-ċentri jew gruppi ta’ ġbir approvati kif imsemmija fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 11 u fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu li jinsabu f’wieħed mill-pajjiżi terzi li jidhru fuq il-lista msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu u li għalihom l-awtorità kompetenti tista’ tagħti l-garanziji msemmija fl-Artikolu 11(2) u (3).

Il-lista taċ-ċentri u l-gruppi ta’ ġbir approvati msemmija fl-ewwel subparagrafu u tan-numri ta’ reġistrazzjoni veterinarja tagħhom għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni.

L-approvazzjoni ta’ ċentru jew grupp ta’ ġbir għandha tiġi immedjatament sospiża jew irtirata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jekk ma jissodisfax aktar il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(2) u (3) u l-Kummissjoni għandha tiġi infurmata immedjatament b’dan.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri b’kull listi ġodda jew aġġornati li hi tirċievi mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz skond it-tieni u t-tielet subparagrafi u għandha tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku għal skopijiet ta’ informazzjoni.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-punt jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2).

(c) skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2), il-ħtiġijiet speċifiċi tas-saħħa ta’ l-annimali, b’mod partikolari għall-ħarsien tal-Komunità minn ċertu mard eżotiku, jew garanziji ekwivalenti għal dawk imsemmija f’din id-Direttiva.

Il-ħtiġijiet speċifiċi u l-garanziji ekwivalenti stabbiliti għal pajjiżi terzi ma jistgħux ikunu aktar favorevoli minn dawk imsemmija fil-Kapitolu II."

(4) Fl-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 97/78/KE għandhom japplikaw, b’mod partikolari għall-organizzazzjoni u l-verifiki sussegwenti li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri u l-miżuri ta’ salvagwardja li għandhom ikunu applikati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22 ta’ dik id-Direttiva."

Artikolu 14 Emendi għad-Direttiva 92/66/KEE

Id-Direttiva 92/66/KEE qiegħda b'dan tiġi emendata kif ġej:

(1) L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"2. Il-laboratorji nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ l-istandards u l-metodi tad-dijanjosi, l-użu tar-reaġenti u l-ittestjar tal-vaċċini."

(b) Fil-paragrafu 3, il-frażi preliminari għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

"3. Il-laboratorji nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ l-istandards u l-metodi tad-dijanjosi stipulati għal kull laboratorju dijanjostiku tal-marda Newcastle fl-Istat Membru. Għal dan il-għan:"

(c) Il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"4. Il-laboratorji nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkooperaw mal-laboratorju ta’ referenza Komunitarju msemmi fl-Artikolu 15.

5. L-Istati Membri għandhom iżommu listi aġġornati tal-laboratorji nazzjonali jew l-istituti msemmija fil-paragrafu 1 u jagħmluhom disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-paragrafu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2)."

(2) L-Anness IV għandu jiġi mħassar.

Artikolu 15 Emendi għad-Direttiva 92/119/KEE

Id-Direttiva 92/119/KEE qiegħda b'dan tiġi emendata kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"5. L-Istati Membri għandhom iżommu listi aġġornati tal-laboratorji nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 u jagħmluhom disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku."

(2) Fl-Anness II, il-punt 5 għandu jiġi mħassar.

Artikolu 16 Emendi għad-Direttiva 94/28/KE

Id-Direttiva 94/28/KE qiegħda b'dan tiġi emendata kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"1. Il-lista ta’ l-awtoritajiet dwar l-ispeċi u/jew ir-razez ikkonċernati li l-awtorità tal-pajjiż terz approvat għall-għan ta’ din id-Direttiva għandha tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni.

L-approvazzjoni ta’ awtorità għandha tiġi immedjatament sospiża jew irtirata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jekk ma tissodisfax aktar il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2)(b) u l-Kummissjoni għandha tiġi infurmata immedjatament b’dan.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri b’kull listi ġodda jew aġġornati li hi tirċievi mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat skond it-tieni subparagrafu u għandha tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku għal skopijiet ta’ informazzjoni."

(2) L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 2, il-punt (a) għandu jiġi mħassar;

(b) Il-paragrafu 3 għandu jiġi mħassar.

(3) Fl-Artikolu 10, il-paragrafu segwenti għandu jiġi miżjud:

"Fejn kull ksur serju tad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 3(2)(b) jitlob hekk, b’mod partikolari fid-dawl tas-sejbiet rigward l-ispezzjonijiet fuq il-post imsemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu, jistgħu jiġu adottati miżuri biex tkun sospiża l-importazzjoni ta’ annimali, semen, ova u embrijuni msemmija fl-Artikolu 1(1) skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12."

Artikolu 17 Emendi għad-Direttiva 2000/75/KE

Id-Direttiva 2000/75/KE qiegħda b'dan tiġi emendata kif ġej:

(1) L-Artikolu 15 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 15

1. L-Istati Membri għandhom jaħtru laboratorju nazzjonali responsabbli biex jagħmel it-testijiet tal-laboratorji previsti minn din id-Direttiva, u għandhom jagħmlu d-dettalji ta’ dak il-laboratorju, u kull tibdil sussegwenti, disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-paragrafu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 20(2).

2. Id-dmirijiet tal-laboratorji nazzjonali maħtura skond il-paragrafu 1 huma elenkati fl-Anness I.

3. Il-laboratorji nazzjonali maħtura skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkooperaw mal-laboratorju ta’ referenza Komunitarju msemmi fl-Artikolu 16."

(2) Fl-Anness I, is-Sezzjoni A għandha tiġi mħassra.

Artikolu 18 Emendi għad-Deċiżjoni 2000/258/KE

Id-Deċiżjoni 2000/258/KE qiegħda b'dan tiġi emendata kif ġej:

(1) L-Artikolu 3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 3

1. Fuq il-bażi ta’ riżultat favorevoli tal-valutazzjoni tal-laboratorju applikanti fl-Istat Membru, iddokumentat mill-AFSSA, Nancy , l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tista’ tawtorizza lil-laboratorju applikanti biex iwettaq it-testijiet seroloġiċi biex jimmonitorja l-effikaċja tat-tilqim kontra l-idrofobija.

L-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu aġġornata lista ta’ dawk il-laboratorji li huma awtorizzaw u għandhom jagħmluha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.

2. Fuq il-bażi ta’ riżultat favorevoli tal-valutazzjoni tal-laboratorju applikanti fil-pajjiż terz iddokumentat mill-AFSSA, Nancy, u wara l-applikazzjoni għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ta’ l-oriġini tal-laboratorju applikanti, dan il-laboratorju għandu jiġi awtorizzat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(2) biex iwettaq it-testijiet seroloġiċi biex jimmonitorja l-effikaċja tat-tilqim kontra l-idrofobija.

3. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(2)."

(2) L-Annessi I u II għandhom jiġu sostitwiti bit-test fl-Anness ma' din id-Direttiva.

Artikolu 19 Emendi għad-Direttiva 2001/89/KE

Id-Direttiva 2001/89/KE qiegħda b'dan tiġi emendata kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 17(1), il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"(b) il-laboratorju nazzjonali huwa responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ l-istandards u l-metodi ta' dijanjożi f’kull Stat Membru skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness III.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-dettalji tal-laboratorju nazzjonali tagħhom, u kull tibdil sussegwenti, disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku b’mod li jista’ jkun speċifikat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26(2)."

(2) L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) it-titolu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Id-dmirijiet tal-laboratorji nazzjonali għall-marda ta’ l-infafet vesikolari tal-majjali"

(b) il-punt 1 għandu jiġi mħassar.

Artikolu 20 Emendi għad-Direttiva 2002/60/KE

Id-Direttiva 2002/60/KE qiegħda b'dan tiġi emendata kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 18(1), il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"(b) il-laboratorju nazzjonali huwa responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ l-istandards u għall-metodi dijanjostiċi f’kull Stat Membru skond l-Anness IV.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-dettalji tal-laboratorju nazzjonali tagħhom, u kull tibdil sussegwenti, disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku b’mod li jista’ jkun speċifikat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2)."

(2) L-Anness IV għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) it-titolu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Id-dmirijiet tal-laboratorji nazzjonali għad-deni Afrikan tal-majjali"

(b) Il-punt 1 għandu jiġi mħassar.

Artikolu 21 Emendi għad-Direttiva 2005/94/KE

Fl-Artikolu 51 tad-Direttiva 2005/94/KE, il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"2. L-Istati Membri għandhom jinnominaw laboratorju ta’ referenza nazzjonali u għandhom jagħmlu d-dettalji tiegħu, u kull tibdil sussegwenti, disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku b’mod li jista’ jkun speċifikat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 64(2)."

Artikolu 22 Traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2009. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert mid-Direttiva.

Artikolu 23 Dispożizzjonijiet tranżitorji

L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tal-laboratorji ppreżentati mill-Istati Membri qabel l-1 ta’ Lulju 2009, skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2000/258/KE u l-Anness II miegħu, għandhom ikunu rregolati minn dik id-Deċiżjoni, fil-verżjoni tagħha qabel l-emendi magħmula minn din id-Direttiva.

Artikolu 24 Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Artikolu 25 L-Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

"ANNESS I

AFSSA, Nancy

Laboratoire d’études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages

Technopôle Agricole et Vétérinaire

BP 40 009

54220 Malzéville Cedex

France

ANNESS II

L-istitut speċifiku responsabbli biex jistabbilixxi l-kriterji meħtieġa għall-istandardizzazzjoni tat-test seroloġiku biex tiġi mmonitorjata l-azzjoni tat-tilqim kontra l-idrofobija għandu:

- jikkoordina l-istabbiliment, it-titjib u l-istandardizzazzjoni tal-metodi tat-titrazzjoni seroloġika fuq il-karnivori mlaqqmin kontra l-idrofobija;

- jevalwa dawk il-laboratorji fl-Istati Membri li ppreżentaw l-applikazzjoni biex iwettqu t-titrazzjonijiet seroloġiċi msemmija fl-ewwel inċiż; ir-riżultat ta’ din il-valutazzjoni għandu jintbagħat lil-laboratorju applikanti u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn ir-riżultat huwa favorevoli għall-għanijiet ta’ l-approvazzjoni;

- jevalwa dawk il-laboratorji fil-pajjiżi terzi li ppreżentaw l-applikazzjoni biex iwettqu t-titrazzjonijiet seroloġiċi msemmija fl-ewwel inċiż; ir-riżultat ta’ din il-valutazzjoni għandu jintbagħat lil-laboratorju applikanti u lill-Kummissjoni fejn ir-riżultat huwa favorevoli għall-għanijiet ta’ l-approvazzjoni;

- jipprovdi kull tagħrif siewi dwar il-metodi ta’ l-analiżi u l-provi komparattivi lil dawk il-laboratorji u jorganizza sessjonijiet ta’ taħriġ u korsijiet ta’ taħriġ ulterjuri għall-impjegati tagħhom;

- jorganizza testijiet ta’ xeħta bejn il-laboratorji (testijiet ta’ profiċjenza);

- jipprovdi assistenza xjentifika u teknika lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati dwar l-affarijiet imsemmija f’dan l-Anness, b’mod partikolari f’każijiet ta’ nuqqas ta’ qbil dwar ir-riżultati tat-titrazzjonijiet seroloġiċi."

[1] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

[2] ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/265/KE (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 17).

[3] ĠU C […], […], p. […].

[4] ĠU C […], […], p. […].

[5] ĠU C […], […], p. […].

[6] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 60.

[7] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

[8] ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

[9] ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/60/KE (ĠU L 23, 28.1.2003, p. 30).

[10] ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/104/KE.

[11] ĠU L 206, 12.8.1977, p. 8. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).

[12] ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/16/KE (ĠU L 11, 7.1.2006, p. 21).

[13] ĠU L 382, 31.12.1988, p. 36. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

[14] ĠU L 153, 6.6.1989, p. 30.

[15] ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/60/KE (ĠU L 31, 3.2.2006, p. 24).

[16] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 55.

[17] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 60.

[18] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

[19] ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/104/KE.

[20] ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/104/KE.

[21] ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/104/KE.

[22] ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/104/KE.

[23] ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/10/KE (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 24).

[24] ĠU L 178, 12.7.1994, p. 66.

[25] ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/104/KE.

[26] ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/104/KE.

[27] ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/104/KE.

[28] ĠU L 10, 14.1.2005, p. 16.

Augša