|
14.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 8/138 |
It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008
Protezzjoni ta' data personali *
P6_TA(2008)0436
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar l-abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali (16069/2007 — C6-0010/2008 — 2005/0202(CNS))
2010/C 8 E/36
(Proċedura ta' konsultazzjoni — konsultazzjoni mġedda)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (16069/2007),
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2005)0475),
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2006 (1),
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2007 (2),
wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)punt (b) tat-Trattat tal-UE,
wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat tal-UE, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C6-0010/2008),
wara li kkunsidra l-Artikoli 93, 51u 55(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0322/2008),
|
1. |
Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex temenda t-test f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250, paragrafu 2 tat-Trattat KE; |
|
3. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinnotifikah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
4. |
Jistieden lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-intenzjoni li jemenda l-abbozz sostanzjalment jew li jibdlu b'test ieħor; |
|
5. |
Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjon sabiex wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona jittrattaw bi prijorità kull proposta li ssir wara li jkollha l-iskop li temenda dan it-test skond l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet proviżorji li jiġu annessi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar l-iffunzjonar tal-Unjoni Ewropea, mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u mad-Dikjarazzjoni Nru 50 relatata magħha, b'mod partikulari f'dak li jirrigwarda l-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustiżżja tal-Komunitajiet Ewropej; |
|
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
|
TEST PROPOST MILL-KUNSILL |
EMENDA |
||||||
|
Emenda 1 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Premessa 4a (ġdida) |
|||||||
|
|
|
||||||
|
Emenda 2 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Premessa 5 |
|||||||
|
|
||||||
|
Emenda 3 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Premessa 5 a |
|||||||
|
|
||||||
|
Emenda 4 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Premessa 6 b |
|||||||
|
Imħassar |
||||||
|
Emenda 5 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Premessa 7 |
|||||||
|
|
||||||
|
Emenda 6 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Premessa 8 b |
|||||||
|
|
||||||
|
Emenda 7 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Premessa 11 a |
|||||||
|
|
||||||
|
Emenda 8 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Premessa 13 a |
|||||||
|
|
||||||
|
Emenda 9 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 1 — paragrafu 2 — punt c a (ġdid) |
|||||||
|
|
|
||||||
|
Emenda 10 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 1 - paragrafu 4 |
|||||||
|
4. Din id-Deċiżjoni Qafas hija mingħajr preġudizzju għal interessi essenzjali ta' sigurtà nazzjonali u attivitajiet speċifiċi ta' intelligence fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali. |
Imħassar |
||||||
|
Emenda 11 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 2 - punt l |
|||||||
|
|
||||||
|
Emenda 12 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 7 |
|||||||
|
L-ipproċessar ta' data personali li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku jew sħubija fi trejd unjon u l-ipproċessar ta' data dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali għandu jkun permess biss meta dan ikun strettament meħtieġ u meta l-liġi domestika tipprevedi salvagwardji adegwati. |
1) L-ipproċessar ta' data personali li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku jew sħubija fi trejdjunjin u l-ipproċessar ta' data dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali għandu jkun ipprojbit. |
||||||
|
|
2) Bħala eċċezzjoni, l-ipproċessar ta' din id-data jista' jsir:
Dawn il-kategoriji speċifiċi ta' data m'għandhomx jiġu pproċessati b'mod awtomatiku sakemm il-liġi domestika ma tipprovdix salvagwardji xierqa. L-istess kundizzjoni għandha tapplika wkoll għad-data personali relatata ma' sentenzi kriminali. |
||||||
|
Emenda 13 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Article 11 — paragrafu 1 |
|||||||
|
1. It-trasmissjonijiet kollha ta' data personali għandhom ikunu reġistrati jew dokumentati għall-finijiet ta' verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, l-awto-monitoraġġ u li tiġi żgurata l-integrità u s-sigurtà tad-data. |
1. Kull trasmissjoni, aċċess u pprocessar ulterjuri ta' data personali għandhom ikunu reġistrati jew dokumentati għall-finijiet ta' verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, l-awto-monitoraġġ u sabiex tiġi żgurata l-integrità u s-sigurtà tad-data. |
||||||
|
Emenda 14 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 12 - paragrafu 1 — parti introduttorja |
|||||||
|
1. Id-data personali rċevuta jew issir disponibbli mingħand l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor tista', f'konformità mal-ħtiġiet tal-Artikolu 3(2), tiġi pproċessata ulterjorment biss għall-għanijiet li ġejjin minbarra dawk l-għanijiet li għalihom ġiet trasmessa jew saret disponibbli; |
1. Id-data personali rċevuta jew issir disponibbli mingħand l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor tista', f'konformità mal-ħtiġiet tal-Artikolu 3(2), tiġi pproċessata ulterjorment biss jekk dan ikun meħtieġ għall-għanijiet li ġejjin minbarra dawk l-għanijiet li għalihom ġiet trasmessa jew saret disponibbli; |
||||||
|
Emenda 15 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 12 - paragrafu 1, punt d |
|||||||
|
|
||||||
|
Emenda 16 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 14 - paragrafu 1 — parti introduttorja |
|||||||
|
1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li d-data personali trasmessa jew magħmula disponibbli mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor tista' tiġi trasferita lil Stati terzi jew korpi jew organizzazzjonijiet internazzjonali stabbiliti permezz ta' ftehimiet internazzjonali jew iddikjarati bħala korp internazzjonali biss jekk |
1. L-Istati Membri għandhom jipprevedu, każ b'każ, li d-data personali trasmessa jew magħmula disponibbli mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor tista' tiġi trasferita lil Stati terzi jew korpi jew organizzazzjonijiet internazzjonali stabbiliti permezz ta' ftehimiet internazzjonali jew iddikjarati bħala korp internazzjonali biss jekk |
||||||
|
Amendment 17 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 14 - paragrafu 1, punt d |
|||||||
|
|
||||||
|
Emenda 18 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 14 - paragrafu 2 |
|||||||
|
2. It-trasferiment mingħajr kunsens minn qabel skond il-paragrafu 1, punt c, għandu jkun permissibbli biss jekk it-trasferiment tad-data jkun essenzjali għall-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta' Stat Membru jew Stat terz jew għall-interessi essenzjali ta' Stat Membru u l-kunsens minn qabel ma jistax jinkiseb fi żmien debitu. L-awtorità responsabbli għal għoti ta' kunsens għandha tkun infurmata mingħajr dewmien. |
2. It-trasferiment mingħajr kunsens minn qabel skond il-paragrafu 1, punt c, għandu jkun permissibbli biss jekk it-trasferiment tad-data jkun essenzjali għall-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta' Stat Membru jew Stat terz jew għall-interessi essenzjali ta' Stat Membru u l-kunsens minn qabel ma jistax jinkiseb fi żmien debitu. F'każ bħal dan, id-data personali tista' tiġi pproċessata mid-destinatarju biss jekk dan ikun assolutament meħtieġ għall-għan speċifiku li għalih tkun ingħatat id-data . L-awtorità responsabbli għal għoti ta' kunsens għandha tkun infurmata mingħajr dewmien. Tali trasferimenti ta' data għandhom ikunu notifikati lill-awtorità superviżorja kompetenti. |
||||||
|
Emenda 19 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 14 - paragrafu 3 |
|||||||
|
3. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, punt d, id-data personali tista' tiġi ttrasferita jekk |
3. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, punt d, id-data personali tista' tiġi ttrasferita eċċezzjonalment jekk |
||||||
|
|
||||||
|
|
||||||
|
|
||||||
|
|
||||||
|
|
|
||||||
|
Emenda 20 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 14 - paragrafu 4 |
|||||||
|
4. L-adegwatezza tal-livell ta' protezzjoni msemmi fil-paragrafu 1, punt d, għandha tkun ivvalutata fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha madwar operazzjoni tat-trasferiment tad-data jew sett ta' operazzjonijiet ta' trasferimenti tad-data. Għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari lin-natura tad-data, il-fini u t-tul tal-operazzjoni jew operazzjonijiet ta' pproċessar tad-data, l-Istat tal-oriġini u l-Istat jew l-organizzazzjoni internazzjonali tad-destinazzjoni finali tad-data, ir-regoli tal-liġi, kemm ġenerali u settorjali, fis-seħħ fl-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata u r-regoli professonali u l-miżuri ta' sigurtà li magħhom tinżamm konformità hemmhekk. |
4. L-adegwatezza tal-livell ta' protezzjoni msemmi fil-paragrafu 1, punt d, għandha tkun evalwata minn awtorità indipendenti fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha madwar operazzjoni tat-trasferiment tad-data jew sett ta' operazzjonijiet ta' trasferimenti tad-data. Għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari lin-natura tad-data, il-fini u t-tul tal-operazzjoni jew operazzjonijiet ta' pproċessar tad-data, l-Istat tal-oriġini u l-Istat jew l-organizzazzjoni internazzjonali tad-destinazzjoni finali tad-data, ir-regoli tal-liġi, kemm ġenerali u settorjali, fis-seħħ fl-Istat terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata u r-regoli professonali u l-miżuri ta' sigurtà li magħhom tinżamm konformità hemmhekk. |
||||||
|
Emenda 21 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 14 a - titolu |
|||||||
|
Trasmissjoni lil partijiet privati fi Stati Membri |
Trasmissjoni lil partijiet privati u aċċess għal data li jirċievu partijiet privati fi Stati Membri |
||||||
|
Emenda 22 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 14 a - paragrafu 1 — parti introduttorja |
|||||||
|
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li data personali riċevuta minn jew magħmula disponibbli mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor tista' tiġi trasmessa lil partijiet privati biss jekk: |
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li data personali riċevuta minn jew magħmula disponibbli każ b'każ mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor tista' tiġi trasmessa lil partijiet privati biss jekk: |
||||||
|
Emenda 23 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 14 a - paragrafu 2 a (ġdid) |
|||||||
|
|
2a. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jikkonsultaw u jipproċessaw data personali kkontrollata minn persuni privati biss skond il-każ individwali u f'ċirkustanzi preċiżi, għal raġunijiet speċifiċi u suġġetti għal kontroll ġudizzjarju fl-Istati Membri. |
||||||
|
Emenda 24 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 14 a - paragrafu 2 b (ġdid) |
|||||||
|
|
2 b. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri għandha tipprovdi li fejn persuni privati jirċievu u jipproċessaw data bħala parti mill-mandat tas-servizz pubbliku, huma jkunu suġġetti għal rekwiżiti li talanqas ikunu ekwivalenti jew aqwa minn dawk imposti fuq l-awtoritajiet kompetenti. |
||||||
|
Emenda 25 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 17 - paragrafu 1 - punt a |
|||||||
|
|
||||||
|
Emenda 26 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 22 - paragrafu 2 - punt h |
|||||||
|
|
||||||
|
Emenda 27 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Arikolu 22 - paragrafu 2 - punt j a (ġdid) |
|||||||
|
|
|
||||||
|
Emenda 28 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 24 |
|||||||
|
L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Qafas u għandhom b'mod partikolari jistabbilixxu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi li jiġu imposti fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet adottati bis-saħħa ta' din id-Deċiżjoni Qafas. |
L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Qafas u għandhom b'mod partikolari jistabbilixxu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, inklużi sanzjonijiet amministrattivi u/jew penali b'konformità mal-liġi nazzjonali li jiġu imposti fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet adottati bis-saħħa ta' din id-Deċiżjoni Qafas. |
||||||
|
Emenda 29 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 25 - paragrafu 1 a (ġdid) |
|||||||
|
|
1a. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet superviżorji jiġu kkonsultati fit-tfassil ta' miżuri jew regolamenti amministrattivi relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali għall-għan tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali. |
||||||
|
Emenda 30 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 25 a (ġdid) |
|||||||
|
|
Artikolu 25a Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar tad-Data Personali għall-għan tal-Prevenzjoni, l-Investigazzjoni, il-Kxif u l-Prosekuzzjoni ta' Reati Kriminali 1. Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar tad-Data Personali għall-għan tal-Prevenzjoni, l-Investigazzjoni, il-Kxif u l-Prosekuzzjoni ta' Reati Kriminali, (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Grupp ta' Ħidma”), huwa hawnhekk stabbilit. Huwa għandu jkollu stejtus konsultattiv u għandu jkun indipendenti. 2. Il-Grupp ta' Ħidma għandu jkun magħmul minn rappreżentant tal-awtorità superviżorja jew l-awtoritajiet maħturin minn kull Stat Membru, minn rappreżentant tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Kull membru tal-Grupp ta' Ħidma għandu jkun nominat mill-istituzzjoni, l-awtorità jew l-awtoritajiet li huwa jirrappreżenta. Meta Stat Membru jkun ħatar aktar minn awtorità superviżorja waħda, dawn għandhom jinnominaw rappreżentant konġunt. Il-presidenti tal-korpi ta' sorveljanza konġunti stabbiliti taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandhom ikunu intitolati li jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma jew li jkunu rappreżentati fihom. L-awtorità jew l-awtoritajiet superviżorji maħturin mill-Islanda, min-Norveġja u mill-Isvizzera għandhom ikunu intitolati li jkunu rappreżentati fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma fejn ikunu konċernati l-kwistjonijiet marbutin mal-Acquis ta' Schengen. 3. Il-Grupp ta' Ħidma għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza sempliċi tar-rappreżentanti tal-awtoritajiet superviżorji. 4. Il-Grupp ta' Ħidma għandu jeleġġi l-president tiegħu. Il-mandat tal-president għandu jkun ta' sentejn. Il-ħatra tiegħu tkun tista' tiġġedded. 5. Is-segretarjat tal-Grupp ta' Ħidma għandu jkun ipprovdut mill-Kummissjoni 6. Il-Grupp ta' Ħidma għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu. 7. Il-Grupp ta' Ħidma għandu jikkunsidra l-punti li jitqiegħdu fl-aġenda mill-president tiegħu, jew fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba ta' rappreżentant tal-awtoritajiet superviżorji, tal-Kummissjoni, tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew tal-presidenti tal-korpi superviżorji konġunti. |
||||||
|
Emenda 31 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 25 b (ġdid) |
|||||||
|
|
Artikolu 25b Kompiti 1. l-Grupp ta' Ħidma għandu:
2. Jekk il-Grupp ta' Ħidma jsib diverġenzi bejn il-liġijiet u l-prattiki tal-Istati Membri li x'aktarx jolqtu l-ekwivalenza tal-protezzjoni għall-persuni fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fl-Unjoni Ewropea, huwa għandu jgħarraf lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. 3. Il-Grupp ta' Ħidma jista', fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill, jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-protezzjonui tal-persuni fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fl-Unjoni Ewropea għall-għan tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali. 4. L-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. 5. Il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, tinforma lill-Grupp ta' Ħidma bl-azzjoni meħuda b'reazzjoni għall-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Ir-rapport għandu jkun disponibbli pubblikament u għandu jintbgħat ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Grupp ta' Ħidma bi kwalunkwe azzjoni li jieħdu skond il-Paragrafu 1 6. Il-Grupp ta' Ħidma għandu jfassal rapport annwali dwar il-ħarsien ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali għall-għan tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali fl-Unjoni Ewropea u f'pajjiżi terzi. Ir-rapport għandu jkun disponibbli pubblikament u għandu jintbgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
||||||
|
Emenda 32 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Article 27 a - paragrafu 1 |
|||||||
|
1. Tliet snin wara l-iskadenza tal-perijodu stabbilit fl-Artikolu 28(1), l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri nazzjonali li jkunu adottaw biex jiżguraw konformità sħiħa ma' din id-Deċiżjoni Qafas, u partikolarment ukoll rigward dawk id-dispożizzjonijiet li diġà jrid ikun hemm konformità magħhom meta tinġabar id-data. Il-Kummissjoni għandha teżamina b'mod partikolari l-implikazzjonijiet tad-dispożizzjoni dwar il-kamp ta' applikazzjoni fl-Artikolu 1(2). |
1. Tliet snin wara l-iskadenza tal-perjodu stabbilit fl-Artikolu 28(1), l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri nazzjonali li jkunu adottaw biex jiżguraw konformità sħiħa ma' din id-Deċiżjoni Qafas, u partikolarment ukoll rigward dawk id-dispożizzjonijiet li diġà jrid ikun hemm konformità magħhom meta tinġabar id-data. Il-Kummissjoni għandha teżamina b'mod partikolari l-applikazzjoni tal-Artikolu 1(2). |
||||||
|
Emenda 33 |
|||||||
|
Abbozz għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Artikolu 27 a - paragrafu 2 a (ġdid) |
|||||||
|
|
2a. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tqis l-osservazzjonijiet imressqa mill-parlamenti u mill-gvernijiet tal-Istati Membri, mill-grupp ta' ħidma stabbilit permezz tal-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE, mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u mill-grupp ta' ħidma stabbilit skond l-Artikolu 25a ta' din id-Deċiżjoni Qafas. |
||||||
(1) ĠU C 306E, 15.12.2006, p. 263.
(2) ĠU C 125E, 22.5.2008, p. 154.