Proposta ta’ regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-persuni li għandhom mobbiltà ridotta fit-trasport bl-ajru /* KUMM/2005/0046 finali */
Brussel 16.2.2005 KUMM(2005) 46 finali Proposta ta’ REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar id-drittijiet tal-persuni li għandhom mobbiltà ridotta fit-trasport bl-ajru SPJEGAZZJONI TA’ L-GĦANIJIET WERREJ TAL-KONTENUT INTRODUZZJONI I. ANALIŻI TAL-LEĠIŻLAZZJONI U TAL-PROPOSTI ATTWALI 1. Settur ta’ l-ajru 2. Settur ferrovjarju II. L-IŻVILUPP TA’ POLITIKA DWAR ID-DRITTIJIET TAL-PASSIĠĠIERI 1. Mizuri speċifiċi favur il-persuni b’mobbiltà ridotta 2. Soluzzjonijiet awtomatiċi u immedjati f’każ ta’ interruzzjoni tal-vjaġġ 3. Responsabbiltà f’każ ta’ mewt jew ta’ korriment tal-passiġġieri 4. Trattament ta’ l-ilmenti u tal-mezzi ta’ riparazzjoni 5. Informazzjoni għall-passiġġieri 6. Id-dritt għal biljetti integrati 7. Id-drittijiet tal-passiġġieri f’każ ta’ falliment ta’ l-operatur ta’ l-ajru 8. Evalwazzjoni u sorveljanza KONKLUŻJONIJIET Annessi INTRODUZZJONI Għal dawn l-aħħar tletin sena, kien hemm żieda qawwija ta’ mobbiltà fl-Ewropa. Għal miljuni ta’ ċittadini l-ivvjaġġar sar realtà, tassew dritt. Fil-fatt it-trasport tal-passiġġieri żdied aktar mid-doppju mill-1970 (minn 2,118 biljun passiġġier – kilometru fl-1970 għal 4,993 biljun passiġġier – kilometru fl-2002. Għandna niftakru li fl-1970 kull wieħed minnha għamilna 17-il kilometru kuljum; din il-medja llum hi ta’ 34 kilometru. Dan il-fenominu hu r-riżultat ta’ serje ta’ fatturi, iżda fuq kollox dan seħħ minħabba l-iżvilupp ekonomiku, it-tnaqqis tal-prezz tat-trasport u l-progressi lejn “żona mingħajr fruntieri interni” (l-Artikolu 2 tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea). L-ewwel setturi li bbenefikaw minnhom kienu t-trasport stradali għat-trasport tal-merkanzija u dak ta’ l-ajru għal dak tal-passiġġieri. Is-settur ta’ l-ajru kellu serje ta’ trasformazzjonijiet: id-dehra ta’ kumpaniji bi prezzijiet baxxi, ir-ristrutturazzjoni ta’ kumpaniji oħrajn, il-ftuħ ta’ rotot ġodda, id-disponibilità ta’ informazzjoni jew ta’ biljetti fuq l-Internet bit-tnaqqis ġenerali tal-prezzijiet. Miljuni ta’ persuni qabdu l-ajruplan bis-saħħa tat-twaqqif ta’ suq intern għall-avjazzjoni. Progress fis-settur ferrovjarju ppermetta – b’mod partikulari fl-itinerarji fejn l-interoperabbiltà hi fil-verità żieda ta’ vjaġġi interkomunitarji. Il-ftuħ tas-swieq marittimi ġab żieda fl-offerta għal preżżijiet b’roħs kontinwu lejn destinazzjonijiet turistiċi. It-tneħħija tal-fruntieri u l-iżvilupp fis-settur tat-trasport ma kinux minn dejjem akkumpanjati b’miżuri suffiċjenti fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri. Fl-istess waqt peress li n-numru tagħhom żdied, irid ikun mistqarr li, kultant, il-passiġġieri kienu obbligati jiffaċċjaw sitwazzjonijiet diffiċli bħall-kanċellazzjonijiet, ibbukkjar żejjed, telf ta’ bagalji, dewmien eċċ. Fl-istess ħin, il-passiġġieri huma mġiegħla josservaw ċerti obbligi stretti ħafna (kontroll, reġistrazzjoni, riżervazzjoni) u ħallsu minn qabel għall-arranġamenti ta’ l-ivvjaġġar. Ftehimiet volontarji, bħalma hu l-involviment fis-sena 2002 tal-parteċipanti l-kbar tas-settur ta’ l-ajru, huma importanti ħafna. Għaldaqstant, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni komunitarja, f’ċerti ċirkostanżi diffiċli, il-passiġġieri huma ffaċċjati b’ġabra ta’ regoli nazzjonali, kemxejn effikaċi. Kultant, huma ma għandhom l-ebda protezzjoni legali effettiva u huma mġiegħla josservaw obbligi importanti f’kuntest li mhux normalment daqstant familjari għalihom, ’il bogħod minn pajjiżhom u fl-istess waqt ikollhom jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom permezz ta’ lingwa barranija. Barra minn hekk dawn il-passiġġieri jsibu lilhom infushom imċaħħdin minn soluzzjonijiet effikaċi, għax dawk li jeżistu, b’mod partikulari rikors għal qorti nazzjonali, jieħdu spiss ħafna ħin biex jitħaddmu, huma inċerti u jqumu ħafna flus. Għaldaqstant, passiġġier għandu jkun jista’ jibbenefika minn minimu ta’ protezzjoni jkun fejn ikun fl-Ewropa. Dan hu dritt li għalih il-Komunità Ewropea, li hi responsabbli mill-moviment ħieles, għandha tiffaċilita t-tħaddim tiegħu. F’dan il-kuntest, hu inkwetanti li jkun mistqarr li ma teżistix, fil-livell Ewropew, għall-ebda tip ta’ trasport, assoċjazzjoni tal-passiġġieri li tkun tista’ tiddefendi l-interessi tal-klijenti tal-mezzi kollha ta’ trasport u li tkun tista’ tesprimi x-xewqat tagħhom. Ħalissa l-Unjoni Ewropea ffokat l-isforzi tagħha fuq is-settur ta’ l-arju, billi bdiet b’Regolament dwar ir-rifjut għall-imbarkazzjoni. Hi adottat testi oħra li jikkonċernaw dan is-settur u l-Kummissjoni għadha kif ippreżentat Proposta ta’ Regolament dwar il-protezzjoni tal-passiġġieri ferrovjarji internazzjonali. Il-protezzjoni tal-klijenti ta’ mezzi oħra ta’ trasport għad trid tkun żgurata. U din il-protezzjoni tista’ tkun effikaċi biss jekk tkun imwettqa fuq livell komunitarju, notevolment minħabba d-daqs tas-settur u l-firxa ta’ l-użu ta’ dawn il-mezzi l-oħra ta’ trasport mill-pubbliku Ewropew[1]. Barra minn hekk il-Kummissjoni impenjat ruħha fil-“ White Paper dwar il-politika tat-trasport Ewropew għall-2010”[2]: “Il-pass li jmiss hu li jkunu estiżi l-miżuri komunitarji ta’ protezzjoni tal-passiġġieri għall-mezzi l-oħra ta’ trasport, notevolment tal-ferrovija u tan-navigazzjoni marittima u sakemm hu possibbli, għas-servizzi tat-trasport urban. Azzjonijiet ġodda speċifiċi dwar id-drittijiet tal-klijenti għall-mezzi tat-trasport kollha huma neċessarji sabiex il-klijenti, ikun xi jkun il-mezz tat-trasport użat, jistgħu fl-istess waqt ikun jafu d-drittijiet tagħhom u jinforzawhom.” Biex isir dan, hu importanti li l-ewwel ikun stabbilit il-bilanċ tal-miżuri diġà adottati u tal-proposti li jinstabu attwalment quddiem l-istituzzjonijiet komunitarji (Parti I) qabel ma jkunu ppreżentati inizjattivi politiċi li jistgħu jkunu kkunsidrati (Parti II). I. ANALIŻI TAL-LEĠIŻLAZZJONI U TAL-PROPOSTI ATTWALI L- Acquis communautaire dwar il-protezzjoni tal-passiġġieri hu limitat għat-trasport bl-ajru. Il-Komunità bdiet tinvolvi lilha nfisha fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri billi adottat fl-1991 leġislazzjoni dwar il-kumpens f’każ ta’ rifjut ta’ imbark fit-trasport bl-ajru. Wara hi wessgħet il-protezzjoni tal-passiġġieri bl-ajru bl-adottament fl-1997 tar- Regolament li introduċa sistema moderna ta’ responsibbiltà ta’ l-operaturi ta’ l-ajru f’każ ta’ inċident, li kien emendat fl-2002 u komplut permezz ta’ ieħor dwar l-eżiġenzi fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni. Il-Kummissjoni pproponit li testendi din il-politika għas-settur ferrovjarju fl-2004 bi Proposta ta’ Regolament dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-vjaġġjaturi ferrovjari internazzjonali. Din il-Proposta tkopri, fost l-oħrajn, il-kumpens u l-assistenza f’każ ta’ interruzzjoni tal-vjaġġ, ir-responsabbiltà ta’ l-intrapriżi ferrovjarji f’każ ta’ inċident u d-drittijiet tal-persuni b’mobbiltà ridotta. 1. Settur ta’ l-ajru Ir-regolament eżistenti jipproteġi l-passiġġieri fil-każijiet li ġejjin : Rifjut ta’ imbark, kanċellazzjoni jew dewmien importanti ta’ titjira. Ir-raġunijiet għall-adozzjoni tar-Regolament dwar ir-rifjut ta’ imbark huma magħrufa: is-sistemi ta’ l-informatika ta’ l-ibbukkjar jippermettu lill-kumpaniji ta’ l-ajru li jkunu jafu eżattament in-numru tar-riżervazzjonijiet aċċettati u l-biljetti effettivament maħruġa, imqabbla man-numru limitat tal-postijiet għal kull titjira, u biex tkun segwita prattika ta’ tariffa skond in-numru ta’ postijiet li jkun baqa’ ( yield management ). Dawn il-kumpaniji ġġeneralizzaw il-prattika li tikkonsisti filli jinbiegħu aktar biljetti milli fil-fatt hemm postijiet (fenomenu magħruf bħala “ibbukkjar żejjed” jew “ overbooking ”). Il-kumpaniji adottaw din il-prattika minħabba l-flessibbiltà ta’ ċerti biljetti ta’ l-ajru, li l-passiġġieri jistgħu jibdlu jew anki jikkanċellaw filwaqt li jkunu rimborżati. Sabiex jagħmlu tajjeb għar-riskju li ma jirnexxilhomx ibigħu post li teżisti effettivament talba għalih, il-kumpaniji jassumu li parti mill-passiġġieri li jkollhom biljett għal vjaġġ ma jippreżentawx lilhom infushom waqt il-ħin tar-reġistrazzjoni. Fl-2002, meta l-Kummissjoni ppreżentat il-Proposta ġdida ta’ Regolament[3] madwar 250 000 passiġġier ġew irriffjutati milli jimbarkaw. Il-leġislazzjoni Ewropea ma wrietx dubju, bir-Regolament tagħha, dwar prattika kummerċjali stabbilita, iżda l-proporzjon li ħadet il-problema, id-dimensjoni komunitarja u l-inkonvenjenzi li bla dubju ta’ xejn ikkawżati lill-eluf ta’ passiġġieri kull sena, wasslu għal bżonn ta’ aktar sorveljanza ta’ din il-prattika sabiex ikunu protetti b’mod effikaċi d-drittijiet taċ-ċittadini. Ir-Regolament ġdid li d-dħul fis-seħħ tiegħu hu effettiv fis-17 ta’ Frar 2005, hu maħsub biex jiffaċilita l-ħajja tal-passiġġieri li jġarrbu dan l-inkonvinjent bis-saħħa ta’ żieda sostanzjali fil-livell tal-kompensi. Ir-Regolament jimponi fuq il-kumpaniji ta’ l-ajru, f’każ ta’ rifjut ta’ imbark, l-għoti ta’ kumpens finanzjarju[4] lill-passiġġieri, l-assistenza biex tkun organizzata rotta ġdida ta’ vjaġġ billi tingħatalhom l-għażla bejn rotta diversa jew rimborż tal-biljett ta’ l-ajru tagħhom, u l-ħlas għall-akkomodazzjoni u l-ikel. L-ammont tal-kumpensi kif ġej : 250 € għal kull titjira ta’ inqas minn 1 500 km; 400 € għal titjiriet ta’ aktar minn 1 500 km effettwati fl-intern ta’ l-UE u għal titjiriet oħra bejn 1500 km u 3500 km ; 600 € għal titjiriet ta’ aktar minn 3 500 km effettwati lilhinn mill-UE. L-innovazzjoni prinċipali tar-Regolament il-ġdid se tagħti wkoll drittijiet simili lill-passiġġieri li jkunu vittmi ta’ kanċellazzjonijiet . Il-kumpaniji ta’ l-ajru resqu rikors li hu attwalment pendanti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (C-344/04 IATA, European Low Fares Airline Association and Hapag – Lloyd Express ) kontra ċerti elementi tar-Regolament il-ġdid bl-iskop notevolment li jistabbilixxu inkompatibbiltà eventwali mal-liġi internazzjonali. Dawn għadhom juru retiċenza qawwija għall-avviċinament tad-data li fiha jidħol fis-seħħ ir-Regolament. Il-protezzjoni tal-passiġġier f’każ ta’ inċidenti Waħda mit-twettiqat maġġuri tal-Komunità kienet l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ responsabbiltà moderna fil-qassam tat-trasport bl-ajru, ferm aktar favorevoli għall-passiġġieri mill-Konvenzjoni Internazzjonali eżistenti (il-Konvenzjoni ta’ Varsavja) u li tapplika fl-istess waqt għat-titjiriet internazzjonali u domestiċi ta’ l-operaturi ta’ l-ivvjaġġar komunitarji[5]. L-inizjattiva tal-Komunità ġiegħlet lill-komunità internazzjonali biex tinnegozzja ftehim ġdid internazzjonali, jiġifieri, il-Konvenzjoni ta’ Montreal iffirmata fl-1999, li tagħha l-Komunità hi parti kontraenti. Il-Konvenzjoni l-ġdida daħlet fis-seħħ għall-Komunità fit-28 ta’ Ġunju 2004, fl-istess waqt tar-Regolament il-ġdid komunitarju li jestendi għall-operaturi komunitarji r-regoli ta’ Montreal dwar ir-responsabbiltà f’każ ta’ mewt, korriment, dewmien u lmenti dwar bagalji.[6] Konsegwentement, il-passiġġieri ta’ kumpanija ta’ l-ajru komunitarja se jkunu protetti tajjeb tkun xi tkun id-destinazzjoni tagħhom, u tkun xi tkun it-titjira li ħadu, kemm jekk tkun titjira internazzjonali jew domestika. L-eżiġenzi fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni applikabbli għall-operaturi ta’ l-ajru u l-operaturi ta’ l-inġenji ta’ l-ajru S’issa, il-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti (il-Konvenzjonijiet ta’ Montreal ta’ l-1999 u ta’ Ruma ta’ l-1952), għalkemm jobbligaw lill-operaturi jkollhom assigurazzjoni biex ikopru r-responsabbiltà tagħhom skond kull konvenzjoni, ma joffrux livell ta’ protezzjoni definit biżżejjed jew lanqas biss mhuma applikati fil-Komunità. Barra minn hekk, ir-regoli komunitarji dwar ir-responsabbiltà ta’ l-operaturi (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbiltà ta’ l-operaturi ta’ l-ajru f’każ ta’ inċident kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 889/2002) ma kkjarifikawx b’mod suffiċjenti l-livell ta’ l-assigurazzjoni meħtieġa. F’dan il-kuntest, u wara l-attakki terroristiċi ta’ l-11 ta' Settembru 2001 fl-Istati Uniti u minħabba n-nuqqas ta’ assigurazzjoni kemm għar-responsabbiltà fir-rigward tal-passaġġieri kif ukoll fir-rigward ta’ terzi persuni, nuqqas ikkawżat ftit wara minħabba l-iżvilupp tas-suq ta’ l-assigurazzjoni għall-ajru, fl-2004 il-Komunità adottat Regolament aktar preċiż dwar l-eżigenzi fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni għall-operaturi u l-operaturi tas-settur ta’ l-ajru, li jistabbilixxi l-eżiġenzi minimi dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-passiġġieri, tal-bagalji, tat-trasport tal-merkanzija u terzi persuni[7]. L-essenzjali f’din il-leġiżlazzjoni li se tkun applikabbli mit-30 ta’ April 2005 hu li l-ammonti minimi huma ferm aktar għola minn dawk previsti fil-konvenzjonijiet internazzjonali u li huma skond il-prattika tas-suq ta’ l-assigurazzjoni kemm għar-riskji ġenerali kif ukoll għar-riskji ta’ gwerra u ta’ terroriżmu. Informazzjoni għall-passiġġieri Sabiex il-passiġġieri ta’ l-ajru ikunu informati aħjar dwar id-drittijiet tagħhom u minħabba li l-kumpaniji jirrifjutaw bosta drabi li jagħmlu dan, il-Kummissjoni ppubblikat, erba’ snin ilu, l-ewwel verżjoni tal-Karta li tiddeskrivi d-drittijiet li l-Komunità tat lill-passiġġieri. Din il-Karta bħalissa hi għall-wiri fil-parti l-kbira ta’ l-ajruporti ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Komunità stibbilit drittijiet utli fil-qasam ta’ l-informazzjoni sabiex tgħin lill-passiġġieri biex jagħżlu t-titjiriet jew il-vjaġġi tagħhom u sabiex ikunu jafu eżattament x’għandhom jibbukkjaw u għalxiex qed iħallsu. Ir-Regolamenti fil-qasam tas-sistemi ta’ l-informatika ta’ bbukkjar jiggarantixxu informazzjoni newtrali u preċiża lill-passiġġier li jinforma ruħu dwar it-titjira jew jibbukkja[8].Id-Direttiva dwar il-pakketti ta’ vvjaġġar[9] tiggarantixxi li passiġġieri li jkunu xtraw pakkett ta’ vvjaġġar (jiġifieri pakkett li jinkludi t-trasport flimkien ma’ servizzi oħra bħall-ibbukkjar f’lukanda, ta’ eskursjoniji, ta’ karozza ...) fl-Unjoni Ewropea jirċievu informazzjoni preċiża dwar il-vjaġġ min-naħa ta’ l-organizzatur. 2. Settur ferrovjarju Wara s-settur ta’ l-ajru, hu fis-settur ferrovjarju li l-Kummissjoni ħadet l-inizjattivi rigward il-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri. Is-servizzi internazzjonali tat-trasporti ferrovjarji tal-passiġġieri sofrew telf ta’ parti importanti mis-suq matul dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, bl-eċċezzjoni ta’ ferroviji b’veloċità kbira. Diversi studji fil-livell nazzjonali enfasizzaw in-nuqqas ta’ puntwalità u ta’ informazzjoni bħala l-kawżi ta’ dan it-tnaqqis ta’ interess min-naħa tal-passiġġieri. Il-Proposta ta’ Regolament[10]ippreżentata mill-Kummissjoni f’Marzu 2004 timmira biex tistabbilixxi regoli minimi li jikkonċernaw l-informazzjoni għall-passiġġieri tas-servizzi internazzjonali, qabel u wara l-vjaġġ, il-problema ta’ l-interruzzjoni ta’ vjaġġ, ir-regoli li jridu jkunu rispettati f’każ ta’ dewmien, it-trattament ta’ l-ilmenti u l-assistenza lill-persuni b’mobbiltà ridotta. F’dak li jikkonċerna s-soluzzjoni tat-tilwim, din il-Proposta ta’ Regolament taħseb għall-ħolqien ta’ entitajiet indipendenti. Din il-Proposta tistabbilixxi ukoll sistema ta’ responsabbiltà għall-intrapriżi ferrovjarji f’każ ta’ inċidenti. Din is-sistema se tmur lilhinn mill-konvenzjoni dwar it-trasporti internazzjonali ferrovjarji (COTIF). Il-Proposta timponi wkoll fuq l-intrapriżi ferrovjarji l-obbligu li jkunu assigurati f’livell li jiggarantixxi li huma jkun jistgħu jissodisfaw l-eżiġenzi definiti f’din l-istess Proposta. Il-Proposta tal-Kummissjoni timponi fuq l-intrapriżi ferrovjarji li jkunu ddefiniti l-kriterji tal-kwalità tas-servizz fil-qasam tas-servizzi internazzjonali u li titħaddem sistema ta’ ġestjoni ta’ kwalità.[11] Dawn l-elementi jistgħu jifformaw il-bażi ta’ sistema komunitarja ta’ rapporti dwar il-prestazzjoni ta’ l-intrapriżi ferrovjarji. Hu bl-ammeljorazzjoni tal-protezzjoni tal-passiġġieri ferrovjarji u bl-ammeljorazzjoni b’mod simili tas-servizz, li t-tendenza ta’ telf mill-ishma tas-suq tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri se tkun tista’ tingħeleb, dan se jippermetti li jintlaħaq l-objettiv li jkun imkabbar is-sehem globali tal-ferrovija. Ir-retiċenza tas-settur ferrovjarju li joffri aktar drittijiet lill-passiġġieri fuq bażi volontarja turi li impenji unilaterali mhux se jippermettu li tkun ammeljorata s-sitwazzjoni attwali. Hemm lok għaldaqstant li jkun irrimarkat li ċertu kumpaniji (per eżempju Thalys) stabbilixxew sistemi ta’ kumpens. L-impenji volontarji tal-kumpaniji mhux ser isolvu t-tilwim imressaq quddiem qorti nazzjonali. II. L-IŻVILUPP TA’ POLITIKA DWAR ID-DRITTIJIET TAL-PASSIĠĠIERI Filwaqt li jkunu analizzati l-miżuri diġà proposti jew adottati, hu possibbli li jkunu identifikati d-drittijiet li se jkollhom ikunu rinforzati permezz ta’ azzjonijiet fil-livell komunitarju indipendentement mill-mezz tat-trasport magħżul: mizuri speċifiċi favur il-persuni b’mobbiltà ridotta; soluzzjonijiet awtomatiċi u immedjati f’każ ta’ interruzzjoni tal-vjaġġ; responsabbiltà f’każ ta’ mewt jew ta’ korriment tal-passiġġieri; trattament ta’ l-ilmenti u tal-mezzi ta’ riparazzjoni; informazzjoni għall-passiġġieri; attivitajiet oħra. 1. Mizuri speċifiċi favur il-persuni b’mobbiltà ridotta Il-politika għal protezzjoni tal-passiġġieri għandha jkollha miżuri speċifiċi sabiex tipproteġi l-persuni b’mobbiltà ridotta. Aċċess effettiv għat-trasport hu spiss neċessarju għal parteċipazzjoni attiva fil-ħajja ekonomika u soċjali, u l-assenza tiegħu tista’ tikkomprometti serjament l-integrità ta’ ħafna ċittadini b’mobbiltà ridotta. Il-popolazzjoni taċ-ċittadini b’mobbiltà ridotta hi madwar 45 miljun, jiġifieri 10 % tal-popolazzjoni Ewropea.[12]Hi ma tinkludix biss il-persuni b’diżabbiltà imma wkoll dawk li mhux se jkunu kapaċi jivvjaġġaw mingħajr assistenza, minħabba l-età tagħhom, minħabba kapaċità intellettwali limitata jew minħabba mard, eċċ. Ix-xjuħija tal-popolazzjoni ser iżżid b’mod inevitabbli n-numru ta’ dawn il-persuni u l-ħtiġijiet tagħhom se jkunu dejjem aktar importanti. Il-persuni b’mobbiltà ridotta għandhom jingħataw trattament xieraq – il-Kummissjoni rċiviet ħafna lmenti f’dan ir-rigward. Dawn il-persuni għandhom ikollhom il-garanzija ta’ assistenza adatta, ikun xi jkun il-post fejn huma sejrin u l-mezz ta’ trasport użat, sabiex ikunu jistgħu jivvjaġġaw b’fiduċja fl-Unjoni Ewropea kollha. Dawn il-persuni ma għandhom qatt jiġu rrifjutati trasport jew ibbukkjar minħabba mobbiltà ridotta. Barra minn hekk, huma għandhom jirċievu, mingħajr ħlas, l-assistenza li għandhom bżonn, kemm fl-ajruporti, l-istazzjonijiet u l-portijiet, kif ukoll fuq il-mezz ta’ trasport li jkunu qed jużaw. Kif fakkarna hawn fuq, il-Proposta ta’ Regolament dwar id-drittijiet tal-passiġġieri li jużaw is-servizzi ferrovjarji internazzjonali tipprevedi dispożizzjonijiet speċifiċi biex jammeljoraw l-aċċessibbiltà ta’ dawn is-servizzi għall-persuni b’mobbiltà ridotta. Dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu d-dritt għall-persuni b’mobbiltà ridotta li jkollhom aċċess għal dawn is-servizzi, l-intrapriza ferrovjarja jew il-operatur ta’ l-ivvjaġġar ma jistax jirrifjuta dan l-aċċess. Huma jipprevedu wkoll obbligi fil-qasam ta’ l-assistenza fl-istazzjonijiet biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-ferroviji u l-konnessjonijiet. Barra minn hekk, fil-qasam ta’ l-informazzjoni qabel il-vjaġġ, ir-Regolament jitlob lill-intrapriżi ferrovjarji biex jagħtu informazzjoni kompluta dwar il-kondizzjonijiet ta’ aċċessibbiltà għall-persuni b’mobbiltà ridotta matul il-vjaġġ kollu. Fl-aħħar, il-prestazzjonijiet ta’ l-intrapriżi ferrovjarji f’dan il-qasam jagħmlu parti mis-seba’ kriterji ta’ evalwazzjoni tal-kwalità tas-servizz li għalihom sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għandha tkun introdotta. F’dak li jikkonċerna t-trasport bl-ajru, il-Kummissjoni kienet mgħarrfa dwar każijiet fejn persuni b’diżabbiltà, fosthom tfal, ma setgħux jibbenefikaw mis-servizzi u mill-attenzjoni li għalihom huma intitolati. Il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati wriet l-eżistenza ta’ appoġġ wiesa’ għal leġiżlazzjoni komunitarja[13]. Il-Proposta ta’ Regolament mehmuża għandha l-għan, qabel xejn, li tassigura trattament ġust billi timpedixxi lill-operaturi jew lill-organizzaturi ta’ l-ivvjaġġar li jirrifjutaw trasport minħabba mobbiltà ridotta (ħlief għal raġunijiet ta’ sigurtà ġġustifikati). Wara l-Proposta titlob lill-ġestjonarji ta’ l-ajruporti biex jipprovdu, bla ħlas, assistenza fl-ajruporti u lill-operaturi biex jipprovdu, bla ħlas ukoll, assistenza fuq l-ajruplani. Ir-Regolament se japplika fis-swali tat-tluq, fis-swali ta’ l-usil u għal titjiriet fl-ajruporti li jinstabu fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni qed tehmeż Proposta ta’ Regolament dwar id-drittijiet tal-persuni b’mobbiltà ridotta fit-titjiriet bl-ajru. Hi għandha l-intenzjoni li teżamina kif tiggarantixxi d-drittijiet tal-persuni b’mobbiltà ridotta meta dawn jużaw it-trasport marittimu kif ukoll it-trasport internazzjonali bil-kowċijiet. 2. Soluzzjonijiet awtomatiċi u immedjati f’każ ta’ interruzzjoni tal-vjaġġ Meta servizz ikun interrott minħabba dewmien, kanċellazzjoni jew rifjutar ta’ imbark, il-passiġġieri għandhom ikollhom awtomatikament dritt għal soluzzjonijiet biex jiffaċċjaw id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom, ikun xi jkun il-mezz ta’ trasport. Huma jistgħu dejjem jieħdu proċeduri ġudizzjarji kontra l-operaturi, iżda minħabba l-ispejjeż u d-dewmien neċessarji għal dawn il-proċeduri, huma ma jirnexxilhomx ħlief rarament li jakkwistaw profitt. Fil-każijiet kollha, proċedura ġudizzjarja mressqa xhur wara li jkun sar il-każ ma tistax tirrimedja d-diffikultajiet immedjatament iffaċċjati. Hi ma tistax tassigura lill-passiġġieri la trasport alternattiv f’każ ta’ kanċellazzjoni lanqas akkomodazzjoni meta d-dewmien involut jimplika li l-passiġġieri għandhom jistennew il-jum ta’ wara biex ikomplu l-vjaġġ tagħhom. F’sitwazzjoni simili, segwita per eżempju minn rifjutar ta’ imbark jew kanċellazzjoni, protezzjoni adegwata, fuq il-mudell ta’ dak li diġà deċiż fit-trasport bl-ajru kif ukoll ta’ dak li hu propost fit-trasport ferrovjarju, tista’ notevolment tieħu l-forma ta’ kumpensi finanzjarji. Mhux biss il-passiġġieri jibbenefikaw direttament minn soluzzjonijiet simili, iżda dawn jikkontribwixxu wkoll biex jammeljoraw il-kwalità tas-servizz billi jiskoraġġixxu r-rifjut ta’ imbark u l-kanċellazzjoni mingħajr avviż. Ċerti kumpaniji ta’ navigazzjoni marittima qed diġà jikkunsidraw li joffru soluzzjonijiet simili fuq bażi volontarja, iżda huma għandhom ikunu disponibbli bl-istess mod fil-Komunità kollha. F’każ ta’ interruzzjoni tal-vjaġġ, il-klijenti tas-servizzi internazzjonali ta’ l-karozzi tal-linja jew tal-kowċijiet għandhom ukoll jirċievu protezzjoni ekwivalenti għal dik mogħtija lill-passiġġieri l-oħra safejn hu possibbli. Fid-dawl tar-riżultati tas-soluzzjonijiet offruti mill-kumpaniji marittimi, il-Kummissjoni se tistudja kif ikunu assigurati l-kumpens u l-assistenza f’każ ta’ interruzzjoni ta’ vjaġġ fit-trasport marittimu kif ukoll it-trasport internazzjonali bil-kowċijiet. 3. Responsabbiltà f’każ ta’ mewt jew ta’ korriment tal-passiġġieri Ikun xi jkun il-mezz ta’ trasport, il-leġiżlazzjoni komunitarja għandha tassigura kopertura minima ta’ livell għoli f’każ ta’ mewt jew ta’ korriment wara inċident u tkopri l-passiġġieri kemm għall-vjaġġi domestiċi kif ukoll internazzjonali filwaqt li tikkunsidra l-obbligi li jaqgħu taħt il-Komunità minħabba l-adeżjoni tagħha għall-konvenzjonijiet internazzjonali. Hu ukoll importanti li jkun assigurat li l-operaturi jkunu jistgħu jiffaċċjaw ir-responsabbiltajiet finanzjarji tagħhom. Is-sottoskrizzjoni ta’ assigurazzjoni hi għalhekk neċessità. Anki jekk bħala regola ġenerali huma assigurati kontra r-riskju ta’ ħsara fiżika lill-passiġġier, u lit-terzi parti, l-eżiġenzi fil-livell nazzjonali ma jaqblux b’mod konsiderevoli. Bl-eċċezzjoni tas-settur ta’ l-ajru, xejn ma jiggarantixxi livell ta’ assigurazzjoni suffiċjenti u uniformi fiċ-ċirkostanzi kollha. F’dak li jikkonċerna t-trasport marittimu l-Konvenzjoni ta’ Ateni ta’ l-1974 dwar it-trasport bil-baħar tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom kienet emendata sentejn ilu, meta l-partijiet ikkonkludew Protokoll ġdid dwar ir-responsabbiltà. Skond il-Kummissjoni, il-Protokoll ta’ Ateni ta’ l-2002 jista’ jservi ta’ bażi għal regoli ġodda komunitarji. Il-Kummissjoni pproponiet diġà li l-Komunità u l-Istati Membri jsiru malajr partijiet kontraenti tal-Protokoll[14] Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll mhux se japplikaw għas-servizzi purament nazzjonali. Għalhekk se jkun meħtieġ li jkunu applikabbli għat-trasport marittimu komunitarju kollu. Il-Kummissjoni se teżamina l-possibbiltajiet li tinħoloq sistema ta’ responsabbiltajiet u ta’ assigurazzjoni omoġenea f’każ ta’ mewt jew korriment ta’ passiġġieri li jkunu qed jivvjaġġaw bil-baħar, indipendentement mill-bandiera li taħtha jkun irreġistrat il-bastiment. Il-vjaġġaturi li jużaw il-kowċ mhumiex protetti aktar minn hekk permezz ta’ ftehim internazzjonali dwar ir-responsabbiltà. Meta kumpens u interessi huma mitluba f’każ ta’ mewt jew ta’ korriment[15], huma jiffaċċjaw regoli nazzjonali diverġenti u ma jkunux jafu quddiem liema ġurisdizzjoni għandhom iresqu l-ilment tagħhom. Hemm ukoll kwistjoni oħra, dwar jekk l-operaturi humiex assigurati suffiċjentement biex jiffaċċjaw il-proċeduri li jistgħu jkunu mressqin kontrihom. Il-Kummissjoni se teżamina kif ikun iggarantit livell adegwat ta’ assigurazzjoni u avviċinament uniformi fil-qasam tar-responsabbiltà fit-trasport internazzjonali bil-kowċijiet. 4. Trattament ta’ l-ilmenti u tal-mezzi ta’ riparazzjoni Meta l-passiġġieri jsiru konxji tad-drittijiet tagħhom, l-eżerċitar ta’ drittijiet simili għandhom ikunu sempliċi kemm jista’ jkun. Huma l-Istati Membri li għandhom jimplimentaw sistemi ta’ rikorsi. Il-Komunità, minn naħa tagħha, tista’ tassigura li l-Istati Membri jipprovdu pieni adatti u jiddefinixxu b’mod ċar ir-responsabbiltà għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni u t-trattament ta’ l-ilmenti sabiex il-passiġġieri jkunu jafu lil min għandhom jindirizzaw. In-nominazzjoni mill-Istati Membri ta’ dawn l-entitajiet, li hi diġà prevista għas-setturi ta’ l-ajru u tal-ferrovija, se tgħin liċ-ċittadini jinforżaw id-drittijiet tagħhom. Kif diġà kien enfasizzat, bosta drabi l-proċeduri ġudizzjarji jinvolvu ħafna spejjeż jew jieħdu ħafna żmien. Għalhekk l-utilità ta’ mekkaniżmi ekstra-ġudizzjari biex ikunu solvuti t-tilwim li joffru vantaġġi sinifikattivi: rapidità, trasparenza, spiża raġonevoli u flessibbiltà. Il-Kummissjoni ħadmet biex tippromwovi l-mekkaniżmu ta’ ftehim ekstra-ġudizzjarju tat-tilwim. Hi adottat żewġ rakkomandazzjonijiet dwar il-prinċipji applikabbli[16] f’dawn ix-xenarji u waqqfet network Ewropew ta’ entitajiet nazzjonali, iddestinati biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-proċeduri ekstra-ġudizzjarji għas-soluzzjoni tat-tilwim li jaqsmu l-fruntieri.[17] Barra minn hekk, għal dan it-tilwim, il-konsumaturi se jibbenefikaw dalwaqt mill-inkorporazzjoni tan- Network ekstra-ġudizzjarju Ewropew (tan- Network EJE) u tan- network taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi (magħrufin ukoll b’isem ta’ “Euroguichets” ). L-entitajiet ġodda jipprovdu lill-konsumaturi ta’ l-UE “uffiċċju uniku” li se joffri servizz komplut li jwassal minn informazzjoni ġenerali sar-resoluzzjoni tat-tilwim. 5. Informazzjoni għall-passiġġieri 5.1 L-ldentità ta’ l-operatur L-ewwel dritt tal-passiġġier, hu li jkun jaf meta hu jixtri l-biljett tiegħu, min se jkun l-operatur li se jwettaq verament il-vjaġġ. L-insuffiċjenza ta’ informazzjoni konkreta dwar l-identità ta’ l-operatur ta’ l-ajru li jwettaq il-vjaġġ timpedixxi lill-passiġġieri li jagħmlu għażla informata dwar il-kumpanija li magħha se jagħmlu t-titjira. Il-passiġġieri għandhom mhux biss ikunu jafu l-identità ta’ l-operatur li jwettaq it-titjira iżda wkoll ikollhom iċ-ċertezza li l-informazzjoni li jista’ jkollha influwenza fuq is-sigurtà ta’ l-operatur u li tista’ minħabba dan tikkonċernahom tkun verament is-suġġett ta’ komunikazzjoni rapida u effikaċi bejn l-Istati, sabiex dawn jieħdu l-miżuri ta’ protezzjoni u eventwalment ta’ projbizzjoni neċessarji f’każ ta’ nuqqas. Dawn il-problemi kienu enfasizzati wara t-traġedja ta’ Flash Airlines tat-3 ta’ Jannar 2004. Il-Proposta ta’ Regolament mehmuża timmira notevolment li tassigura: li l-passiġġier hu informat, waqt il-konklużjoni tal-kuntratt ta’ trasport, dwar l-identità tal-kumpanija ta’ l-ajru li se twettaq it-titjira, iżda wkoll li hu jkun miżmum informat qabel it-tluq b’tibdil eventwali ta’ l-operatur; it-tisħiħ tat-trasparenza ta’ l-informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ l-operaturi ta’ l-ajru u l-eżistenza ta’ pubbliċità adegwata ta’ din l-informazzjoni: l-Istati Membri mistennija li jippubblikaw u jgħaddu lil xulxin l-informazzjoni li għandhom dwar il-livell ta’ sigurtà ta’ l-operaturi ta’ l-ajru li jillandjaw fl-ajruporti misjuba fit-territorju tagħhom. Il-Kummissjoni qed tehmeż Proposta ta’ Regolament dwar l-informazzjoni għall-passiġġieri fil-qasam ta’ l-identità ta’ l-operatur ta’ l-ajru u l-komunikazzjoni mill-Istati Membri ta’ informazzjoni dwar is-sigurtà. Il-Kummissjoni se teżamina wkoll safejn dan l-għoti ta’ informazzjoni jissodisfa livell ta’ protezzjoni adegwat għall-passiġġieri. 5.2 Id-dritt għal informazzjoni komparattiva Sistema ta’ informazzjoni dwar il-kwalità tas-servizzi offruti minn operaturi differenti tista’ titwettaq ibbażata fuq sistema ta’ indikaturi rilevanti. Ir-riżultati ta’ dawn il-paraguni għandhom ikunu ppubblikati u ċċirkolati fuq skala wiesgħa. Din il-prattika tinkuraġġixxi l-ammeljorazzjoni tal-prestazzjonijiet ta’ l-operaturi minħabba li l-passiġġieri se jkollhom il-possibbiltà li jagħmlu l-għażla tagħhom bl-għarfien kollu tal-fatti. Il-Kummissjoni żviluppat diġà sistema ta’ indikaturi li se tippermetti lill-passiġġieri ta’ l-ajru li jkollhom aċċess għall-informazzjoni essenzjali dwar il-kwalità tas-servizz, biex titqabbel b’mod sempliċi u immedjat il-prestazzjoni ta’ l-operaturi. L-indikaturi proposti ikopru d-dewmien, ir-rifjut ta’ imbark, il-kanċellazzjonijiet u l-immanniġġjar ħażin tal-bagalji (ara l-Anness 2 eżempju ta’ informazzjoni li trid tingħata). Il-Kummissjoni nediet proġett pilota li fl-ambitu tiegħu l-kumpaniji ta’ l-ajru jipprovdu l-informazzjoni fuq bażi volontarja, iżda r-rata ta’ parteċipazzjoni għadha diżappuntanti. Il-Kummissjoni se taħdem aktar ma’ l-industrija ta’ l-ajru biex tammeljora s-sistema pilota u tiżdied ir-rata ta’ parteċipazzjoni. F’każ ta’ diffikultajiet persistenti, hi se tistudja l-opportuntità li tippreżenta leġiżlazzjoni sabiex tobbliga lill-kumpaniji ta’ l-ajru jpoġġu għad-dispożizzjoni l-informazzjoni neċessarja għall-pubblikazzjoni tar-rapporti li jippermettu t-tqabbil tal-kwalità tas-servizz. 5.3 Id-dritt ta’ l-għarfien tad-drittijiet Il-ħolqien ta’ drittijiet ġodda għall-benefiċċju tal-passiġġieri se jkun biss utli jekk il-passiġġieri jkunu informati b’mod korrett dwar id-drittijiet sabiex huma jkunu jistgħu jagħmlu użu minnhom. Jekk huma ma jkollhomx għarfien dwarhom, huma ma jkunux jistgħu jeżerċitawhom. L-għarfien tad-drittijiet mill-passiġġieri hu ta’ l-aktar importanza u għandu jkun imsaħħaħ. It-twaħħil ta’ kartelluni li juru dawn id-drittijiet fil-lokalitajiet ta’ dawk li jipprovdu s-servizz u fl-aġenziji ta’ l-ivvjaġġar kif ukoll fl-istazzjonijiet u l-ajruporti jiffavorixxi l-pubbliċità tagħhom. Il-Kummissjoni se ssegwi kampanja ta’ informazzjoni biex tirreklama d-drittijiet maħluqa mill-leġiżlazzjoni komunitarja. Hi aġġornat il-Karta tad-drittijiet tal-passiġġieri bl-ajru biex tinkludi fiha l-leġiżlazzjoni l-ġdida komunitarja dwar ir-rifjut ta’ imbark, il-kanċellazzjonijiet u d-dewmien importanti tat-titjiriet bl-ajru u dwar ir-responsabbiltà ta’ l-operaturi bl-ajru (ara l-Anness 1). Permezz ta’ l-istess avviċinanemt, il-Kummissjoni se tippubblika Karta dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-klijenti tat-trasport ferrovjarju hekk kif ir-Regolament f’dan il-qasam se jkun adottat fil-livell komunitarju. Din il-Karta tkun imwaħħla fl-istazzjonijiet prinċipali u l-bottegini tal-biljetti ferrovjarji fl-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni se tippubblika Karta li tistipula d-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri ferrovjarji, wara l-adozzjoni tar-Regolament li jistabbilixxihom. 5.4 Id-dritt għat-trasparenza fi żmien reali Aspett finali hu d-disponibbiltà ta’ informazzjoni adegwata u fi żmien reali dwar l-interruzzjonijiet tas-servizz (dewmien, kanċellazzjonijiet, tibdil ta’ l-orarji, eċċ.). Effettivament, meta l-vjaġġ ma jseħħx kif previst, il-passiġġieri jitħallew frekwentement mingħajr informazzjoni, filwaqt li l-kanċellazzjonijiet u d-dewmien huma aċċettati aktar faċilment jekk informazzjoni kompluta hi mxandra b’mod mgħaġġel. Għaldaqstant, ir-realtà fl-ajruporti, l-istazzjonijiet tal-ferroviji u l-portijiet hi li l-passiġġieri jitħallew spiss mingħajr informazzjoni, mingħajr spjegazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-interruzzjoni u mingħajr ma jkunu mgħarrfa meta s-servizz ser jitreġġa’ lura għan-normal. L-għoti ta’ informazzjoni ċara u kompluta fi żmien reali lill-passiġġieri qabel, u waqt il-vjaġġ għandha ssir in-norma. Għandu jkun hemm post ċentrali fl-ajruporti, fl-istazzjonijiet tal-ferrovija u l-portijiet prinċipali minfejn tinġabar immedjatament l-informazzjoni dwar l-interruzzjoni tas-servizzi u li jikkomunikahom lill-vjaġġaturi. Madankollu, bis-saħħa tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-Kummissjoni tikkalkula li mhux adatt li tintervieni permezz ta’ regoli mandatarji dwar dan il-punt. L-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi għandhom jieħdu ħsieb li jiżguraw informazzjoni adegwata fi żmien reali lill-passiġġieri. 6. Id-dritt għal biljetti integrati Għandu jkun sempliċi għall-passiġġieri li jikkombinaw diversi mezzi ta’ trasport fi vjaġġ wieħed, iżda l-organizzazzjoni tradizzjonali ta’ trasport imqassma f’setturi tikkostitwixxi diffikultà għall-intermodalità. Il-vjaġġatur hu spiss iddisswadut milli jikkombina mezzi differenti ta’ trasport għall-istess vjaġġ u jiltaqa’ per eżempju, ma’ diffikultajiet biex jakkwista informazzjoni u biex jordna l-biljetti meta l-vjaġġ tiegħu jinvolvi mezzi differenti. Għaldaqstant, l-ewwel eżempji ta’ biljetti integrali jeżistu fil-Ġermanja u fl-Iżvizzera; bl-istess mod il-passiggieri li jużaw is-servizz ikkombinat Thalys-Air France jixtru l-biljetti tagħha permezz ta’ tranżazzjoni unika. Kif diġà enfasizzat fil- White Paper dwar il-politka Ewropea tat-trasporti għall-orizzont 2010: “L-implimentazzjoni ta’ biljetti integrati (...) għandha tkun inkuraġġuta sabiex ikun iffaċilitat it-trasferiment minn network jew mezz ta’ trasport għal ieħor.” Rapport reċenti magħmul minn esperti[18] identifika l-possibbiltajiet tekniċi li jippermettu li dan isir aktar lilhinn milli hu l-każ bħalissa u li jkunu estiżi l-possibbiltajiet ta’ biljetti kkombinati u integrati. Il-Kummissjoni se tlaqqa’ flimkien ir-rappreżentanti tal-kumpaniji ta’ l-ajru u ferrovjarji sabiex takkwista min-naħa tagħhom involviment volontarju biex ikunu maħluqa sistemi integrati ta’ biljetti. 7. Id-drittijiet tal-passiġġieri f’każ ta’ falliment ta’ l-operatur ta’ l-ajru Il-passiġġieri jirriskjaw li jitilfu aktar meta jfalli xi operatur ta’ l-ajru milli meta tfalli kumpanija oħra għax jistgħu jkunu ħallsu bil-quddiem somma konsiderevoli ta’ flus u jistgħu jitħallew għal riħhom ’il bogħod minn pajjiżhom. Il-passiġġier jista’ għalhekk ikollu jħallas biljett ta’ ritorn, probabbilment bi prezz ogħla minn dak li jkun ħallas inizjalment. Il-passiġġieri li jixtru vjaġġ li jagħmel parti minn pakkett ta’ vvjaġġar, huma diġà protetti bid-Direttiva 90/314/KEE dwar il-pakketti ta’ vvjaġġar[19], li tobbliga lill-organizzatur li jagħti evidenza ta’ assigurazzjoni adatta biex jassigura r-rimborż jew ir-ripatrijazzjoni f’każ ta’ falliment. Il-Kummissjoni nediet studju dwar il-protezzjoni tal-passiġġieri bl-ajru l-oħra kontra l-falliment ta’ l-operatur, li r-riżultati tiegħu mistennija joħorġu għan-nofs is-sena 2005. Dan se juri qabel xejn fuq liema skala u safejn il-passiġġieri huma affettwati mill-fallimenti u wara se jqabbel il-mezzi ta’ protezzjoni differenti. Wara dan l-istudju, il-Kummissjoni se tistudja, flimkien ma’ l-industrija, il-possibbiltajiet ta’ tisħiħ tad-drittijiet tal-passiġġier, f’każ ta’ falliment tal-kumpaniji ta’ l-ajru. 8. Evalwazzjoni u sorveljanza Il-politika komunitarja dwar il-protezzjoni tal-passiġġieri għandha tkun ibbażata fuq ħarsa dinamika fuq l-evoluzzjonijiet. Biex ikun iddeterminat jekk inizjattivi addizzjonali hux se jkunu neċessarji lilhinn minn dak li hu annunċjat f’din il-komunikazzjoni, il-Kummissjoni se tniedi studju li jkopri l-mezzi differenti ta’ trasport dwar it-tendenzi rigward l-eżiġenzi tal-passiġġieri, il-kwalità tas-servizzi u t-trattament tal-passiġġieri. Hu wkoll neċessarju li jkunu analizzati r-riżultati ta’ l-involvimenti volontarji tas-setturi ta’ l-ajru u tal-ferrovija sabiex ikunu ammeljorati s-servizzi tal-passiġġieri. Il-Kummissjoni se tinkuraġġixxi l-kumpaniji ta’ l-ajru, l-intrapriżi ta’ l-ajruporti u tal-ferroviji sabiex jagħmlu analiżi tas-sitwazzjoni dwar ftehimiet volontarji u sabiex jirrapportaw dwar il-konformità partikulari tagħhom. Il-Kummissjoni se tniedi studju dwar it-tendenzi ta’ l-eżiġenzi tal-passiġġieri, dwar il-kwalità tas-servizzi u tat-trattament tal-passiġġieri u hi se titlob lill-kumpaniji ta’ l-ajru, tal-ajruporti u ta’ l-intrapriżi ferrovjari sabiex jippreżentaw analiżi dwar l-osservazzjoni ta’ l-involvimenti volontarji tagħhom li jikkonċernaw il-kwalità tas-servizzi. KONKLUŻJONIJIET Il-Kummissjoni titlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex tkun adottata l-Proposta ta’ Regolament ta’ Marzu 2004 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri ferrovjarji u sabiex ikunu eżaminati bl-iskop li jkunu adottati ż-żewġ Proposti ta’ Regolament annessi ma’ din il-komunikazzjoni minn banda dwar id-drittijiet ta’ persuni b’mobbiltà ridotta fit-trasport bl-ajru u mill-oħra n-neċessità li l-passiġġieri jkunu informati dwar l-identità ta’ l-operatur ta’ l-ajru. B’konformità ma’ l-involviment tagħha fil- White Paper , il-Kummissjoni se teżamina fl-2005, u wara studju ta’ impatt, l-aħjar mod li jkunu ammeljorati u ggarantiti d-drittijiet tal-passiġġieri fit-mezzi l-oħra ta’ trasporti. Anness: 1 [pic] Anness: 2 Puntwalità [pic] Rifjut ta’ imbark [pic] [1] Għal dan ir-rigward, jeħtieġ li jkun mistqarr li l-użu tal-ferroviji fl-UE b’ 25 Stat Membru jista’ jkun ikkalkulat li jleħħaq total ta’ 346 biljun passiġġier – kilometru fis-sena. Fis-sena 2001, l-istatistiki għad-dispożizzjoni ta’ l-Eurostat kienu juru total ta’ 383 miljun passiġġieri li użaw il-vapur fl-Ewropa. L-importanza tas-settur stradali tal-kowċijiet u l-karozzi tal-linja hi wkoll konsiderevoli b’total medju ta’ 485 biljun passiġġier – kilometru. [2] Il-politika Ewropea tat-trasporti għall-orizzont 2010: is-siegħa ta’ l-għażla - KUMM(2001) 370 tal-12.9.2001. [3] Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tal-kumpens u ta’ l-assigurazzjoni tal-passiġġieri f’każ ta’ rifjut ta’ imbark u ta’ kanċellazzjoni jew ta’ dawmien importanti tat-titjira, u jabroga r-Regolament (KEE) Nru 295/91 - ĠU L 46 tas-17.2.2004. [4] 250€, 400€ jew 600 € skond id-distanza, meta mqabbla ma’ 150 jew 300 € ta’ l-eks-Regolament. [5] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027 tad-9 ta’ Ottubru 1997 dwar ir-responsabbiltà ta’ l-operaturi ta’ l-ajru f’każ ta’ inċident - ĠU L 285 tas-17.10.1997. [6] Ir-Regolament (KE) Nru 889/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Mejju 2002 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbiltà ta’ l-operaturi ta’ l-ajru f’każ ta’ inċident - ĠU L 140 tas-17.10.1997. [7] Ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar l-eżiġenzi fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni applikabbli għall-operaturi ta’ l-ajru u l-operaturi ta’ l-inġenji ta’ l-ajru - ĠU L 138 tat-30.4.2004. [8] Id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, tat-13 ta’ Ġunju 1990, li tikkonċerna l-vjaġġi, il-vaganzi u l-pakketti ta’ vvjaġġar - ĠU L 158 tat-23.6.1990. [9] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89, ta’ l-24 ta’ Lulju 1989, dwar kodiċi ta’ kondotta għall-użu tas-sistemi ta’ l-informatika ta’ bbukkjar, emendat mir-Regolament (KEE) Nru 3089/93 tad-29 ta’ Ottubru 1993 u mir-Regolament (KE) Nru 323/1999 tat-8 ta’ Frar 1999 - ĠU L 220 tad-29.7.1989; ĠU L 37 tal-11.11.1993; ĠU L 40 tat-3.2.1999. [10] Proposta ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri ferrovjarji internazzjonali - KUMM(2004) 143 tat-3.3.2004 [11] Informazzjoni u biljetti; puntwalità tas-servizzi internazzjonali, u prinċipji ġenerali f’każ ta’ interuzzjoni tas-servizzi; kanċellazzjonijiet tas-servizzi internazzjonali; indafa tal-magni u l-vaguni tal-ferroviji u l-istallazzjonijiet ta’ l-istazzjon (kwalità ta’ l-arja fil-vaguni, iġjene tat-tagħmir sanitarju, eċċ.); tagħrif dwar is-sodisfazzjon tal-klijent; trattament ta’ l-ilmenti, rimborż u kumpens f’każ li ma tkunx irrispettata l-kwalità; assistenza lill-persuni b’mobbiltà ridotta. [12] Lejn Ewropa mingħajr tfixkil għall-persuni b’diżabbiltà - KUMM(2000) 284 tat-12.05.2000. [13] “Kuntratti bejn kumpaniji ta’ l-ajru u l-passiġġieri”, dokument ta’ konsultazzjoni tad-Direttorat-Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport, 21.6.2002. Id-dokument ta’ konsultazzjoni, ir-risposti, u sommarju ddettaljat tar-reazzjonijiet huma disponibbli fuq l- internet : http://europa.eu.int/comm/transport/air/rights/consult_contract_en.htm. [14] Il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Protokoll ta’ l-2002 dwar il-Konvenzjoni ta’ Ateni ta’ l-1974. [15] Skond l-informazzjoni disponibbli li għandu Eurostat, medja ta’ 100 persuni jmutu kull sena fl-Ewropa minħabba inċidenti ta’ kowċijiet waqt vjaġġi internazzjonali. [16] Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 98/257/KE tat-30 ta’ Marzu dwar il-prinċipji applikabbli għall-entitajiet responsabbli mis-soluzzjoni ekstra-ġudizzjarja tat-tilwim fuq konsum - ĠU L 115 tas-17.4.1998; Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/310KE ta’ l-4 ta’ April 2001 dwar il-prinċipji applikabbli għall-entitajiet ekstra-ġudizzjarji inkarigati mis-soluzzjoni konsenswali tat-tilwim fuq konsum - ĠU L 109, tal-19.4.2001. [17] Ara http://europa.eu.int/comm/transport/intermodality/raiff/index_en.htm. [18] Ara http://europa.eu.int/comm/transport/intermodality/raiff/index_en.htm. [19] Id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, tat-13 ta’ Ġunju 1990, dwar il-vjaġġi, il-vaganzi u l-pakketti ta’ vvjaġġar - ĠU L 158 tat-23.6.1990, p. 59.