Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0463 - 0468
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 75 għall-pussess ta' droga narkotika u sustanzi psikotropiċi (SCH/Com-ex (94) 28 rev.) IL-KUMITAT EŻEKUTTIV, Wara li kkunsidra l-Artikolu 132 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, Wara li kkunsidra l-Artikolu 132 ta' l-imsemmija Konvenzjoni, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Id-Dokument SCH/Stup (94) 21 rev. 2 anness ma' dan, li jipprovdi ċ-ċertifikat għall-pussess ta' droga narkotika u/jew sustanzi psikotropiċi għal raġunijiet ta' trattamenti mediċi, hu hawnhekk b'dan approvat. Bonn, it-22 ta' Diċembru 1994. Il-President Bernd Schmidbauer -------------------------------------------------- SCH/Stup (94)21 rev 2 Ċertifikat għall-pussess ta' droga narkotika u/jew sustanzi psikotropiċi għal raġunijiet ta' trattamenti mediċi skond l-Artikolu 75 tal-Konvenzjoni Ta' Implimentazzjoni 1. L-Istati ta' Schengen adottaw iċ-ċertifikat imsemmi fl-Anness I, skond l-Artikolu 75 tal-Konvenzjoni ta' Implimentazzjoni. Il-formola għandha tintuża b'mod uniformi fl-Istati ta' Schengen kollha u għandha timtela' fil-lingwi nazzjonali rispettivi. Traduzzjonijiet bl-Ingliż u Franċiż tat-titoli li jkunu stampati minn qabel fil-formola jinsabu fuq in-naħa ta' wara taċ-ċertifikat. 2. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat ta' Schengen għandhom joħorġu dan iċ-ċertifikat fil-konfront ta' persuni li huma residenti fit-territorju tagħhom li jixtiequ jsiefru lejn Stat ta' Schengen ieħor u li, minħabba f'preskrizzjoni medika, għandhom bżonn jieħdu xi droga narkotika u/jew sustanzi psikotropiċi tul dan il-perjodu. Iċ-ċertifikat għandu jkollu validità massima ta' perjodu ta' 30 ġurnata. 3. Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ jew jiġi awtentikat mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-bażi ta' preskrizzjoni medika. Jinħtieġ ċertifikat separat għal kull droga narkotika/sustanza psikotropika preskritta. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu kopja taċ-ċertifikat. 4. It-tobba jistgħu jippreskrivu droga narkotika għall-bżonnijiet ta' l-ivjaġġar għal perjodu massimu ta' 30 ġurnata. It-tul tal-vjaġġ jista' jkun iqsar minn dan. 5. Kull Stat Membru nnomina uffiċċju ċentrali responsabbli għat-tweġib ta' kwalunkwe domanda li jkun hemm f'dan il-kuntest (ara l-Anness 2). L-uffiċċju ċentrali nominat għandu wkoll il-funzjoni ta' l-awtorità responsabbli għall-ħruġ jew awtentikazzjoni taċ-ċertifikati fil-Belġju, fil-Lussemburgu u fl-Olanda biss. -------------------------------------------------- ANNESS 1 +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS 2 L-AWTORITÀ ĊENTRALI LI GĦANDHA TIĠI KKUNTATTJATA FL-EVENTWALITÀ TA' PROBLEMI (Artikolu 75 tal-Konvenzjoni) IL-BELĠJU: Ministère de la Santé Publique Inspection générale de la Pharmacie Quartier Vésale - Cité administrative de l'Etat B - 1010 Bruxelles Tel.: 32 2210 49 28 Fax 32 2210 63 70 IL-ĠERMANJA: Ministerium für Arbeit, Gesundheit und Soziales des Landes Nordrhein-Westfalen Pharmaziedezernat Horionplatz 1 - Landeshaus D - 40213 Düsseldorf Tel.: 49211837 3591 Fax 49211837 3662 IL-GREĊJA: Ministry of Health Medicines Department Narcotic Drugs Division Aristotelous Street 17 Athens Tel. 5225301 SPANJA: Servicio de Restricción de Estupefacientes Dirección Gral. de Farmacia y Productos Sanitarios Ministerio de Sanidad y Consumo E - Calle Principe de Vergara, 54 28006 - Madrid Chef du service: D. LUIS DOMINGUEZ ARQUES Tel. 34-1-575 27 63 Fax 34-1-578 12 31 FRANZA: Ministère de la santé Direction Générale de la Santé 1. place de Fontenoy F - 75350 Paris CEDEX 07 SP Tel. 33 1 40 56 47 16 or 40 56 43 41 Fax 33 1 40 56 40 54 L-ITALJA: Ministero Sanità Direzione Generale Servizio Farmaceutico Ufficio centrale Stupefacenti Via della Civiltà Romana 7 I - 00144 Roma Tél.: (39-06) 59 94 31 77 Fax.: (39-06) 59 94 33 65 LUSSEMBURGU: Ministère de la santé Direction de la Santé L - 2935 Lussemburgu Tel.: (352) 478 5550 Fax (352) 48 49 03 L-OLANDA: Hoofdinspectie voor de geneesmiddelen van het Staatstoezicht op de Volksgezondheid P.O. Box 5406 2280 HK Rijswijk Tel.: 31.70.3406423 L-AWSTRIJA: Bundesministerium für Gesundheit, Sport und Konsumentenschutz Abteilung II/C/18 Radetzkysstraße 2 A - 1030 Wien Tel. 711 72 4734 Fax 713 86 14 IL-PORTUGALL: Instituto nacional da Farmacia e do Medicamento (INFARMED) Parque de Saúde Av. do Brazil, 53 P - 1700 LISBOA Fax 351 1 795 91 16 [1] [1] Soġġett għall-approvazzjoni minn awtorità ogħla. --------------------------------------------------