16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/20


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 237/2013

tal-15 ta’ Marzu 2013

li jiffissa l-prezzijiet ta’ referenza għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2013

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(1) u (5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi li l-prezzijiet ta’ referenza validi għall-Unjoni jistgħu jiġu ffissati kull sena, skont il-kategorija tal-prodotti, għal prodotti li huma s-suġġett ta’ sospensjoni tariffarja skont l-Artikolu 28(1). L-istess jgħodd għal prodotti li, billi jkunu jew suġġetti għal tnaqqis tariffarju li jorbot skont id-WTO jew suġġetti għal xi arranġamenti preferenzjali oħra, għandhom jikkonformaw ma’ prezz ta’ referenza.

(2)

Skont l-Artikolu 29(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz ta’ referenza għall-prodotti elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament għandu jkun l-istess bħall-prezz tal-irtirar, stabbilit skont l-Artikolu 20(1) ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Il-prezzijiet tal-irtirar tal-Unjoni għall-prodotti kkonċernati huma ffissati għas-sena tas-sajd 2013 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 232/2013 (2)

(4)

Skont l-Artikolu 29(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz ta’ referenza għall-prodotti, minbarra għal dawk elenkati fl-Annessi I u II ta’ dak ir-Regolament, għandu jiġi stabbilit b’mod partikolari fuq il-bażi tal-medja ppeżata tal-valuri tad-dwana rreġistrati fis-swieq tal-importazzjoni jew fil-portijiet tal-importazzjoni fit-tliet snin li jkunu eżatt qabel id-data li fiha jiġi ffissat il-prezz ta’ referenza.

(5)

M’hemm ebda bżonn li jiġu stabbiliti l-prezzijiet ta’ referenza għal dawk il-prodotti koperti mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 li jiġu importati minn pajjiżi terzi fi kwantitajiet insinifikanti.

(6)

Sabiex tkun possibbli applikazzjoni malajr tal-prezzijiet ta’ referenza fis-sena 2013, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 104/2000,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet ta’ referenza għas-sena tas-sajd 2013 għall-prodotti tas-sajd, kif imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  Ara l-paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

1.   Prezzijiet ta’ referenza għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 29(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Speċi

Daqs (1)

Il-prezz ta’ referenza

(f’EUR għal kull tunnellata)

Imsewwi bir-ras (1)

Ħut sħiħ (1)

Il-kodiċi addizzjonali tat-Taric

Extra, A (1)

Il-kodiċi addizzjonali tat-Taric

Extra, A (1)

Aringa tal-ispeċi

Clupea harengus

ex 0302 41 00

1

 

F011

136

2

F012

208

3

F013

197

4a

F016

124

4b

F017

124

4c

F018

260

5

F015

231

6

F019

116

7a

F025

116

7b

F026

104

8

F027

87

Redfish

(Sebastes spp.)

ex 0302 89 31 u

ex 0302 89 39

1

 

F067

996

2

F068

996

3

F069

836

Merluzz tal-ispeċi

Gadus morhua

ex 0302 51 10

1

F073

1 161

F083

839

2

F074

1 161

F084

839

3

F075

1 097

F085

645

4

F076

871

F086

484

5

F077

613

F087

355

 

 

Ħut mgħolli fl-ilma

Frisk jew imkessaħ

Il-kodiċi addizzjonali tat-Taric

Extra, A (1)

Il-kodiċi addizzjonali tat-Taric

Extra, A (1)

Gambli kbar tal-ilma fond

(Pandalus borealis)

ex 0306 26 90

1

F317

5 394

F321

1 114

2

F318

1 891


2.   Prezzijiet ta’ referenza għall-prodotti tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 29(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Prodott

Il-kodiċi addizzjonali tat-Taric

Preżentazzjoni

Il-prezz ta’ referenza

(f’EUR għal kull tunnellata)

1.

Redfish

(Sebastes spp.)

 

Sħiħ:

 

ex 0303 89 31

ex 0303 89 39

F411

bir-ras jew mingħajrha

998

ex 0304 89 21

ex 0304 89 29

 

Fletti:

 

F412

bix-xewk (“standard”)

2 011

F413

bla xewk

2 136

F414

fi blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżinx aktar minn 4 kg

2 239

2.   

Merluzz

(Gadus morhua, Gadus ogac u Gadus macrocephalus) u ħut tal-ispeċi Boregadus saida

ex 0303 63 10 , ex 0303 63 30 , ex 0303 63 90 , ex 0303 69 10

F416

Sħiħ, bir-ras jew mingħajrha

1 095

ex 0304 71 90

ex 0304 79 10

 

Fletti:

 

F417

fuljati (“interleaved”) jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

2 451

F418

fuljati jew fi blokok industrijali, bla xewk

2 716

F419

fi fletti individwali jew fuljati għal kollox (“fully interleaved”), bil-ġilda

2 574

F420

fi fletti individwali jew fuljati għal kollox, bla ġilda

2 972

F421

fi blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżinx aktar minn 4 kg

2 990

ex 0304 95 25

F422

F’biċċiet u laħam ieħor, minbarra blokok ikkapuljati

1 448

3.   

Pollakju (saithe)

(Pollachius virens)

ex 0304 73 00

 

Fletti:

 

F424

fuljati jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

1 611

F425

fuljati jew fi blokok industrijali, bla xewk

1 739

F426

fi fletti individwali jew fuljati għal kollox, bil-ġilda

1 476

F427

fi fletti individwali jew fuljati għal kollox, bla ġilda

1 764

F428

fi blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżinx aktar minn 4 kg

1 933

ex 0304 95 40

F429

F’biċċiet u laħam ieħor, minbarra blokok ikkapuljati

976

4.   

Haddock

(Melanogrammus aeglefinus)

ex 0304 72 00

 

Fletti:

 

F431

fuljati jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

2 241

F432

fuljati jew fi blokok industrijali, bla xewk

2 606

F433

fi fletti individwali jew fuljati għal kollox, bil-ġilda

2 537

F434

fi fletti individwali jew fuljati għal kollox, bla ġilda

2 682

F435

fi blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżinx aktar minn 4 kg

2 988

5.

Pollakkju tal-Alaska

(Theragra chalcogramma)

 

Fletti:

 

ex 0304 75 00

F441

fuljati jew fi blokok industrijali, bix-xewk (“standard”)

1 170

F442

fuljati jew fi blokok industrijali, bla xewk

1 311

6.

Aringa

(Clupea harengus, Clupea pallasii)

 

Ġnub tal-aringi

 

ex 0304 59 50

F450

li jaqbżu t-80 g l-biċċa

510

ex 0304 99 23

F450

li jaqbżu t-80 g l-biċċa

464


(1)  Il-kategoriji tal-freskezza, tad-daqs u tal-preżentazzjoni huma dawk stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.