8.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 112/2013

tas-7 ta’ Frar 2013

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2014 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar it-tiċħid materjali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2)(f) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien, li jinkorpora dejta komparabbli u aġġornata, kemm trasversali u lonġitudinali, dwar l-introjtu u dwar il-livell u l-kompożizzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fil-livelli nazzjonali u dawk Ewropej.

(2)

Skont l-Artikolu 15(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, jeħtieġ li jiġu implimentati l-miżuri fir-rigward tal-lista tas-setturi u tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira li trid tiġi inkluża kull sena fil-komponent trasversali tal-UE-SILC. Il-lista tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira li trid tiġi inkorporata fil-modulu dwar it-tiċħid materjali, għandha tiġi stabbilita għas-sena 2014, flimkien mal-identifikaturi tal-varjabbli korrispondenti.

(3)

Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista ta’ fatturi varjabbli sekondarji fil-mira u l-identifikaturi tal-varjabbli għall-modulu tal-2014 dwar it-tiċħid materjali li trid tiġi inkluża fil-komponent trasversali tal-istatistika Ewropea dwar l-introjtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC), għandha tkun kif stabbilita fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 165, 3.7.2003, p. 1.


ANNESS

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw l-unitajiet, il-metodu tal-ġbir tad-dejta u l-perjodu ta’ referenza li ġejjin:

1.   L-Unitajiet

Il-fatturi varjabbli fil-mira għandhom x’jaqsmu ma’ tipi differenti ta’ unitajiet:

Il-fatturi varjabbli relatati mal-istress finanzjarju japplikaw fil-livell tal-unità domestika u jirreferu għall-unità domestika kollha kemm hi.

L-informazzjoni dwar il-ħtiġijiet bażiċi, l-attivitajiet soċjali u ta’ divertiment, l-oġġetti dewwiema u l-mobilità fil-kategorija “oġġetti tal-adulti” għandha tiġi pprovduta għal kull membru attwali li jgħix fl-unità domestika, jew, jekk applikabbli, għal dawk kollha magħżula li jwieġbu u li għandhom 16-il sena u aktar.

L-oġġetti tat-tfal huma kollha relatati mal-membri kollha tal-unità domestika fid-dar li għandhom bejn sena u 15-il sena ħlief iż-żewġ fatturi varjabbli dwar il-ħtiġijiet edukattivi li jikkonċernaw biss lit-tfal li jattendu l-iskola. Il-mistoqsijiet iridu jitwieġbu mill-membru tal-unità domestika li jwieġeb għall-grupp kollu tat-tfal. Jekk mill-inqas wild wieħed ma jkollux l-oġġett ikkonċernat, il-grupp kollu tat-tfal fl-unità domestika jitqies li ma għandux dak l-oġġett.

L-età tirreferi għall-età fi tmiem il-perjodu ta’ referenza għall-introjtu.

2.   Il-metodu tal-ġbir tad-dejta

Għall-fatturi varjabbli li japplikaw fil-livell tal-unità domestika, il-metodu tal-ġbir tad-dejta huwa intervista personali mal-membru tal-unità domestika li jwieġeb.

Għall-fatturi varjabbli li japplikaw fil-livell individwali, il-metodu tal-ġbir tad-dejta huwa intervista personali mal-membri attwali tal-unità domestika li għandhom 16-il sena u aktar jew, jekk applikabbli, ma’ kull persuna magħżula biex twieġeb.

Għall-fatturi varjabbli tat-tfal il-metodu tal-ġbir tad-dejta huwa intervista personali mal-membru tal-unità domestika li jwieġeb.

Fid-dawl tat-tip ta’ informazzjoni li trid tinġabar, huma permessi intervisti personali biss (intervisti bi prokura bħala eċċezzjoni għall-persuni li jkunu temporanjament assenti jew inabilitati).

3.   Il-perjodu ta’ referenza

Il-perjodu ta’ referenza għall-fatturi varjabbli kollha fil-mira huwa s-sitwazzjoni attwali.

4.   It-trażmissjoni tad-dejta

Il-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat) fil-Fajl tad-Dejta dwar l-Unità Domestika (il-fajl H) u fil-Fajl tad-Dejta Personali (il-fajl P) wara l-fatturi varjabbli primarji fil-mira.

MODULU DWAR IT-TIĊĦID MATERJALI GĦALL-2014 OQSMA U LISTA TA’ FATTURI VARJABBLI FIL-MIRA

Identifikatur tal-varjabbli

Valuri

Fattur varjabbli fil-mira

Oġġetti tal-unità domestika li japplikaw fil-livell tal-unità domestika

Stress finanzjarju

HD080

 

Bdil ta’ għamara mkagħbra  (*1)

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD080_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

Oġġetti personali li japplikaw fil-livell personali (Persuni li għandhom aktar minn 16-il sena)

Ħtiġijiet bażiċi

PD020

 

Bdil ta’ ħwejjeġ imkagħbra ma’ ħwejjeġ ġodda (mhux użati)  (*1)

1

Iva

2

Le - ma jistgħux jaffordjawha

3

Le - raġuni oħra

PD020_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

PD030

 

Żewġ pari żraben ta’ daqs tajjeb (inkluż par żarbun għall-istaġuni kollha)  (*1)

1

Iva

2

Le - ma jistgħux jaffordjawha

3

Le - raġuni oħra

PD030_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

Attivitajiet soċjali u ta’ divertiment

PD050

 

Laqgħa mal-ħbieb/familja (qraba) għal xarba/ikla mill-inqas darba f’xahar  (*1)

1

Iva

2

Le - ma jistgħux jaffordjawha

3

Le - raġuni oħra

PD050_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

PD060

 

Sehem regolari f’attività ta’ divertiment  (*1)

1

Iva

2

Le - ma jistgħux jaffordjawha

3

Le - raġuni oħra

PD060_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

PD070

 

Infiq ta’ ammont żgħir ta’ flus kull ġimgħa għalik innifsek  (*1)

1

Iva

2

Le - ma jistgħux jaffordjawha

3

Le - raġuni oħra

PD070_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

Oġġetti dewwiema

PD080

 

Konnessjoni mal-Internet għall-użu personali fid-dar  (*1)

1

Iva

2

Le - ma jistgħux jaffordjawha

3

Le - raġuni oħra

PD080_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

Mobilità

PD090

 

Użu regolari tat-trasport pubbliku

1

Iva

2

Le - il-biljett għali wisq

3

Le - it-trasport pubbliku qiegħed ‘il bogħod wisq

4

Le – l-aċċess huwa diffiċli wisq

5

Le - it-trasport privat

6

Le - raġuni oħra

PD090_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

Oġġetti tat-tfal li japplikaw fil-livell tal-unità domestika

Ħtiġijiet bażiċi

HD100

 

Xi ħwejjeġ ġodda (mhux ħwejjeġ użati)

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD100_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)

HD110

 

Żewġ pari żraben ta’ daqs tajjeb (inkluż par żarbun għall-istaġuni kollha)

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD110_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)

HD120

 

Frott u ħxejjex darba kuljum

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD120_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)

HD140

 

Ikla waħda bil-laħam, tiġieġ jew ħut (jew ekwivalent veġetarjan) għall-inqas darba kuljum

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD140_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)

Ħtiġijiet edukattivi jew ta’divertiment

HD150

 

Kotba d-dar adattati għall-età tagħhom

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD150_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)

HD160

 

Tagħmir ta’divertiment għal barra

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD160_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)

HD170

 

Logħob ta’ ġewwa

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD170_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)

HD180

 

Attività ta’ divertiment regolari

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD180_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)

HD190

 

Ċelebrazzjonijiet f’okkażjonijiet speċjali

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD190_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)

HD200

 

Tistieden minn żmien għal żmien lill-ħbieb biex tilgħab u tiekol magħhom

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD200_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)

HD210

 

Tieħu sehem f’ħarġiet tal-iskola u f’avvenimenti skolastiċi li jiswew il-flus

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD210_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)

– 4

Mhux applikabbli (l-ebda wild ma jattendi l-iskola)

HD220

 

Post xieraq għall-istudju jew għax-xogħol skolastiku fid-dar

1

Iva

2

Le

HD220_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)

– 4

Mhux applikabbli (l-ebda wild ma jattendi l-iskola)

HD240

 

Tmur għal btala ‘l bogħod mid-dar mill-inqas għal ġimgħa waħda fis-sena

1

Iva

2

Le - ma tistax taffordjaha

3

Le - raġuni oħra

HD240_F

1

Mimlija

– 1

Nieqsa

– 2

Mhux applikabbli (l-ebda wild bejn ta’ bejn sena u 15-il sena)


(*1)  Flimkien mat-trażmissjoni obbligatorja għas-sena ta’ referenza 2014, dan il-fattur varjabbli jista’ jiġi kkompilat għas-sena ta’ referenza 2013 fuq bażi volontarja.