|
19.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 349/4 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1220/2012
tat-3 ta’ Diċembru 2012
dwar miżuri relatati mal-kummerċ sabiex tkun garantita l-provvista ta’ ċerti prodotti tas-sajd lill-proċessuri tal-Unjoni mill-2013 sal-2015, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 104/2000 u (UE) Nru 1344/2011
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-provvista tal-Unjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd bħalissa tiddipendi fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Fl-aħħar 15-il sena l-Unjoni saret aktar dipendenti fuq l-importazzjonijiet biex tissodisfa l-konsum tagħha tal-prodotti tas-sajd. Ir-rata ta’ awtosuffiċjenza tal-Unjoni għall-prodotti tas-sajd naqset minn 57 % għal 38 %. Sabiex ma jipperikolawx il-produzzjoni tal-Unjoni tal-prodotti tas-sajd u sabiex tiġi żgurata provvista adegwata għall-industrija tal-ipproċessar tal-Unjoni, id-dazji doganali għandhom jiġu sospiżi parzjalment jew totalment għal għadd ta’ prodotti fil-kwoti tariffarji ta’ volum xieraq. Għandha titqies ukoll is-sensittività ta’ prodotti tas-sajd individwali fis-suq tal-Unjoni biex ikunu ggarantiti kondizzjonijiet ekwi għall-produtturi tal-Unjoni. |
|
(2) |
Taħt ir-Regolament (KE) Nru 1062/2009 (1), il-Kunsill fetaħ u pprovda għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji awtonomi tal-Komunità għal ċerti prodotti tas-sajd għall-perjodu mill-2010 sal-2012. Minħabba li l-perjodu tal-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012, huwa importanti li r-regoli rilevanti li jinsabu fih jiġu riflessi fil-perjodu mill-2013 sal-2015. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (2) qed jiġi rieżaminat fil-kuntest tar-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd. Dak ir-Regolament jistabbilixxi sospensjonijiet ta’ tariffi doganali għal ċerti prodotti tal-ħut prodotti. Sabiex is-sistema ssir aktar koerenti u jiġu ssimplifikati l-proċeduri tal-preferenzi awtonomi tal-Unjoni għall-prodotti tas-sajd, għandhom jiġu stabbiliti għadd ta’ kwoti tariffarji awtonomi li jissostitwixxu dawk is-sospensjonijiet, u r-Regolament (KE) Nru 104/2000 għandu jiġi emendat kif meħtieġ. Il-kwoti tariffarji awtonomi l-ġodda għandhom ikunu ta’ volum suffiċjenti sabiex tkun żgurata provvista adwegwata ta’ materja prima tas-sajd għall-Unjoni u biex jkunu garantiti l-previdibbiltà u l-kontinwità tal-importazzjonijiet. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1344/2011 tad-19 ta’ Diċembru 2011 li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti agrikoli, tas-sajd u industrijali (3) fih għadd limitat ta’ sospensjonijiet għall-prodotti tas-sajd. Sabiex is-sistema ssir aktar koerenti u jiġu ssimplifikati l-proċeduri tal-preferenzi awtonomi tal-Unjoni għall-prodotti tas-sajd, għandhom jiġu stabbiliti għadd ta’ kwoti tariffarji awtonomi li jissostitwixxu dawk is-sospensjonijiet. Konsegwentement, ir-Regolament (UE) Nru 1344/2011 għandu jiġi emendat kif meħtieġ. Il-kwoti tariffarji awtonomi l-ġodda għandhom ikunu ta’ volum suffiċjenti sabiex tkun żgurata provvista adwegwata ta’ materja prima tas-sajd għall-Unjoni u biex jkunu garantiti l-previdibbiltà u l-kontinwità tal-importazzjonijiet. |
|
(5) |
Huwa importanti li l-industrija tal-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd tiġi pprovduta bis-sigurtà tal-provvista ta’ materja prima tas-sajd sabiex jiġu permessi t-tkabbir kontinwat u l-investiment, u l-aktar importanti biex hija tkun tista’ tibdel is-sospensjonijiet bi kwoti mingħajr interruzzjoni tal-provvista. Huwa għalhekk xieraq li jsir provvediment, fir-rigward ta’ ċerti prodotti tas-sajd li s’issa għalihom applikaw is-sospensjonijiet, għal sistema li toħloq żieda awtomatika fil-kwoti tariffarji applikabbli taħt ċerti kondizzjonijiet. |
|
(6) |
Għandu jiġi żgurat aċċess ugwali u bla interruzzjoni għall-kwoti tariffarji li hawn provvediment għalihom f’dan ir-Regolament, għall-importaturi kollha tal-Unjoni u r-rati stabbiliti għall-kwoti għandhom jiġu applikati mingħajr interruzzjoni għall-importazzjonijiet kollha tal-prodotti kkonċernati fl-Istati Membri kollha sakemm il-kwoti tariffarji jkunu ntużaw. |
|
(7) |
Biex tiġi żgurata ġestjoni komuni effikaċi tal-tal-kwoti tariffarji, l-Istati Membri għandhom jingħataw permess li jiġbdu l-kwantitajiet neċessarji li jikkorrispondu mal-importazzjoni attwali tagħhom mill-ammont tal-kwota. Billi dak il-metodu ta’ ġestjoni jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tikkontrolla r-rata li bihom jintużaw il-kwoti u għandha tinforma l-Istati Membri b’dan. |
|
(8) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (4) jipprovdi għal sistema ta’ ġestjoni tal-kwota tariffarja li ssegwi l-ordni kronoloġika tad-dati tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. Il-kwoti tariffarji miftuħa b’dan ir-Regolament għandhom jiġu mmaniġġjati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri skont dik is-sistema, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-dazji tal-importazzjoni fuq il-prodotti elenkati fl-Anness huma b’dan sospiżi fi ħdan il-kwoti tariffarji, bir-rati, għal dawk il-perjodi u ammonti fih indikati.
Artikolu 2
Il-kwoti tariffarji msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 3
1. Mingħajr dewmien bla bżonn, il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk, sat-30 ta’ Settembru tas-sena kalendarja rilevanti, 80 % tal-kwota tariffarja annwali, fir-rigward ta’ prodott tas-sajd li għalih japplika dan l-Artikolu skont l-Anness, intużawx. Jekk dak ikun il-każ, il-kwota tariffarja annwali stabbilita fl-Anness għandha tkun meqjusa bħala miżjuda awtomatikament b’20 %. Il-kwota tariffarja annwali miżjuda għandha tkun il-kwota tariffarja applikabbli fir-rigward ta’ dak il-prodott tas-sajd għas-sena kalendarja rilevanti.
2. Fuq it-talba ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk 80 % tal-kwota tariffarja annwali, fir-rigward ta’ prodott tas-sajd li għalih japplika dan l-Artikolu skont l-Anness, intużawx qabel it-30 ta’ Settembru tas-sena kalendarja rilevanti Jekk dak ikun il-każ, għandu japplika l-paragrafu 1.
3. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien bla bżonn, tinforma lill-Istati Membri li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2 ġew sodisfatti u għandhom jippubblikaw informazzjoni dwar il-kwota tariffarja applikabbli reċentement fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
4. Għas-sena kalendarja rilevanti ma tista’ tapplika l-ebda żieda oħra għal kwota tariffarja miżjuda skont il-paragrafu 1.
Artikolu 4
Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw il-ġestjoni u l-kontroll korretti tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
1. Fir-Regolament (KE) Nru 104/2000, huma b’dan imħassra l-Artikolu 28 u l-Anness VI.
2. Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1344/2011, huma b’dan imħassra l-annotazzjonijiet li jikkonċernaw il-prodotti tas-sajd skont il-kodiċi TARIC 0302 89 90 30, 0302 90 00 95, 0303 90 90 91, 0305 20 00 11, 0305 20 00 30, 1604 11 00 20, 1604 32 00 10, 1605 10 00 11 u 1605 10 00 19.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
N. SYLIKIOTIS
(1) ĠU L 291, 7.11.2009, p. 8.
(2) ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.
ANNESS
|
Nru tal-Ordni |
Kodiċi NM |
Kodiċi TARIC |
Deskrizzjoni |
Ammont annwali tal-kwota (f’tunnellati) (*1) |
Dazju tal-kwota |
Perjodu tal-kwota |
|
09.2759 |
ex 0302 51 10 |
20 |
Merluzz (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus), u ħut tal-ispeċi Boreaogadus saida, minbarra l-fwied u l-bajd, frisk, imkessaħ jew iffriżat, għall-ipproċessar (1) (2) |
70 000 (8) |
0 % |
1.1.2013-31.12.2015 |
|
ex 0302 51 90 |
10 |
|||||
|
ex 0302 59 10 |
10 |
|||||
|
ex 0303 63 10 |
10 |
|||||
|
ex 0303 63 30 |
10 |
|||||
|
ex 0303 63 90 |
10 |
|||||
|
ex 0303 69 10 |
10 |
|||||
|
09.2765 |
ex 0305 62 00 |
20 |
Merluzz (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus) u ħut tal-ispeċi Boreogadus saida, immellaħ jew fis-salmura, iżda mhux imnixxef jew iffumikat, għall-ipproċessar (1) (2) |
2 600 |
0 % |
1.1.2013-31.12.2015 |
|
|
25 |
|||||
|
|
29 |
|||||
|
ex 0305 69 10 |
10 |
|||||
|
09.2776 |
ex 0304 71 10 |
10 |
Merluzz, (Gadus morhua, Gadus macrocephalus), fletti ffriżati u laħam iffriżat, għall-ipproċessar (1) (2) |
30 000 |
0 % |
1.1.2013-31.12.2015 |
|
ex 0304 71 90 |
10 |
|||||
|
ex 0304 95 21 |
10 |
|||||
|
ex 0304 95 25 |
10 |
|||||
|
09.2761 |
ex 0304 79 50 |
10 |
Blue grenadier (Macruronus spp.), fletti ffriżati u laħam ieħor iffriżat, għall-ipproċessar (1) (2) |
25 000 (8) |
0 % |
1.1.2013-31.12.2015 |
|
ex 0304 79 90 |
11 |
|||||
|
|
17 |
|||||
|
ex 0304 95 90 |
11 |
|||||
|
|
17 |
|||||
|
09.2798 |
ex 0306 16 99 |
20 |
Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Pandalus borealis, fil-qoxra, friski, imkessħin jew iffriżati, għall-ipproċessar (1) (2) (4) |
9 000 |
0 % |
1.1.2013-31.12.2015 |
|
ex 0306 26 90 |
12 |
|||||
|
|
92 |
|||||
|
09.2794 |
ex 1605 21 90 |
45 |
Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Pandalus borealis, imsajrin u mqaxxrin, għall-ipproċessar (1) (2) (4) |
30 000 |
0 % |
1.1.2013-31.12.2015 |
|
ex 1605 29 00 |
50 |
|||||
|
09.2800 |
ex 1605 21 90 |
55 |
Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Pandalus jordani, imsajrin u mqaxxrin, għall-ipproċessar (1) (2) (4) |
2 000 |
0 % |
1.1.2013-31.12.2015 |
|
ex 1605 29 00 |
60 |
|||||
|
09.2802 |
ex 0306 17 92 |
10 |
Gambli u gambli kbar tal-ispeċi Penaeus jordani, sew fil-qoxra jew le, friski, imkessħin jew ffriżati għall-ipproċessar (1) (2) |
20 000 |
0 % |
1.1.2013-31.12.2015 |
|
ex 0306 27 99 |
10 |
|||||
|
09.2760 |
ex 0303 66 11 |
10 |
Marlozz (Merluccius spp. minbarra Merluccius merluccius, Urophycis spp.), u Pink cusk-eel (Genypterus blacodes), iffriżat, għall-ipproċessar (1) (2) |
12 500 |
0 % |
1.1.2013-31.12.2015 |
|
ex 0303 66 12 |
10 |
|||||
|
ex 0303 66 13 |
10 |
|||||
|
ex 0303 66 19 |
11 |
|||||
|
|
91 |
|||||
|
ex 0303 89 70 |
10 |
|||||
|
09.2774 |
ex 0304 74 19 |
10 |
Marlozz tat-Tramuntana tal-Paċifiku (Merluccius productus), fletti ffriżati u laħam ieħor, għall-ipproċessar (1) (2) |
12 000 |
0 % |
1.1.2013-31.12.2015 |
|
ex 0304 95 50 |
10 |
|||||
|
09.2770 |
ex 0305 63 00 |
10 |
Inċova (Engraulis anchoita), immellħa jew fis-salmura, iżda mhux imnixxfa jew iffumikata, għall-ipproċessar (1) (2) |
2 500 |
0 % |
1.1.2013-31.12.2015 |
|
09.2788 |
ex 0302 41 00 |
10 |
Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), b’piż ta’ aktar minn 100 g kull biċċa jew qatgħat imdendlin (‘flaps’) b’piż li jaqbeż it-80 g kull biċċa, minbarra l-fwied u l-bajd, għall-ipproċessar (1) (2) |
17 500 |
0 % |
1.10.2013-31.12.2013 |
|
ex 0303 51 00 |
10 |
1.10.2014-31.12.2014 |
||||
|
ex 0304 59 50 |
10 |
1.10.2015-31.12.2015 |
||||
|
ex 0304 86 00 |
10 |
|||||
|
ex 0304 99 23 |
10 |
|||||
|
09.2792 |
ex 1604 12 99 |
1111 |
Aringi, imħawra u/jew ippriżervati fil-ħall, fis-salmura, ippriżervati fil-btieti ta’ għall-inqas piż mingħajr ilma nett ta’ 70 kg, għall-ipproċessar (1) (2) |
15 000 (7) |
6 % |
1.1.2013-31.12.2015 |
|
09.2790 |
ex 1604 14 16 |
21 23 31 33 41 43 91 93 |
Fletti magħrufa bħala ‘loins’ tat-tonn u tal-palamit, għall-ipproċessar (1) (2) |
22 000 |
0 % |
1.1.2013-31.12.2015 |
|
09.2762 |
ex 0306 11 90 |
10 |
Rock lobster u awwist imxewwek ieħor (Palinurus spp., Panulirus spp., Jasus spp.), ħaj, imkessaħ, iffriżat, għall-ipproċessar (1) (2) (3) |
200 |
6 % |
1.1.2013-31.12.2015 |
|
ex 0306 21 90 |
10 |
|||||
|
09.2785 |
ex 0307 49 59 |
10 |
Tubu (‘pod’) (6) ta’ klamari (Ommastrephes spp. - minbarra Ommastrephes sagittatus -, Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.) u Illex spp., iffriżati, bil-ġilda u bil-pinen, għall-ipproċessar (1) (2) |
45 000 |
0 % |
1.1.2013-31.12.2015 |
|
ex 0307 99 11 |
10 |
|||||
|
09.2786 |
ex 0307 49 59 |
20 |
Klamari (Ommastrephes spp. — minbarra Ommastrephes sagittatus —, Nototodarus spp., Sepioteuthis spp.) u Illex spp., iffriżati sħaħ, jew tentakli u pinen, għall-ipproċessar (1) (2) |
3 000 |
0 % |
1.1.2013-31.12.2015 |
|
ex 0307 99 11 |
20 |
|||||
|
09.2777 |
ex 0303 67 00 |
10 |
Pollakkju tal-Alaska (Theragra chalcogramma), iffriżat, fletti ffriżati u laħam iffriżat ieħor, għall-ipproċessar (1) (2) |
350 000 (8) |
0 % |
1.1.2013-31.12.2015 |
|
ex 0304 75 00 |
10 |
|||||
|
ex 0304 94 90 |
10 |
|||||
|
09.2772 |
ex 0304 93 10 |
10 |
66 000 (8) |
0 % |
1.1.2013-31.12.2015 |
|
|
ex 0304 94 10 |
10 |
|||||
|
ex 0304 95 10 |
10 |
|||||
|
ex 0304 99 10 |
10 |
|||||
|
09.2746 |
ex 0302 89 90 |
30 |
Red snapper tan-Nofsinhar (Lutjanus purpureus), frisk, imkessaħ, għall-ipproċessar (1) (2) |
1 650 (8) |
0 % |
1.1.2013-31.12.2015 |
|
09.2748 |
ex 0302 90 00 |
95 |
Bajd iebes tal-ħut, frisk, imkessaħ jew iffriżat, immellaħ jew fis-salmura |
11 000 (8) |
0 % |
1.1.2013-31.12.2015 |
|
ex 0303 90 90 |
91 |
|||||
|
ex 0305 20 00 |
30 |
|||||
|
09.2750 |
ex 1604 32 00 |
10 |
Bajd iebes tal-ħut, maħsul, imnaddaf mill-organi aderenti u sempliċement immellaħ jew fis-salmura, għall-ipproċessar (1) |
6 600 (8) |
0 % |
1.1.2013-31.12.2015 |
|
09.2764 |
ex 1604 11 00 |
20 |
Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus spp.), għall-industrija tal-ipproċessar għall-manifattura ta’ pejsts jew pejsts li wieħed jidlek fuq il-ħobż (1) |
1 300 (8) |
0 % |
1.1.2013-31.12.2015 |
|
09.2784 |
ex 1605 10 00 |
11 19 |
Granċijiet tal-ispeċi “King” (Paralithodes camchaticus), “Hanasaki” (Paralithodes brevipes), “Kegani” (Erimacrus isenbecki), “Queen” u “Snow” (Chionoecetes spp.), “Red” (Geryon quinquedens), “Rough stone” (Neolithodes asperrimus), Lithodes antarctica, “Mud” (Scylla serrata), “Blue” (Portunus spp.), sempliċiment mgħollijin fl-ilma u mqaxxrin, kemm jekk iffriżati jew le, f’ippakkjar immedjat b’kontenut nett ta’ 2 kg jew aktar |
2 750 (8) |
0 % |
1.1.2013-31.12.2015 |
|
09.2778 |
ex 0304 83 90 |
21 |
Ħut ċatt, fletti ffriżati u laħam ieħor tal-ħut iffriżat (Limanda aspera, Lepidopsetta bilineata, Pleuronectes quadrituberculatus, Limanda ferruginea, Lepidopsetta polyxstra) għall-ipproċessar (1) (2) |
5 000 |
0 % |
1.1.2013-31.12.2015 |
|
ex 0304 99 99 |
65 |
(*1) Espress f’piż nett, ħlief fejn speċifikat mod ieħor.
(1) Il-kwota hija suġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93).
(2) Il-kwota mhijiex disponibbli għal prodotti maħsuba biss għal waħda jew aktar mill-operazzjonijiet li ġejjin:
|
— |
tindif, tneħħija tal-ġewwieni, qtugħ tad-dnub, qtugħ tal-irjus, |
|
— |
tqattigħ (għajr tqattigħ f’biċċiet żgħar, fi fletti, il-produzzjoni ta’ qatgħat, tqattigħ ta’ blokki ffriżati jew qsim ta’ blokki ta’ fletti bil-friża b’fuljata bejniethom), |
|
— |
ippakkjar mill-ġdid ta’ fletti ffriżati tal-IQF, |
|
— |
teħid ta’ kampjuni, għażla skont il-gruppi, |
|
— |
tikkettjar, |
|
— |
pakkeġġ, |
|
— |
tkessiħ, |
|
— |
friżar, |
|
— |
friżar qawwi (“deep freezing”), |
|
— |
tneħħija tal-friża, separazzjoni. |
Il-kwota mhijiex disponibbli għal prodotti maħsuba għal trattament jew operazzjonijiet li jikkonferixxi/u intitolament għal kwota, fejn tali trattament jew operazzjonijiet isir(u) fuq il-livell tal-bejgħ lill-konsumatur jew tal-forniment tal-ikel. Il-kwota hija disponibbli biss għal prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem.
(3) Prodotti taħt il-kodiċijiet NM 0306 11 90 (il-kodiċi TARIC 10) u 0306 21 90 (il-kodiċi TARIC 10) għandhom, minkejja n-nota tal-qiegħ (2), jikkwalifikaw għall-kwota jekk jgħaddu minn operazzjoni waħda, jew it-tnejn li huma, minn dawn li ġejjin: il-qsim tal-prodott iffriżat, it-trattament tal-prodott iffriżat bis-sħana sabiex ikun jista’ jitneħħa l-ħmieġ intern.
(4) Prodotti taħt il-kodiċijiet NM 1605 21 90 (il-kodiċijiet TARIC 45 u 55) u 1605 29 00 (il-kodiċijiet TARIC 50 u 60) għandhom, minkejja n-nota tal-qiegħ (2), jikkwalifikaw għall-kwota jekk jgħaddu mill-operazzjoni li wieħed jgħaddi l-gambli u l-gambli kbar mit-trattament tal-ipproċessar b’gassijiet tal-imballaġġ kif definit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (5).
(5) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(6) Il-ġisem ta’ ċefalopidi jew il-klamari mingħajr ir-ras u mingħajr it-tentakoli.
(7) Espress f’piż nett mingħajr ilma.
(8) Japplika l-Artikolu 3.