20.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 290/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 968/2012

tad-19 ta’ Ottubru 2012

li jżid mal-kwota tas-sajd tal-2012-2013 għall-inċova fil-Bajja ta’ Biscay il-kwantitajiet miżmuma minn Franza fl-istaġun tas-sajd 2011-2012 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni, qabel il-31 ta’ Ottubru tas-sena ta’ applikazzjoni tal-kwota tas-sajd allokata lilhom, biex iżommu ammont massimu ta’ 10 % ta’ dik il-kwota sabiex jiġi trasferit għas-sena ta’ wara. Il-Kummissjoni għandha żżid mal-kwota rilevanti l-kwantità miżmuma.

(2)

Għall-istaġun tas-sajd 2011/2012, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 716/2011 (2) alloka lil Franza kwota ta’ 2 970 tunnellata ta’ inċova fil-Bajja ta’ Biscay.

(3)

Madankollu, meta jitqiesu skambji ta’ opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (3), it-trasferimenti ta’ kwoti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 u/jew riallokazzjoni u tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (4), il-kwota disponibbli għal Franza għal dak l-istokk matul l-staġun tas-sajd 2011-2012 ammontat għal 6 362 tunnellata.

(4)

Fi tmiem dak l-istaġun tas-sajd Franza rrappurtat qabdiet ta’ inċova fil-Bajja ta’ Biscay li kumplessivament ammontaw għal 4 198 tunnellata.

(5)

Franza talbet, skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96, li tinżamm parti mill-kwota ta’ inċova tagħha għall-istaġun tas-sajd 2011-2012 u li din tiġi ttrasferita għall-istaġun li jmiss. Fil-limiti indikati f’dak ir-Regolament, il-kwantitajiet miżmuma għandhom jiġu miżjuda mal-kwota stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 694/2012 (5) għall-istaġun tas-sajd 2012-2013.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwota tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta’ Biscay allokata lil Franza permezz tar-Regolament (UE) Nru 694/2012 għandha tiżdied b’636 tunnellata.

ID tal-Pajjiż

Id tal-istokk

Speċi

Isem taż-żona

Kwota finali 2011/2012

Qabdiet 2011/2012

% tal-kwota finali

Kwantità ttrasferita

Kwota inizjali 2012/2013

R. 694/2012

Kwota riveduta 2012/2013

FRA

ANE/08.

Inċova

VIII (Bajja ta’ Biscay)

6 362  t

4 198  t

65,9  %

636  t

2 070  t

2 706  t

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

(2)   ĠU L 193, 23.7.2011, p. 11.

(3)   ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(4)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(5)   ĠU L 203, 31.7.2012, p. 26.