9.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 71/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 196/2012

tat-8 ta’ Marzu 2012

li jiffissa l-ammont tal-għajnuna li tinġieb ’il quddiem u l-għajnuna b’rata fissa għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2012

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2814/2000 tal-21 ta’ Diċembru 2000 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti tal-għajnuna li tinġieb ’il quddiem ta’ ċerti prodotti tas-sajd (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 939/2001 tal-14 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward l-għoti ta’ għajnuna b’rata fissa għal ċerti prodotti tas-sajd (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi li tista’ tingħata għajnuna għal kwantitajiet ta’ ċerti prodotti friski rtirati mis-suq u li jew ikunu ġew ipproċessati biex ikunu stabbilizzati u maħżuna jew ikunu ġew ippriservati.

(2)

L-iskop ta’ dik l-għajnuna huwa li jingħata inkoraġġiment xieraq lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi biex jipproċessaw jew jippriservaw il-prodotti rtirati mis-suq sabiex tkun evitata l-qerda tagħhom.

(3)

Il-livell tal-għajnuna ma għandux ikun tali li jfixkel il-bilanċ tas-suq għall-prodotti kkonċernati jew li joħloq tagħwiġ fil-kompetizzjoni.

(4)

Il-livell tal-għajnuna ma għandux jaqbeż l-ispejjeż tekniċi u finanzjarji marbuta mal-operazzjonijiet essenzjali għall-istabbilizzazzjoni u l-ħżin irreġistrati fl-Unjoni matul is-sena ta’ sajd li tkun ġiet qabel is-sena msemmija.

(5)

Sabiex ma tkunx imxekkla l-operazzjoni tas-sistema ta’ intervent fis-sena 2012, dan ir-Regolament għandu japplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2012.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-sajd 2012, l-ammonti tal-għajnuna li tinġieb ’il quddiem li jirreferi għalihom l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 u l-ammonti tal-għajnuna b’rata fissa li jirreferi għalihom l-Artikolu 24(4) ta’ dak ir-Regolament huma mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)   ĠU L 326, 22.12.2000, p. 34.

(3)   ĠU L 132, 15.5.2001, p. 10.


ANNESS

1.   

L-ammont tal-għajnuna li tinġieb ’il quddiem għall-prodotti elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness I, u għall-lingwata (Solea spp.) elenkata fil-Parti C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Metodi ta’ pproċessar elenkati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Għajnuna (f’EUR għal kull tunnellata)

1

2

I.   

L-iffriżar u l-ħżin ta’ prodotti sħaħ, imnaddfa u bir-ras, jew ta’ prodotti mqattgħin

Sardin tal-ispeċi Sardina pilchardus

359

Speċijiet oħrajn

291

II.

Il-qtugħ fi fletti, l-iffriżar u l-ħżin

410

III.

It-tmelliħ u/jew it-tnixxif u l-ħżin ta’ prodotti sħaħ, imnaddfa u bir-ras, jew ta’ prodotti mqattgħin jew fi fletti

277

IV.

L-immarinar u l-ħżin

260

2.   

L-ammont tal-għajnuna li tinġieb ’il quddiem għall-prodotti l-oħra elenkati fil-Parti C tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Metodi ta’ pproċessar u/jew ta’ preservazzjoni elenkati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Il-prodotti

Għajnuna (f’EUR għal kull tunnellata)

1

2

3

I.

L-iffriżar u l-ħżin

Ksampu

(Nephrops norvegicus)

327

Dnieb tal-ksampu

(Nephrops norvegicus)

248

II.

It-tneħħija tar-ras, l-iffriżar u l-ħżin

Ksampu

(Nephrops norvegicus)

293

III.

It-tisjir, l-iffriżar u l-ħżin

Ksampu

(Nephrops norvegicus)

327

Granċijiet li jittieklu

(Cancer pagurus)

248

IV.

Il-pasturizzazzjoni u l-ħżin

Granċijiet li jittieklu

(Cancer pagurus)

392

V.

Il-ħżin ħaj f’tankijiet jew gaġeġ fissi

Granċijiet li jittieklu

(Cancer pagurus)

210

3.   

L-ammont tal-għajnuna b’rata fissa għall-prodotti elenkati fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Metodi ta’ pproċessar

Għajnuna (f’EUR għal kull tunnellata)

I.

L-iffriżar u l-ħżin ta’ prodotti sħaħ, imnaddfa u bir-ras, jew ta’ prodotti mqattgħin

291

II.

Il-qtugħ fi fletti, l-iffriżar u l-ħżin

410