23.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Lulju 2012

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja, min-naħa l-oħra

(2012/653/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-28 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 753/2007 (1) dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja (2) (“il-Ftehim”). Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista bil-Ftehim (3) (“il-Protokoll attwali”) ġie mehmuż miegħu. Il-Protokoll attwali se jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012.

(2)

L-Unjoni nnegozjat mal-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern tal-Groenlandja Protokoll ġdid għall-Ftehim li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja (“il-Ftehim”).

(3)

Mal-konklużjoni ta’ dawk in-negozjati, il-Protokoll il-ġdid ġie inizjalat fit-3 ta’ Frar 2012.

(4)

Sabiex jiżgura l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-UE, l-Artikolu 12 tal-Protokoll il-ġdid jipprovdi għall-applikazzjoni proviżorja tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2013.

(5)

Għalhekk, il-Protokoll għandu jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja, min-naħa l-oħra (min issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”), huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar il-persuna/i mogħnija bis-setgħa tal-firma tal-Protokoll f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta’ Jannar 2013, sakemm jiġu kkompletati l-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. ALETRARIS


(1)   ĠU L 172, 30.6.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 172, 30.6.2007, p. 4.

(3)   ĠU L 172, 30.6.2007, p. 9.


PROTOKOLL

li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea (1), min-naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja (2), min-naħa l-oħra

Artikolu 1

Perjodu ta’ applikazzjoni u l-opportunitajiet tas-sajd

1.   Għal perjodu ta' tliet snin, mill-1 ta' Jannar 2013, l-awtoritajiet tal-Groenlandja jawtorizzaw bastimenti tas-sajd tal-UE biex iwettqu attivitajiet tas-sajd sal-livell tal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, u dawk stabbiliti skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Il-livelli tal-opportunitajiet tas-sajd stipulati fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu riveduti mill-Kumitat Konġunt. Meta tkun qed issir reviżjoni tal-livelli tal-opportunitajiet tas-sajd mill-Kumitat Konġunt previst fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, il-Groenlandja għandha tipprovdi lill-UE l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija ġewwa ż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) tal-Groenlandja.

2.   Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru 2013, u ta' kull sena sussegwenti, il-Kumitat Konġunt għandu jiftiehem dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet elenkati fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għas-sena ta' wara, b’kunsiderazzjoni tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, l-approċċ prekawzjonarju, il-ħtiġijiet tal-industrija tas-sajd, u b'mod partikolari l-kwantitajiet stipulati fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu.

Fil-każ li l-Kumitat Konġunt jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd f'livell aktar baxx minn dak stipulat fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, il-Groenlandja għandha tikkumpensa lill-UE fis-snin ta' wara permezz ta' opportunitajiet tas-sajd korrispondenti, jew inkella permezz ta' opportunitajiet tas-sajd oħra fl-istess sena.

Jekk il-Partijiet ma jaqblu dwar l-ebda kumpens, l-arranġamenti finanzjarji għandhom jiġu aġġustati proporzjonalment, inklużi l-parametri għall-kalkolu tal-valur, imsemmija fl-Artikolu 2(2a) ta’ dan il-Protokoll.

3.   Il-kwota għall-Gamblu tat-Tramuntana fil-Lvant tal-Groenlandja tista' tinqabad f'żoni fil-Punent tal-Groenlandja, bil-kundizzjoni li jkunu ġew stabbiliti arranġamenti għat-trasferiment tal-kwoti bejn is-sidien tal-bastimenti mill-Groenlandja u mill-Unjoni Ewropea abbażi ta’ kumpanija ma’ oħra. L-awtoritajiet tal-Groenlandja għandhom jieħdu l-impenn li jiffaċilitaw arranġamenti bħal dawn hekk kif jirċievu talba mill-Kummissjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri kkonċernati. L-ammont massimu annwali tal-kwota li għandu jiġu ttrasferit mil-Lvant tal-Groenlandja għal żoni tal-Punent tal-Groenlandja għandu jkun ta' 2 000 tunnellata. Is-sajd li jitwettaq mill-bastimenti tal-UE għandu jsir taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk previsti fir-rigward ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd li tinħareġ lil sid ta’ bastiment mill-Groenlandja suġġett għad-dispożizzjonijet tal-Kapitolu I tal-Anness.

4.   Il-Groenlandja għandha toffri opportunitajiet addizzjonali tas-sajd lill-UE. Jekk L-UE taċċetta offerta bħal din, kompletament jew parzjalment, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2a) għandha tiżdied proporzjonalment. L-UE għandha tipprovdi lill-Groenlandja b’risposta sa mhux aktar tard minn 6 ġimgħat wara li tasal l-offerta. Jekk l-awtoritajiet tal-UE ma jilqgħux l-offerta jew inkella ma jirreaġixxux fi żmien 6 ġimgħat, l-awtoritajiet tal-Groenlandja jkunu liberi li joffru opportunitajiet addizzjonali tas-sajd lil partijiet oħra.

5.   Il-livell indikattiv tal-opportunitajiet tas-sajd awtorizzati mill-Groenlandja (f’tunnellati):

Partijiet tal-istokk

2013

2014

2015

Il-merluzz fis-Subżona XIV tal-ICES u fis-Subżona 1 tan-NAFO (3)

2 200

2 200

2 200

Ir-redfish pelaġiku fis-Subżoni XIV u V tal-ICES u s-Subżona 1F tan-NAFO (4)

3 000

3 000

3 000

Ir-redfish demersali fis-Subżoni XIV u V tal-ICES u s-Subżona 1F tan-NAFO (5)

2 000

2 000

2 000

Il-ħalibatt tal-Groenlandja fis-Subżona 1 tan-NAFO – fin-Nofsinhar ta’ 68°Tramuntana

2 500

2 500

2 500

Il-ħalibatt tal-Groenlandja fis-Subżoni XIV u V tal-ICES (6)

4 315

4 315

4 315

Il-Gamblu tat-Tramuntana fis-Subżona 1 tan-NAFO

3 400

3 400

3 400

Il-Gamblu tat-Tramuntana fis-Subżoni XIV u V tal-ICES

7 500

7 500

7 500

Il-Ħalibatt tal-Atlantiku fis-Subżona 1 tan-NAFO

200

200

200

Il-ħalibatt tal-Atlantiku fis-Subżoni XIV u V tal-ICES

200

200

200

Is-Snowcrab fis-Subżona 1 tan-NAFO (7)

250

250

250

Il-Capelin fis-Subżoni XIV u V tal-ICES (8)

60 000

60 000

60 000

Il-Grenadier spp. fis-Subżoni XIV u V tal-ICES (9)

100

100

100

Il-Grenadier spp. fis-Subżona 1 tan-NAFO (9)

100

100

100

6.   Il-ġestjoni tal-qabda inċidentali

Il-qabda inċidentali hija ddefinita bħala kull qabda mhux mixtieqa ta’ kwalunkwe organiżmu ħaj tal-baħar.

Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll, il-qabdiet inċidentali, li se jitqiesu fil-limiti tal-qabdiet inċidentali, huma l-qabdiet kollha ta' speċijiet b'interess kummerċjali mhux koperti mill-ispeċijiet fil-mira tal-bastiment indikati fuq l-awtorizzazzjoni tas-sajd.

Il-bastimenti tas-sajd tal-UE li jaħdmu fiż-ŻEE tal-Groenlandja għandhom jirrispettaw ir-regoli applikabbli dwar il-qabda inċidentali għall-ispeċijiet u l-istokkijiet tal-ħut imqassma fl-ilmijiet tal-Groenlandja u b'mod partikolari dawk elenkati taħt l-Artikolu 1(5). Barra minn hekk, huwa pprojbit li fiż-ŻEE tal-Groenlandja jiġi skartat il-ħut mill-qabdiet li jitwettqu ta’ stokkijiet tal-ħut immaniġġjati permezz tal-limiti tal-qbid jew tal-isforz fl-ilmijiet tal-Groenlandja.

Il-kwantitajiet massimi li jistgħu jinqabdu bħala qabda inċidentali huma limitati għal rata ta’ 10 % tal-kwota tal-istokk fil-mira kif espress fl-awtorizzazzjoni tas-sajd għall-attivitajiet tas-sajd kollha, bl-eċċezzjoni tal-attivitajiet tas-sajd li għandhom fil-mira l-Gamblu tat-Tramuntana fejn din ir-rata titnaqqas għal 5 %. Meta kwota tal-UE għal speċi speċifika tiġi eżawrita, il-kwantitajiet massimi li jistgħu jinqabdu bħala qabda inċidentali se jkunu limitati għal rata ta' 5 % tal-kwota tal-istokk fil-mira.

Il-qabdiet inċidentali tal-istokkijiet tal-ħut li l-Unjoni Ewropea tgawdi minn opportunitajiet tas-sajd għalihom fl-ilmijiet tal-Groenlandja għandhom jingħaddu mal-opportunitjiet tas-sajd tal-istokk tal-ħut rilevanti allokati lill-UE.

Il-qabdiet inċidentali u l-kompożizzjoni speċifika tagħhom għandhom jiġu rriveduti kull sena fil-qafas tal-Kumitat Konġunt.

7.   Meta s-sitwazzjoni tal-istokk tippermetti, il-kwantitajiet minimi għaż-żamma ta' attivitajiet tas-sajd fil-Groenlandja b'dan qed jiġu stabbiliti fil-livelli li ġejjin għal kull sena (f’tunnellati):

Speċi

NAFO 1

ICES XIV/V

Merluzz

30 000

 

Redfish

2 500

10 000

Ħalibatt tal-Groenlandja

4 700

4 000

Gamblu tat-Tramuntana

75 000

1 500

8.   Il-Groenlandja ma għandhiex toħroġ awtorizzazzjonijiet tas-sajd lill-bastimenti tal-UE b’xi mod ieħor għajr skont dan il-Protokoll.

Artikolu 2

Kontribuzzjoni finanzjarja – Metodi ta’ pagament

1.   Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(1) ta’ dan il-Protokoll, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim għandha tkun EUR 17 847 244 fis-sena.

2.   Din il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun magħmula minn:

(a)

ammont annwali għall-aċċess għaż-ŻEE tal-Groenlandja ta’ EUR 15 104 203.

Dan l-ammont għandu jinkludi riserva finanzjarja ta’ EUR 1 500 000. Il-pagamenti minn din ir-riserva għandhom isiru skont il-metodu stipulat fil-paragrafu 4 hawn taħt, bħala kumpens għal kwantitajiet addizzjonali ta’ speċijiet li jkunu ġew magħmula disponibbli mill-Groenlandja lil hinn minn dawk stipulati fl-Artikolu 1(5) u aċċettati mill-UE.

(b)

ammont speċifiku ta’ EUR 2 743 041 fis-sena bħala appoġġ u għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd tal-Groenlandja.

3.   Il-paragrafu 1 għandu japplika suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1(2) u 1(5) u l-Artikoli 4, 5, 6 u 8 ta' dan il-Protokoll. L-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-Unjoni Ewropea ma għandux jaqbeż id-doppju tal-ammont indikat fl-Artikolu 2(2)(a).

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 1(2) u 1(5) u l-Artikoli 4, 5, u 6 ta’ dan il-Protokoll, il-Groenlandja għandha tinnotifika lill-awtoritajiet tal-UE bi kwalunkwe kwantità għall-ispeċijiet kollha li tiġi magħmula disponibbli għall-qbid lil hinn mill-ammonti stipulati fl-Artikolu 1(5). Jekk l-UE taċċetta, suġġett għall-parir xjentifiku, l-UE għandha tħallas is-somma ta' 17,5 % tal-prezz ta' referenza kif indikat fil-Kapitolu 1 tal-Anness, għal dawk l-ammonti addizzjonali, sa massimu ta' EUR 1 500 000 kull sena, biex tkopri l-ispeċijiet identifikati fl-Artikolu 1(5). Kwalunkwe parti ta’ din ir-riserva finanzjarja li ma tintużax f'sena partikolari tista' tintuża sabiex tħallas lil Groenlandja għal kwantitajiet addizzjonali ta’ speċijiet li jiġu magħmula disponibbli għall-qbid fis-sena ta’ wara.

5.   L-UE għandha tħallas is-somma annwali tal-kontribuzzjoni finanzjarja, mingħajr ir-riserva finanzjarja, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2013 fl-ewwel sena, u mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu fis-snin ta' wara, u l-ammonti addizzjonali mir-riserva finanzjarja, sal-istess dati, jew mill-aktar fis possibbli warajhom, wara li tkun saret in-notifika tad-disponibbiltà tal-kwantitajiet ikkonċernati u dawn ikunu ġew aċċettati mill-UE.

6.   L-awtoritajiet tal-Groenlandja għandu jkollhom diskrezzjoni sħiħa fir-rigward tal-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja kif speċifikat fl-Artikolu 2(2)(a).

7.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas f'kont tat-Teżor Pubbliku li jinfetaħ għand istituzzjoni finanzjarja speċifikata mill-awtoritajiet tal-Groenlandja.

Artikolu 3

Promozzjoni ta' sajd responsabbli fiż-ŻEE tal-Groenlandja

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja kif indikata fl-Artikolu 2(2)(b) għandha tiġi mmaniġġjata fid-dawl tal-għanijiet identifikati bi qbil komuni bejn iż-żewġ partijiet, u tal-ipprogrammar annwali u multiannwali biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

2.   Hekk kif jibda japplika dan il-Protokoll u mhux aktar tard minn tliet xhur wara dik id-data, il-Kumitat Konġunt għandu jiftiehem dwar programm settorjali multiannwali u dwar regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni li jkopru, b'mod partikolari:

(a)

linji gwida annwali u multiannwali għall-użu ta’ parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(b), għall-inizjattivi li għandhom jitwettqu kull sena;

(b)

l-għanijiet, sew annwali kif ukoll multiannwali, li għandhom jintlaħqu bil-ħsieb li jkun żgurat li, matul iż-żmien, ikompli s-sajd responsabbli u sostenibbli, b’kunsiderazzjoni tal-prijoritajiet espressi min-naħa tal-Groenlandja fil-politika nazzjonali tagħha dwar is-sajd u f'politiki oħra relatati ma', jew li jkollhom impatt fuq, l-issuktar tas-sajd responsabbli u sostenibbli.

(c)

il-kriterji u l-proċeduri li jridu jintużaw biex issir evalwazzjoni tar-riżultati miksuba kull sena.

3.   Kwalunkwe emenda proposta għall-programm settorjali multiannwali jeħtiġilha l-qbil taż-żewġ partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

4.   Kull sena l-Groenlandja għandha talloka, jekk ikun xieraq, ammont addizzjonali mal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(b), bil-għan li jiġi implimentat il-programm multiannwali. Għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll, dik l-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja kif ukoll l-ammont addizzjonali għandhom jiġu nnotifikati lill-UE sal-1 ta’ Marzu. Għal kull sena sussegwenti, il-Groenlandja għandha tinnotifika lill-UE b’dawk l-allokazzjonijiet sa mhux aktar tard mill-1 ta' Diċembru tas-sena preċedenti.

5.   Fejn l-evalwazzjoni annwali mwettqa mill-Kumitat Konġunt tal-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-programm settorjali multiannwali ma tkunx sodisfaċenti u tiġġustifika dan, l-Unjoni Ewropea tista’ tnaqqas l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(b) ta’ dan il-Protokoll, bil-għan li taġġusta l-ammont tar-riżorsi finanzjarji allokati għall-implimentazzjoni tal-programm biex isir konformi mar-riżultati mistennija.

6.   Il-Kumitat Konġunt huwa responsabbli għas-segwitu tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ appoġġ settorjali multiannwali. Jekk ikun meħtieġ, iż-żewġ partijiet għandhom ikomplu dan is-segwitu permezz tal-Kumitat Konġunt, wara li jiskadi l-Protokoll sakemm il-kontroparti finanzjarja speċifika relatata mal-appoġġ settorjali previst fl-Artikolu 2(2)(b) tkun ġiet utilizzata kollha.

Artikolu 4

Kooperazzjoni xjentifika għal sajd responsabbli

1.   Iż-żewġ Partijiet b’dan qed jimpenjaw rwieħhom sabiex jippromwovu sajd responsabbli fiż-ŻEE tal-Groenlandja abbażi tal-prinċipju tan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jistadu f’dawk l-ilmijiet.

2.   Matul il-perjodu kopert minn dan il-Protokoll, l-Unjoni Ewropea u l-Groenlandja għandhom jiżguraw l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-ŻEE tal-Groenlandja.

3.   Il-partijiet jimpenjaw rwieħhom li jippromwovu l-kooperazzjoni fuq il-livell reġjonali dwar is-sajd responsabbli u, b’mod partikulari, fin-NEAFC u n-NAFO u kwalunkwe organizzazzjoni oħra subreġjonali jew internazzjonali kkonċernata.

4.   Skont l-Artikolu 4(1) ta' dan il-Protokoll, u fid-dawl tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, fil-Kumitat Konġunt il-Partijiet għandhom jadottaw, fejn hu xieraq, miżuri fir-rigward tal-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li huma liċenzjati u awtorizzati sabiex iwettqu attivitajiet tas-sajd taħt dan il-Protokoll biex jiżguraw il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-ŻEE tal-Groenlandja.

Artikolu 5

Opportunitajiet tas-Sajd ġodda u sajd sperimentali

1.   Fejn jiġi espress interess mill-UE biex ikollha aċċess għal opportunitajiet tas-sajd ġodda li mhumiex indikati fl-Artikolu 1(5) ta’ dan il-Protokoll, dan l-interess għandu jiġi indirizzat lill-Groenlandja. L-għoti tal-approvazzjoni għal talba bħal din għal aċċess għal opportunitajiet tas-sajd ġodda għandu jsir biss skont il-Liġijiet u r-Regolamenti tal-Groenlandja u jista' jkun suġġett għal ftehim ieħor.

2.   L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd sperimentali għandhom isiru disponibbli għal perjodu bi prova ta' massimu ta' sitt xhur kull darba, f'konformità mal-Kapitolu X tal-Anness.

3.   Meta l-Partijiet jikkonkludu li l-kampanji sperimentali jkunu kisbu riżultati pożittivi, l-awtoritajiet tal-Groenlandja għandhom jallokaw 50 % tal-opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet il-ġodda lill-flotta tal-UE, sakemm jiskadi dan il-Protokoll, flimkien ma' żieda proporzjonali f'dik il-parti tal-kumpens finanzjarju li tissemma fl-Artikolu 2(2)(a).

Artikolu 6

Sospensjoni u Reviżjoni tal-Pagament tal-Kontribuzzjoni Finanzjarja

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) u 2(2)(b), ta’ dan il-Protokoll għandha tiġi rriveduta jew sospiża jekk:

a)

ċirkustanzi mhux tas-soltu, għajr fenomeni naturali, jimpedixxu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE tal-Groenlandja; jew

b)

ikunu saru tibdiliet sinifikanti fil-linji gwida tal-politika li jkunu wasslu għall-konklużjoni ta’ dan il-Protokoll u waħda mill-Partijiet titlob reviżjoni tad-dispożizzjonijiet bil-ħsieb li jkunu jistgħu jiġu emendati; jew

c)

l-Unjoni Ewropea taċċerta li jkun seħħ ksur ta’ elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif stabbilit fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Is-subparagrafu (c) ma għandux japplika jekk il-ksur iseħħ fi kwalunkwe żona ta’ responsabbiltà jew qasam ta’ kompetenza li fih il-Gvern tal-Groenlandja, b’riżultat tal-istatus tal-Groenlandja bħala parti awtogovernanti tar-Renju tad-Danimarka, ma għandux responsabbiltajiet formali jew ma għandux kompetenzi formali.

2.   L-Unjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li tissospendi, totalment jew parzjalment, il-pagament tal-kontribuzzjoni speċifika msemmija fl-Artikolu 2(2)(b) ta’ dan il-Protokoll jekk:

a)

ir-riżultati miksubin jinstabu li jkunu inkonsistenti mal-ipprogrammar wara l-evalwazzjoni mwettqa fi ħdan il-Kumitat Konġunt; jew

b)

il-Groenlandja tonqos milli teżegwixxi din il-kontribuzzjoni speċifika.

3.   Is-sospensjoni tal-pagament għandha teħtieġ li l-UE tinnotifika l-intenzjoni tagħha bil-miktub mill-anqas tliet xhur qabel id-data meta s-sospensjoni għandha tidħol fis-seħħ.

4.   Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jerġa' jibda hekk kif is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata wara li jittieħdu azzjonijiet biex jittaffew iċ-ċirkustanzi msemmija hawn fuq u wara l-konsultazzjoni u l-ftehim bejn iż-żewġ Partijiet li jikkonfermaw li s-sitwazzjoni aktarx tkun tippermetti li jerġgħu jsiru attivitajiet tas-sajd normali.

Artikolu 7

Sospensjoni u Għoti Lura ta’ Awtorizzazzjoni tas-Sajd

1. Il-Groenlandja tirriżerva d-dritt li tissospendi l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmija fl-Anness għal dan il-Protokoll fejn:

a)

bastiment speċifiku jkun wettaq ksur serju tal-Liġijiet u r-Regolamenti tal-Groenlandja; jew

b)

ordni tal-qorti maħruġa fir-rigward ta’ ksur minn bastiment speċifiku ma tkunx ġiet osservata minn sid il-bastiment. Malli l-ordni tal-qorti tiġi osservata, l-awtorizzazzjoni tas-sajd għall-bastiment għandha tingħata lura għall-perjodu li jkun baqa’ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd.

Artikolu 8

Sospensjoni u Implimentazzjoni tal-Protokoll

1.   L-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll għandha tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet jekk:

a)

ċirkustanzi mhux tas-soltu, għajr fenomeni naturali, jimpedixxu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE tal-Groenlandja; jew

b)

l-Unjoni Ewropea tonqos li tagħmel il-pagamenti msemmijin fl-Artikolu 2(2)(a) ta’ dan il-Protokoll għal raġunijiet mhux imsemmijin fl-Artikolu 6 ta’ dan il-Protokoll; jew

c)

tqum tilwima bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-Protokoll jew l-implimentazzjoni tiegħu; jew

d)

waħda mill-Partijiet ma tosservax id-dispożizzjonijiet stabbiliti minn dan il-Protokoll; jew

e)

wara li jkunu saru tibdiliet sinifikanti fil-linji gwida tal-politika li jkunu wasslu għall-konklużjoni ta’ dan il-Protokoll, waħda mill-Partijiet titlob reviżjoni tad-dispożizzjonijiet sabiex ikunu jistgħu jiġu emendati; jew

f)

waħda mill-Partijiet taċċerta li jkun sar ksur ta’ elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif stabbilit fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Is-subparagrafu (f) ma għandux japplika jekk il-ksur iseħħ fi kwalunkwe żona ta’ responsabbiltà jew qasam ta’ kompetenza li fih il-Gvern tal-Groenlandja, b’riżultat tal-istatus tal-Groenlandja bħala parti awtogovernanti tar-Renju tad-Danimarka, ma għandux responsabbiltajiet formali jew ma għandux kompetenzi formali.

2.   L-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ Parti waħda jekk jitqies li t-tilwima bejn il-Partijiet hija serja u jekk il-konsultazzjonijiet li jsiru bejn iż-żewġ Partijiet ma jirriżultawx fi ftehim amikevoli.

3.   Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll għandha teżiġi li l-Parti kkonċernata tinnotifika l-intenzjoni tagħha bil-miktub mill-anqas tliet xhur qabel id-data meta s-sospensjoni għandha tidħol fis-seħħ.

4.   Fil-każ ta’ sospensjoni tal-implimentazzjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin bil-ħsieb li jinstab ftehim amikevoli għat-tilwima tagħhom. Fejn jintħalaq ftehim bħal dan, l-implimentazzjoni tal-Protokoll għandha terġa’ tibda u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitnaqqas proporzjonatament u pro rata temporis skont il-perjodu li matulu l-implimentazzjoni tal-Protokoll kienet sospiża.

Artikolu 9

Liġijiet u Regolamenti Nazzjonali

1.   Meta jkunu qed joperaw fiż-ŻEE tal-Groenlandja l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu rregolati mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli fil-Groenlandja u r-Renju tad-Danimarka, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor fil-Ftehim, f’dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu.

2.   Il-Groenlandja għandha tgħarraf lill-Unjoni Ewropea dwar kull tibdil jew leġiżlazzjoni ġdida relatata mal-politika tas-sajd, mill-anqas 3 xhur qabel id-dħul fis-seħħ ta’ tibdil jew ta’ leġiżlazzjoni ġdida bħal din.

Artikolu 10

Tul ta' żmien

1. Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw għall-perjodu ta’ tliet snin mill-1 ta’ Jannar 2013, sakemm ma jingħatax avviż ta’ terminazzjoni skont l-Artikolu 11 ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 11

Terminazzjoni

1.   Fil-każ ta’ terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas sitt xhur qabel id-data li fiha sseħħ it-terminazzjoni. Il-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet għandhom jinbdew hekk kif tintbagħat in-notifika msemmija fis-sentenza preċedenti.

2.   Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Protokoll, għas-sena li fiha t-terminazzjoni tidħol fis-seħħ għandu jitnaqqas proporzjonatament u pro rata temporis.

Artikolu 12

Applikazzjoni Proviżorja

1. Dan il-Protokoll għandu japplika b’mod proviżorju mill-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

1. Dan il-Protokoll u l-Anness għalih għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li jkunu tlestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.

Съставено в Брюксел на осемнадесети септември две хиляди и дванадесета година.

Hecho en Bruselas, el dieciocho de septiembre de dos mil doce.

V Bruselu dne osmnáctého září dva tisíce dvanáct.

Udfærdiget i Bruxelles den attende september to tusind og tolv.

Geschehen zu Brüssel am achtzehnten September zweitausendzwölf.

Kahe tuhande kaheteistkümnenda aasta septembrikuu kaheksateistkümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα οκτώ Σεπτεμβρίου δύο χιλιάδες δώδεκα.

Done at Brussels on the eighteenth day of September in the year two thousand and twelve.

Fait à Bruxelles, le dix-huit septembre deux mille douze.

Fatto a Bruxelles, addì diciotto settembre duemiladodici.

Briselē, divi tūkstoši divpadsmitā gada astoņpadsmitajā septembrī.

Priimta du tūkstančiai dvyliktų metų rugsėjo aštuonioliktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenkettedik év szeptember havának tizennyolcadik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tmintax-il jum ta’ Settembru tas-sena elfejn u tnax.

Gedaan te Brussel, de achttiende september tweeduizend twaalf.

Sporządzono w Brukseli dnia osiemnastego września roku dwa tysiące dwunastego.

Feito em Bruxelas, em dezoito de setembro de dois mil e doze.

Întocmit la Bruxelles la optsprezece septembrie două mii doisprezece.

V Bruseli dňa osemnásteho septembra dvetisícdvanásť.

V Bruslju, dne osemnajstega septembra leta dva tisoč dvanajst.

Tehty Brysselissä kahdeksantenatoista päivänä syyskuuta vuonna kaksituhattakaksitoista.

Som skedde i Bryssel den artonde september tjugohundratolv.

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sajungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image 1

За правителството на Дания

Por el Gobierno de Dinamarca

Za vládu Dánska

For Danmarks regering

Für die Regierung Dänemarks

Taani valitsuse nimel

Για την Κυβέρνηση της Δανίας

For the Government of Denmark

Pour le gouvernement du Danemark

Per il governo della Danimarca

Dānijas valdības vārdā –

Danijos Vyriausybės vardu

Dánia kormánya részéről

Għall-Gvern tad-Danimarka

Voor de regering van Denemarken

W imieniu Rządu Danii

Pelo Governo da Dinamarca

Pentru Guvernul Danemarcei

Za vládu Dánsku

Za vlado Danske

Tanskan hallituksen puolesta

För Danmarks regering

Image 2

За правителството на Гренландия

Por el Gobierno de Groenlandia

Za vládu Grónska

For Grønlands regering

Für die Regierung Grönlands

Gröönimaa valitsuse nimel

Για την Κυβέρνηση της Γροιλανδίας

For the Government of Greenland

Pour le gouvernement du Groenland

Per il governo della Groenlandia

Grenlandes valdības vārdā –

Grenlandijos Vyriausybės vardu

Grönland kormányzata részéről

Għall-Gvern tal-Groenlandja

Voor de regering van Groenland

W imieniu Rządu Grenlandii

Pelo Governo da Groenlândia

Pentru Guvernul Groenlandei

Za vládu Grónska

Za vlado Grenlandije

Grönlannin hallituksen puolesta

För Grönlands regering

Image 3


(1)  Il-Komunità Ewropea saret l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Diċembru 2009.

(2)  Il-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja sar il-Gvern tal-Groenlandja fil-21 ta' Ġunju 2009.

(3)  Fil-każ li r-Regoli tal-Kontroll tal-Ħsad jiġu implimentati permezz ta' pjan ta' ġestjoni multiannwali adottat mill-awtoritajiet tal-Groenlandja, jista’ jkun hemm bżonn li ċ-ċifri jiġu riveduti skont dan. Jekk din ir-reviżjoni twassal għal opportunitajiet tas-sajd addizzjonali għall-Unjoni Ewropea, il-kumpens finanzjarju msemmi fl-Artikolu 2(2a) tal-Protokoll għandu jiżdied proporzjonalment.

(4)  Is-sajd għandu jsir bit-tkarkir pelaġiku.

(5)  Is-sajd għandu jsir bit-tkarkir.

(6)  Is-sajd għandu jsir minn mhux iktar minn 6 bastimenti jistadu fl-istess ħin. Il-limitu tal-qbid u l-limitazzjoni tal-isforz jistgħu jiġu rriveduti fid-dawl ta' pjan multiġestjonali li għandu jkun miftiehem bejn l-Istati kostali. Jekk din ir-reviżjoni twassal għal opportunitajiet tas-sajd addizzjonali għall-Unjoni Ewropea, il-kumpens finanzjarju msemmi fl-Artikolu 2(2a) tal-Protokoll għandu jiżdied proporzjonalment.

(7)  L-attivitajiet tas-sajd iseħħu biss skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Groenlandja.

(8)  Fejn jista’ jinqabad, l-Unjoni Ewropea tista’ tistad għal mhux aktar minn 7,7 % tat-TAC tal-capelin matul l-istaġun tas-sajd mill-20 ta’ Ġunju sat-30 ta’ April tas-sena ta’ wara. Għalhekk il-kumpens finanzjarju msemmi fl-Artikolu 2(2a) tal-Protokoll għandu jiżdied proporzjonalment. It-TAC preliminari għandu jkun ikkomunikat lill-UE mill-Groenlandja bil-quddiem sew tal-ftuħ tal-istaġun tas-sajd mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Mejju.

(9)  Ir-Roundnose Grenadier u r-Rough-head Grenadier ma għandhomx ikunu fil-mira u l-qabdiet għandhom jittieħdu biss bħala qabdiet inċidentali f'assoċjazzjoni ma' speċijiet oħra fil-mira u għandhom jiġu rrappurtati separatament.

ANNESS

KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD IMWETTQA MINN BASTIMENTI TAL-UE FIŻ-ŻEE TAL-GROENLANDJA

KAPITOLU I

APPLIKAZZJONI U ĦRUĠ TAL-AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD (LIĊENZJI)

Kundizzjonijiet għat-twettiq ta' attivitajiet tas-sajd min-naħa ta' bastimenti tal-UE fiż-ŻEE tal-Groenlandja

A.   Formalitajiet għall-applikazzjoni u l-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1.

Il-bastimenti eliġibbli biss jistgħu jiksbu awtorizzazzjoni tas-sajd biex jistadu fiż-ŻEE tal-Groenlandja u/jew taħt il-kwota tal-Groenlandja f'ilmijiet internazzjonali.

2.

Biex bastiment ikun eliġibbli, la s-sid, la l-kaptan u lanqas il-bastiment innifsu ma jridu jkunu pprojbiti milli jistadu fiż-ŻEE tal-Groenlandja. Jeħtiġilhom ikunu f'qagħda regolari mal-awtoritajiet tal-Groenlandja fir-rigward tal-qadi tal-obbligi kollha preċedenti tagħhom li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-Groenlandja jew fiż-ŻEE tal-Groenlandja skont il-ftehimiet tas-sajd konklużi mal-UE.

3.

L-applikazzjonijiet għandhom isiru fuq il-formoli pprovduti għal dak il-għan min-naħa tal-Groenlandja, li mudelli tagħhom huma annessi fl-Appendiċi 1. Kull applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkollha magħha prova tal-pagament tat-tariffa għall-perjodu tal-validita tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. Il-tariffi għandhom jinkludu l-imposti kollha nazzjonali u lokali marbuta mal-aċċess għall-attivitajiet tas-sajd, kif ukoll it-tariffi imposti mill-banek għat-trasferimenti tal-flus. Jekk bastiment ma jkunx ħallas it-tariffa għat-trasferiment bankarju, ikun jeħtieġlu jħallas dan l-ammont mal-applikazzjoni li jkun imiss għal awtorizzazzjoni tas-sajd ta' dan il-bastiment, u dan ikun prerekwiżit għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida.

Il-bastimenti tal-UE li jkunu tal-istess sid jew aġent jistgħu jissottomettu applikazzjoni kollettiva għal awtorizzazzjoni tas-sajd, sakemm dawn il-bastimenti kollha jkunu jtajru l-bandiera tal-istess Stat Membru. Kull awtorizzazzjoni tas-sajd li tinħareġ taħt applikazzjoni kollettiva għandha tindika l-kwantità totali tal-kampjun li għaliha jkun sar il-pagament tat-tariffa tal-awtorizzazzjoni tas-sajd u għandu jkun fiha n-nota tal-qiegħ "il-kwantità awtorizzata li għandha tinqasam bejn il-bastimenti… (l-ismijiet tal-bastimenti kollha elenkati fl-applikazzjoni kollettiva)".

L-awtoritajiet tal-UE għandhom jippreżentaw lill-awtoritajiet tal-Groenlandja l-applikazzjoni (kollettiva) għal kwalunkwe awtorizzazzjoni(jiet) tas-sajd ta' kull bastiment li jkun jixtieq jistad skont il-Ftehim.

L-awtoritajiet tal-Groenlandja għandhom id-dritt li jissospendu awtorizzazzjoni tas-sajd eżistenti jew li ma joħorġux awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida, jekk bastiment tal-UE ma jkunx osserva r-rekwiżiti dwar it-trażmissjoni lill-awtoritajiet tal-Groenlandja tal-paġni rilevanti tal-ġurnal ta' abbord u d-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art, skont l-arranġamenti dwar ir-rappurtar tal-qbid.

4.

Hekk kif jibda japplika dan il-Protokoll, l-awtoritajiet tal-Groenlandja għandhom jikkomunikaw it-tagħrif kollu dwar il-kontijiet bankarji li għandhom jintużaw biex titħallas it-tariffa.

5.

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu għal bastimenti speċifiċi u ma jkunux trasferibbli, suġġett għad-dispożizzjonjiet tal-paragrafu 6. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jindikaw il-kwantità awtorizzata li tista’ tinqabad u tinżamm abbord. Emenda għal kwalunkwe kwantità awtorizzata indikata fl-awtorizzazzjoni(jiet) tas-sajd għandha tkun suġġetta għal applikazzjoni ġdida. Fil-każ li bastiment jaqbeż kwalunkwe kwantità awtorizzata indikata fl-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu, għandu jħallas tariffa ekwivalenti għal tliet darbiet l-ammont previst fil-Parti B 3, għall-kwantità żejda fuq il-kwantità awtorizzata. Ma tinħareġ l-ebda awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida għal dak il-bastiment sakemm ma jkunux saru l-pagamenti kollha li jikkorrispondu għall-kwantitajiet żejda.

6.

Madankollu, f’għadd limitat ta’ każijiet u fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea, l-awtorizzazzjoni tas-sajd ta' bastiment tista' tiġi ssostitwita minn awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida għal bastiment ieħor b'karatteristiċi li jixbħu lil dawk tal-ewwel bastiment. L-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida għandha tindika:

(a)

id-data tal-ħruġ,

(b)

il-fatt li hija tinvalida u tissostitwixxi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment preċedenti.

7.

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jiġu trażmessi mill-Awtorità tas-Sajd tal-Groenlandja lill-Kummissjoni Ewropea fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mill-wasla tal-applikazzjoni.

8.

L-awtorizzazzjoni tas-sajd oriġinali jew kopja tagħha għandha tinżamm abbord il-ħin kollu, u tiġi ppreżentata fi kwalunkwe mument fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-Groenlandja.

B.   Validità tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-pagament

1.

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom ikunu validi mid-data tal-ħruġ sa tmiem is-sena kalendarja li fiha tkun inħarġet l-awtorizzazzjoni tas-sajd. Għandhom jinħarġu fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mill-wasla tal-applikazzjoni, wara li jkun sar il-pagament rekwiżit għat-tariffi tal-awtorizzazzjoni tas-sajd għal kull sena u għal kull bastiment.

F'dak li jirrigwarda s-sajd għall-capelin, l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd jinħarġu mill-20 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru u jinkludu wkoll mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April tas-sena ta' wara.

Fil-każ li l-leġiżlazzjoni tal-UE li tistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal sena partikolari għall-bastimenti tas-sajd tal-UE, f'ilmijiet fejn ikunu meħtieġa l-limitazzjonijiet tal-qbid, ma tkunx għadha ġiet adottata sal-bidu tas-sena tas-sajd, il-bastimenti tas-sajd tal-UE li kienu awtorizzati jistadu fil-31 ta' Diċembru tas-sena tas-sajd preċedenti jkunu jistgħu jissuktaw l-attivitajiet tagħhom bl-istess awtorizzazzjoni tas-sajd għas-sena li għaliha ma tkunx ġiet adottata l-leġiżlazzjoni, sakemm il-parir xjentifiku jippermetti dan. Se jkun permess użu proviżorju ta' 1/12 tal-kwota indikata fl-awtorizzazzjoni tas-sajd tas-sena preċedenti, kull xahar, sakemm isir il-pagament għall-awtorizzazzjoni tas-sajd applikabbli għall-kwota. Il-kwota proviżorja tista' tiġi aġġustata f'relazzjoni mal-parir xjentifiku u l-kundizzjonjiet speċifiċi tas-sajd.

Il-kwantità mhux użata ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd għall-Gamblu tat-Tramuntana, fil-31 ta’ Diċembru ta’ sena partikolari, tista’ tiġi ttrasferita, fuq talba, għas-sena ta’ wara għal massimu ta’ 5 % tal-kwantità oriġinali tal-awtorizzazzjoni tas-sajd, jekk il-parir xjentifiku jippermetti dak it-trasferiment. Il-kwantità trasferita għandha tintuża sat-30 ta’ April tas-sena ta’ wara.

Ma jsir l-ebda pagament ta’ tariffa għal awtorizzazzjoni tas-sajd għall-qbid inċidentali.

2.

Il-prezzijiet ta’ referenza għall-ispeċijiet huma kif ġej:

Speċi

Prezz f’EUR għal kull tunnellata tal-piż ħaj

Merluzz

1 800

Redfish pelaġiku

1 700

Redfish demersali

1 700

Ħalibatt tal-Groenlandja

3 500

Gamblu tat-Tramuntana – il-Lvant

2 500

Gamblu tat-Tramuntana – il-Punent

2 300

Ħalibatt tal-Atlantiku

4 100

Capelin

190

Snowcrab

5 500

Grenadier spp.

2 204

3.

It-tariffi għall-awtorizzazzjoni tas-sajd huma kif ġej:

Speċi

EUR għal kull tunnellata

Merluzz

90

Redfish pelaġiku

53

Redfish demersali

53

Ħalibatt tal-Groenlandja

129

Gamblu tat-Tramuntana – il-Lvant

50

Gamblu tat-Tramuntana – il-Punent

80

Ħalibatt tal-Atlantiku

217

Snowcrab

120

Capelin

5

Jekk ma tinqabadx il-kwantità awtorizzata, it-tariffa korrispondenti għal din il-kwantità awtorizzata ma titħallasx lura lil sid il-bastiment.

KAPITOLU II

ŻONI TAS-SAJD

1.

Is-sajd għandu jsir fiż-żoni tas-sajd kif definiti bħala ż-Żona Ekonomika Esklussiva tal-Groenlandja, kif previst mir-Regolament Nru 1020 tal-15 ta' Ottubru 2004 f'konformità mad-Digriet Irjali Nru 1005 tal-15 ta' Ottubru 2004 dwar id-Dħul fis-Seħħ ta' Att dwar Żoni Ekonomiċi Esklussivi għall-Groenlandja li jdaħħal fis-seħħ l-Att Nru 411 tat-22 ta' Mejju 1996 dwar iż-Żoni Ekonomiċi Esklussivi.

2.

Is-sajd għandu jsir talanqas 12-il mil nawtiku lil hinn mil-linja ta' bażi skont § 7 Taqsima 2 tal-Att Nru 18 tal-31 ta' Ottubru 1996 dwar is-Sajd maħruġa mil-Landsting tal-Groenlandja kif emendata l-aħħar mill-Att ta’ Inatsisartut Nru 8 tat-22 ta' Novembru 2011, sakemm mhux speċifikament ipprovdut mod ieħor.

3.

Il-linja ta' bażi hija ddefinita skont id-Digriet Irjali Nru 1004 tal-15 ta' Ottubru 2004 dwar Emenda tad-Digriet Irjali dwar id-Delimitazzjoni tal-Ilmijiet Territorjali tal-Groenlandja.

KAPITOLU III

RAPPURTAR DWAR IL-QBID

A.   Rappurtar dwar il-Qbid u l-Ġurnal ta’ Abbord tas-Sajd

1.

Il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd tal-UE li jistadu skont il-Ftehim għandhom iżommu ġurnal ta’ abbord tas-sajd tal-operazzjonijiet tagħhom li jindika l-kwantitajiet kollha ta’ kull speċi li tinqabad u tinżamm abbord jew li tiġi skartata ‘il fuq minn 50 kg ekwivalenti ta' piż ħaj.

2.

Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jimtela mill-kaptan abbażi ta’ refgħa b’refgħa u għandu jindika l-qabdiet u l-iskartar tal-ħut kollha relatati ma' kull refgħa għal kull ġurnata li l-bastiment tas-sajd tal-UE jkun qed jopera taħt awtorizzazzjoni tas-sajd tal-Groenlandja. L-informazzjoni għandha tiġi rreġistrata u trażmessa kuljum sa mhux aktar tard minn nofsillejl neqsin minuta (2359 UTC) b’mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet tal-Groenlandja permezz taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd (FMC) tal-Istat Membru tal-Bandiera. Għandu jkun hemm qbil mill-Kumitat Konġunt dwar il-format li għandu jintuża għall-mili u t-trażmissjoni tad-dejta elettronika tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd bejn il-Partijiet qabel ma jidħol fis-seħħ il-Protokoll.

3.

Il-kaptan għandu wkoll jirreġistra u jittrasmetti d-dejta tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd hekk kif jirċievi talba minn uffiċjal tal-awtorità kompetenti tal-Groenlandja.

4.

Fl-okkażjoni ta’ kwalunkwe operazzjoni ta’ trażbord jew ħatt l-art fiż-ŻEE tal-Groenlandja, il-kaptan għandu jirreġistra u jittrasmetti wkoll b'mezzi elettroniċi d-dejta dwar id-dikjarazzjoni tat-trażbord u tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet tal-Groenlandja permezz tal-FMC tal-Istat Membru tal-bandiera fi żmien 24 siegħa mit-tlestija tal-operazzjoni ta' trażbord jew ħatt l-art.

5.

Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd li tiġi rreġistrata u trażmessa. Il-kaptan u/jew ir-rappreżentat tiegħu għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta dwar id-dikjarazzjoni tat-trażbord u tal-ħatt l-art li tiġi rreġistrata u trażmessa.

6.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 10, bastiment tas-sajd tal-UE ma għandux jitħalla jħalli l-port biex jistad taħt il-Ftehim mingħajr sistema tar-rappurtar tal-qbid elettronika li taħdem bis-sħiħ installata abbord.

7.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 10, il-bastimenti tas-sajd tal-UE li ma jirreġistrawx u ma jittrażmettux id-dejta tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd b’mezzi elettroniċi ma għandhomx ikollhom permess jistadu fiż-ŻEE tal-Groenlandja.

8.

F'każ ta':

(a)

ħsara teknika jew ta’ nuqqas ta' funzjonament tas-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u rappurtar installata abbord bastiment tas-sajd tal-UE, il-kaptan tal-bastiment tas-sajd jew ir-rappreżentant tiegħu għandu, minn x’ħin ikun ġie osservat l-avveniment jew minn x’ħin ikun ġie infurmat, jikkomunika d-dejta tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd kif xieraq, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Groenlandja permezz tal-FMC tal-Istat Membru tal-bandiera b’mezzi tat-telekomunikazzjoni alternattivi kuljum u sa mhux aktar tard minn nofsillejl neqsin minuta (2359 UTC) anke meta ma jkunx hemm qabdiet.

(b)

ħsara teknika jew ta’ nuqqas ta’ funzjonament tas-sistema elettronika ta' reġistrazzjoni u rappurtar, flimkien mad-dejta tal-ġurnal ta' abbord tas-sajd, għandha tiġi kkomunikata wkoll id-dejta tad-dikjarazzjoni tat-trażbord u tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art, jekk tiżvolġi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(i)

fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-Groenlandja u/jew tal-Istat Membru tal-bandiera;

(ii)

immedjatament wara l-aħħar operazzjoni tas-sajd;

(iii)

qabel id-dħul fil-port;

(iv)

kull meta ssir spezzjoni fuq il-baħar;

(v)

kif jista’ jkun meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-Groenlandja.

Għandha tintbagħat ukoll notifika minn qabel fil-każijiet imsemmija fil-punti (i) u (ii);

(c)

Wara ħsara teknika jew nuqqas ta’ funzjonament tas-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u rappurtar tiegħu, bastiment tas-sajd tal-UE jista' jitlaq minn port biss hekk kif is-sistema ta' reġistrazzjoni u rappurtar installata abbord tkun qed taħdem b’mod sħiħ b’mod għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Groenlandja u tal-FMC tal-Istat tal-bandiera, jew biss jekk ikun awtorizzat li jitlaq b’mod ieħor mill-awtoritajiet kompetenti tal-Groenlandja. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6 hawn fuq, l-awtoritajiet tal-Groenlandja għandhom jinnotifikaw b’mod immedjat lill-FMC tal-Istat Membru tal-bandiera u lill-awtoritajiet tal-UE jekk ikunu awtorizzaw bastiment tas-sajd tal-UE biex jitlaq mill-port mingħajr sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u rappurtar li tkun qed taħdem b’mod sħiħ.

9.

It-tneħħija tas-sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u rappurtar biex tissewwa jew tinbidel għandha tkun suġġetta għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Groenlandja waqt li l-bastiment ikun fiż-ŻEE tal-Groenlandja.

10.

Mad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll, b’mod parallel mal-ERS, u għal perjodu tranżitorju ta’ sena, il-bastimenti tas-sajd tal-UE li joperaw taħt il-Ftehim għandhom jimlew u jippreżentaw ġurnali ta' abbord tal-Groenlandja fuq il-karta.

B.   Dejta dwar il-qbid li ma tiġix ikkomunikata

1.

Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Groenlandja ma jirċevux trażmissjonijiet elettroniċi ta’ dejta dwar il-qabda, dejta tad-dikjarazzjoni tat-trażbord jew dejta tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art skont it-Taqsima A hawn fuq, huma għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-FMC tal-Istat Membru tal-bandiera u lill-awtoritajiet tal-UE. Hekk kif tasal din in-notifika l-FMC tal-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika immedjatament lill-kaptan u lis-sid tal-bastiment, u għandu mingħar aktar dewmien jieħu azzjoni biex jirrimedja s-sitwazzjoni. Jekk, fir-rigward ta’ bastiment tas-sajd tal-UE partikolari, sitwazzjoni bħal din tiġri aktar minn tliet darbiet f’perjodu ta’ sena kalendarja, l-awtoritajiet tal-Groenlandja jistgħu jeħtieġu lill-awtoritajiet tal-UE li jiżguraw li l-FMC tal-Istat Membru tal-bandiera jwettaq investigazzjoni bir-reqqa dwar in-nuqqas ripetut tas-sistema elettronika ta' reġistrazzjoni u rappurtar installata abbord. L-FMC tal-Istat Membru tal-bandiera għandu jistabbilixxi r-raġuni għaliex d-dejta mhux qed tasal u għandu jieħu azzjoni biex jirrettifika s-sitwazzjoni, u għandu jinforma lill-FMC tal-Groenlandja u lill-awtoritajiet tal-UE bis-sejbiet tiegħu u bil-kawża tan-nuqqas.

2.

Immedjatament mal-wasla tan-notifika mill-FMC tal-Istat Membru tal-bandiera, il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-UE għandu jibgħat id-dejta kollha li ma tkunx għada ġiet trażmessa b'mezzi alternattivi ta' telekomunikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Groenlanjda permezz tal-FMC tal-Istat Membru tal-bandiera. Minn dak il-waqt, id-dejta għandha tiġi kkomunikata kuljum u sa mhux aktar tard minn nofsillejl neqsin minuta (2359 UTC) b’mezzi alternattivi ta’ telekomunikazzjoni.

C.   Format għall-iskambju tat-tagħrif

1.

L-istandard XML li għandu jintuża għall-iskambji elettroniċi kollha ta' dejta bejn iż-żewġ partijiet u, fejn xieraq, għandu jkun dak disponibbli fuq il-websajt ta' Europa:

http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/control/codes/index_en.htm.

2.

Kwanlunkwe emenda għall-format imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun identifikata u mmarkata b’mod ċar bid-data meta l-format ġie aġġornat. Iż-żewġ partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin bi kwalunkwe tibdil fi żmien xieraq. Emendi bħal dawn ma għandhomx jidħlu fis-seħħ qabel ma jgħaddu 6 xhur minn meta jkunu ġew deċiżi.

3.

L-iskambji elettroniċi ta’ dejta bejn iż-żewġ partijiet u, fejn xieraq l-awtoritajiet tal-UE, għandhom jiġu ffaċilitati bl-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea f’isem l-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU IV

MIŻURI TEKNIĊI TA’ KONSERVAZZJONI

Il-Groenlandja għandha tagħti verżjoni bil-lingwa Ingliża tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Groenlandja dwar ir-rappurtar tal-qbid, il-kontroll, il-miżuri tekniċi ta' konservazzjoni u l-iskema ta' osservazzjoni lill-bastimenti tas-sajd tal-UE.

KAPITOLU V

KONTROLL

Il-miżuri li ġejjin għandhom japplikaw għall-bastimenti tas-sajd tal-UE li jaħdmu fiż-ŻEE tal-Groenlandja mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni tal-Groenlandja.

A.   Spezzjoni fuq il-baħar

1.

L-ispezzjoni tal-bastimenti tas-sajd tal-UE fuq il-baħar fiż-ŻEE tal-Groenlandja għandha titwettaq minn spetturi awtorizzati. Il-bastimenti ta’ spezzjoni għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar skont il-konvezjoni internazzjonali u l-ispetturi għandha tinħarġilhom forma ta' identità li għandhom jippreżentaw lill-kaptan tal-bastimenti mal-ewwel opportunità matul spezzjoni. L-uffiċjali ma għandhomx jinterferixxu mad-dritt tal-kaptan li jikkomunika mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera tiegħu.

2.

Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd li jkun qiegħed jiġi spezzjonat jew ir-rappreżentant tiegħu għandu:

(a)

jiffaċilita l-imbark sikur u effettiv tal-uffiċjali skont ir-regoli tat-tbaħħir tajjeb meta jingħata s-sinjal xieraq tal-Kodiċi Internazzjonali tas-Sinjali jew meta l-intenzjoni tal-imbark tiġi stabbilita permezz ta’ komunikazzjoni bir-radju minn bastiment jew ħelikopter li jkun qiegħed jittrasporta uffiċjal;

(b)

jiffaċilita l-ħidma tal-uffiċjali li jkunu qegħdin iwettqu d-dmirijiet ta’ spezzjoni tagħhom billi jipprovdi dik l-assistenza li tkun mitluba u li tkun raġonevoli;

(c)

jippermetti lill-uffiċjal(i) li jikkomunika(w) mal-awtoritajiet tal-Groenlandja;

(d)

jiġbed l-attenzjoni tal-uffiċjali għal perikoli tas-sikurezza partikolari abbord il-bastimenti tas-sajd tal-UE;

(e)

jipprovdi aċċess lill-uffiċjali għaż-żoni kollha tal-bastiment, għall-qabdiet kollha pproċessati jew mhux ipproċessati, għall-irkapti tas-sajd kollha u għall-informazzjoni u d-dokumenti kollha rilevanti;

(f)

jiffaċilita l-iżbark sikur tal-uffiċjali meta titlesta l-ispezzjoni.

3.

L-ispetturi tal-Groenlandja għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-UE għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti ta’ spezzjoni. Għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment, fuq l-attività tas-sajd u fuq il-merkanzija tiegħu.

4.

Il-kaptani ma għandhomx ikunu meħtieġa jiżvelaw informazzjoni kummerċjalment sensittiva tul frekwenzi tar-radju miftuħin.

5.

Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi tal-Groenlandja għandhom jikkomunikaw is-sejbiet tagħhom lill-kaptan u jfasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu d-dritt jikkummenta fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur rilevanti u mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-UE jekk hu/hi jixtieq/tixtieq hekk.

6.

L-ispetturi tal-Groenlandja għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-UE qabel ma jħallu l-bastiment. Il-Groenlandja għandha tinnotifika lill-awtoritajiet tal-UE bl-ispezzjoni fi żmien 8 ijiem ta’ xogħol. Wara li tasal in-notifika u wara talba mill-awtoritajiet tal-UE għandha tintbagħat kopja tar-rapport ta’ spezzjoni mill-Groenlandja lill-awtoritajiet tal-UE fi żmien 8 ijiem ta’ xogħol. Fejn hu xieraq din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli lill-Organizzajonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs) rilevanti.

B.   Spezzjoni fil-port

1.

L-ispezzjoni f’port tal-Groenlandja ta’ bastimenti tas-sajd tal-UE li jħottu l-art jew jittrażbordaw il-qabda tagħhom għandha ssir minn spetturi tal-Groenlandja li jkunu identifikati b’mod ċar bħala spetturi maħtura sabiex iwettqu verifiki tas-sajd.

2.

L-ispezzjonijiet fil-port għandhom jitwettqu skont il-miżuri tal-FAO u l-miżuri tal-Istat tal-Port tal-RFMOs rilevanti.

3.

Il-Groenlandja tista’ tawtorizza lill-UE tipparteċipa fl-ispezzjoni fil-port bħala osservatur.

4.

Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-UE għandu jikkoopera biex jiffaċilita t-twettiq tax-xogħol tal-ispetturi tal-Groenlandja.

5.

Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi tal-Groenlandja għandhom jikkomunikaw is-sejbiet tagħhom lill-kaptan u jfasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu d-dritt jikkummenta fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur rilevanti u l-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-UE.

6.

L-ispetturi tal-Groenlandja għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-UE qabel ma jħallu l-bastiment. Il-Groenlandja għandha tibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-awtoritajiet tal-UE fi żmien 8 ijiem ta’ xogħol minn meta ssir l-ispezzjoni.

KAPITOLU VI

SKEMA TAL-OSSERVATUR TA’ KONTROLL

A.   Skema tal-osservatur

1.

Kwalunkwe attività tas-sajd fiż-ŻEE tal-Groenlandja hija suġġetta għall-iskema tal-osservatur skont il-liġi tal-Groenlandja. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-UE li għandhom awtorizzazzjoni tas-sajd biex jistadu fiż-ŻEE tal-Groenlandja għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tal-Groenlandja għall-fini li jimbarkaw l-osservaturi abbord.

B.   Salarju tal-osservatur

1.

Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur għandhom jitħallsu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Groenlandja.

C.   Obbligi tal-osservatur

1.

Waqt li jkunu abbord l-osservaturi għandhom:

(a).

jieħdu l-miżuri x-xierqa kollha sabiex ma jinterrompux jew ma jfixklux l-operazzjonijiet tas-sajd;

(b)

jirrispettaw il-proprjetà u t-tagħmir li jkun hemm abbord;

(c)

jirrispettaw in-natura kunfidenzjali ta’ kull dokument li jappartjeni għall-bastiment.

D.   Rapport tal-osservatur

1.

Qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jissottometti rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu jkollu d-dritt jikkummenta fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-osservatur u mill-kaptan. Il-kaptan għandu jirċievi kopja tar-rapport tal-osservatur.

2.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Groenlandja għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet tal-UE dwar dan l-iżbark tal-osservatur fi żmien 8 ijiem ta' xogħol. Wara li tasal in-notifika u wara talba mill-awtoritajiet tal-UE għandha tintbagħat kopja tar-rapport tal-osservatur mill-Groenlandja lill-awtoritajiet tal-UE fi żmien 8 ijiem ta’ xogħol.

KAPITOLU VII

SISTEMA TAL-MONITORAĠĠ TAL-BASTIMENTI (VMS)

Kundizzjonijiet Dwar Kwistjonjiet Relatati mal-Lokalizzazzjoni tal-Bastimenti tas-Sajd permezz tas-Satellita

1.

Fir-rigward tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita ta’ kwalunkwe bastiment tas-sajd li għandu awtorizzazzjoni tas-sajd applikabbli għall-ilmijiet tal-Parti l-oħra, din għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet kollha li ġejjin.

2.

Il-bastimenti tas-sajd kollha li għandhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu mgħammra b’tagħmir għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita li jaħdem b’mod sħiħ installat abbord, sabiex ikun hemm komunikazzjoni awtomatika u kontinwa tal-koordinati ġeografiċi tagħhom, lejn iċ-ċentru tal-monitoraġġ tas-sajd (FMC) tal-istat tal-bandiera tagħhom. Il-frekwenza tat-trażmissjoni għandha tkun fuq il-bażi ta’ kull siegħa.

3.

Kull messaġġ ta’ pożizzjoni għandu:

(a)

ikun fih:

(i)

l-identifikazzjoni tal-bastiment;

(ii)

il-pożizzjoni ġeografika l-iżjed riċenti tal-bastiment (il-lonġitudni, il-latitudni), b’marġni ta’ żball tal-pożizzjoni ta’ inqas minn 500 metru, u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 %;

(iii)

id-data u l-ħin li fiha tkun ġiet irreġistrata l-pożizzjoni;

(iv)

il-veloċità tal-bastiment u d-direzzjoni li fiha jkun qed jivvjaġġa.

(b)

u jkun ikkonfigurat skont il-format mehmuż fl-Appendiċi 2.

4.

L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-ŻEE tal-Parti l-oħra għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha sussegwenti għandhom ikunu identifikati bil-kodiċi “POS”, minbarra l-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tal-Parti l-oħra, li għandha tkun identifikata bil-kodiċi “EXI”.

5.

L-FMC tal-Istat tal-Bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u, jekk ikun meħtieġ, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b’mod sigur u għandhom jinżammu għal perjodu ta’ tliet snin.

6.

It-tagħmir u s-softwer tas-Sistema għall-Monitoraġġ tal-Bastimenti għandhom ikunu mħarsa kontra t-tbagħbis, jiġifieri ma jippermettux id-dħul jew il-ħruġ ta' pożizzjonijiet foloz, u ma għandhomx ikunu jistgħu jiġu kkontrollati manwalment. Is-sistema għandha tkun għal kollox awtomatika, u operattiva f'kull waqt, ikunu xi jkunu l-kundizzjonijiet ambjentali. Għandu jiġi pprojbit li t-tagħmir għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita jiġi distrutt, issirlu ħsara, ma jitħalliex fi stat operattiv jew issirlu interferenza ta' xort'oħra. B'mod partikolari, il-kaptani għandhom jiżguraw li:

(a)

is-sistema tal-VMS tal-bastiment tagħhom tkun qed taħdem b'mod sħiħ u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jiġu trażmessi b’mod korrett lill-FMC tal-Istat tal-Bandiera.

(b)

id-dejta ma tiġi mibdula bl-ebda mod;

(c)

l-antenna jew l-antenni mqabbdin mat-tagħmir għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita ma jkunu mfixkla bl-ebda mod;

(d)

il-provvista tat-tagħmir għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satelitta ma tkun interrota bl-ebda mod; kif ukoll

(e)

it-tagħmir għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita ma jitneħħiex minn fuq il-bastiment.

7.

Għandu jkun ipprojbit li bastiment tas-sajd jidħol fiż-ŻEE tal-Parti l-oħra mingħajr tagħmir għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita li jaħdem b’mod sħiħ, peress li jekk jiġri dan, l-awtoritajiet tal-Groenlandja għandhom id-dritt li jissospendu l-awtorizzazzjoni tas-sajd ta' dak il-bastiment tas-sajd b'mod immedjat. L-awtoritajiet tal-Groenlandja għandhom javżaw minnufih lill-bastiment ikkonċernat. L-awtoritajiet tal-Groenlandja għandhom jinnotifikaw minnufih lill-awtoritajiet tal-UE u lill-Istat tal-Bandiera bis-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni.

8.

It-trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS.

(a)

Fil-każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS tal-bastiment, is-sistema trid tissewwa jew tinbidel fi żmien 30 jum tal-kalendarju, wara notifika lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd u lill-Istat tal-Bandiera tiegħu. L-awtoritajiet tal-UE għandhom jiġu nnotifikati dwar il-fatt mill-iktar fis possibbli.

(b)

Matul il-perjodu imsemmi hawn fuq, il-bastiment ikun meħtieġ jirrapporta l-pożizzjoni tiegħu b’mod manwali, skont il-Kapitolu VII, il-paragrafu 3 hawn fuq, permezz ta’ posta elettronika jew ta’ feks lill-FMC tal-Istat tal-Bandiera jew lill-FMC tal-Party fejn jinsab il-bastiment. Il-frekwenza ta' din it-trażmissjoni manwali għandha tkun ta' mill-inqas pożizzjoni waħda kull 4 sigħat.

(c)

Wara dak il-perjodu, il-bastiment ma għandux jibqa’ awtorizzat iwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE tal-Groenlandja.

9.

Meta t-tagħmir għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita jkun ittrażmetta messaġġi ta' kull siegħa bl-istess pożizzjoni ġeografika għal aktar minn 4 sigħat, jista' jintbagħat messaġġ ta' pożizzjoni li jkun fih il-kodiċi tal-attività “ANC”, kif deskritt fil-format mehmuż. Messaġġi ta’ pożizzjoni ta’ dan it-tip jistgħu jintbagħtu bi frekwenza ta’ darba kull 12-il siegħa. Fi żmien ta’ anqas minn siegħa minn meta tinbidel il-pożizzjoni, tissokta l-frekwenza tar-rappurtar ta' darba fis-siegħa.

10.

Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi ta’ pożizzjoni bejn l-FMCs

(a)

L-FMC tal-Istat tal-Bandiera għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi ta’ pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati lill-FMC tal-Parti responsabbli mill-ilmijiet li jinsabu fih.

(b)

L-FMCs taż-żewġ Partijiet għandhom jiskambjaw il-koordinati tagħhom eż. l-indirizzi tal-posta elettronika, in-numri tal-feks, tat-teleks u tat-telefown, u jinfurmaw lil xulxin minnufih b'kull tibdil f'dawn il-koordinati.

(c)

It-trażmissjoni tal-messaġġi ta’ pożizzjoni bejn l-FMCs ikkonċernati u l-Istati tal-Bandiera għandha titwettaq b’mod elettroniku permezz tal-protokoll HTTPS. L-iskambju ta’ ċertifikati għandu jseħħ bejn l-awtoritajiet tal-Groenlandja u l-FMC tal-Istat tal-Bandiera rilevanti.

(d)

L-FMCs tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu l-FMC tal-Istat tal-Bandiera f’termini tal-komunikazzjoni ta’ messaġġi mill-Unjoni Ewropea għall-Groenlandja. Għall-finijiet tal-komunikazzjoni ta’ tali rapporti u messaġġi mill-Groenlandja għall-Unjoni Ewropea, l-FMC tal-Unjoni Ewropea għandu jkun l-FMC tal-Istat Membru li l-bastiment ikun qed jopera jew ikun opera fl-ilmijiet tiegħu. L-FMC tal-Groenlandja huwa stabbilit fl-Unità ta' Kontroll tal-Ministeru tas-Sajd, il-Kaċċa u l-Agrikoltura (l-awtoritajiet tal-Kontroll tal-Liċenzji tas-Sajd tal-Groenlandja) f’Nuuk.

(e)

L-FMC tal-ilmijiet li jinsab il-bastiment fihom f’mument speċifiku għandu jinforma minnufih lill-FMC tal-Istat tal-Bandiera u lill-Kummissjoni Ewropea dwar kwalunkwe interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi ta’ pożizzjoni konsekuttivi ta’ bastiment li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-ŻEE.

11.

Ħsara fis-sistema ta’ komunikazzjoni

(i)

Il-Groenlandja għandha tiżgura li t-tagħmir elettroniku tagħha jkun kompatibbli ma’ dak tal-FMC tal-Istat tal-bandiera u għandu jgħarraf lill-UE minnufih ħsara fir-rigward tal-komunikazzjoni u l-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli.

(ii)

It-tfixkil tal-komunikazzjoni bejn l-FMCs ma għandux jaffettwa l-operat tal-bastimenti.

(iii)

Il-messaġġi kollha mhux trażmessi waqt li s-sistema ma tkunx qed taħdem, għandhom jintbagħtu hekk kif terġa’ tiġi stabbilita l-komunikazzjoni bejn l-FMCs ikkonċernati.

12.

Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd li għandu awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jitqies bħala responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li tiffalsifika l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għal penalitajiet ipprovduti mill-Parti responsabbli mill-ilmijiet li fihom iseħħ il-ksur u skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ ta' dik il-Parti.

13.

Taħt l-ebda ċirkostanza ma tista’ tiġi mikxufa dejta tal-lokalizzazzjoni kkomunikata lill-Parti l-oħra skont dan il-Ftehim lill-awtoritajiet, għajr lil dawk tal-kontroll u l-monitoraġġ, b'tali mod li minnha jkun jista’ jiġi identifikat bastiment individwali.

14.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu preċedenti, id-dejta tal-VMS tista' tintuża għal finijiet xjentifiċi u ta' riċerka sakemm l-utenti ma jippubblikawx id-dejta b'mod li minnha jkunu jistgħu jiġu identifikati bastimenti indivdwali.

KAPITOLU VIII

KSUR

A.   Trattament tal-ksur

1.

Kwalunkwe ksur imwettaq fiż-ŻEE tal-Groenlandja minn bastiment tas-sajd tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għandu jissemma f’rapport tal-ispezzjoni.

2.

Il-firma tar-rapport ta’ spezzjoni mill-kaptan għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt għad-difiża ta’ sid il-bastiment u/jew tal-kaptan fil-konfront tal-ksur.

B.   Informazzoni dwar id-Detenzjoni ta’ bastiment

1. Il-Groenlandja għandha tinnotifika lill-UE fi żmien 24 siegħa b’kull detenzjoni ta’ bastiment tas-sajd tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd. Din in-notifika għandha tkun akkumpanjata minn dettalji fil-qosor tal-ksur.

C.   Penalitajiet għall-ksur

1. Il-penali għall-ksur għandha tiġi stabbilita mill-Groenlandja skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ.

D.   Proċedimenti legali – Garanzija bankarja

1.

Meta l-ksur jittella' quddiem il-qorti ġudizzjarja kompetenti, sid il-bastiment tas-sajd tal-UE li wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja fil-bank magħżul mill-Groenlandja u li l-ammont tagħha, kif stabbilit mill-Groenlandja, ikopri l-ispejjeż marbuta mad-detenzjoni tal-bastiment tas-sajd tal-UE, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens. Il-garanzija bankarja tibqa’ marbuta sakemm jintemmu l-proċedimenti legali.

2.

Il-garanzija bankarja għandha tiġi rrilaxxata u mogħtija lura lil sid il-bastiment mingħajr dewmien wara l-qtugħ tas-sentenza:

(a)

kollha kemm hi, jekk ma tkun ġiet imposta l-ebda penali;

(b)

skont l-ammont tal-bilanċ li jkun fadal, jekk il-penali tkun multa li tkun inqas mill-ammont tal-garanzija bankarja.

3.

Il-proċedimenti legali għandhom jinfetħu mill-aktar fis possibbli skont il-liġi nazzjonali;

4.

Il-Groenlandja għandha tgħarraf lill-UE bir-riżultat tal-proċedimenti legali fi żmien 14-il jum minn meta tingħata s-sentenza.

E.   Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ

1. Il-bastiment tas-sajd tal-UE għandu jkun awtorizzat iħalli l-port hekk kif tiġi ddepożitata l-garanzija bankarja jew hekk kif titħallas il-penali.

KAPITOLU IX

IMPRIŻI KONĠUNTI TEMPORANJI

A.   Metodi u kriterji għall-valutazzjoni ta’ proġetti għall-impriżi konġunti temporanji u intrapriżi konġunti

1.   Il-Partijiet għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar il-proġetti li jiġu ppreżentati għall-ħolqien ta' impriżi konġunti temporanji u intrapriżi konġunti skont l-Artikolu 2 ta' dan il-Ftehim.

2.   Il-proġetti għandhom jiġu ppreżentati lill-UE permezz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i).

3.   L-UE għandha tippreżenta lill-Kumitat Konġunt lista ta' proġetti li jikkonċernaw impriżi konġunti temporanji u intrapriżi konġunti. Il-Kumitat Konġunt għandu jivvaluta l-proġetti skont, fost ħwejjeġ oħra, il-kriterji li ġejjin:

(a)

it-eknoloġija adattata għall-operat propost tas-sajd;

(b)

l-ispeċijiet fil-mira u żoni għas-sajd;

(c)

l-età tal-vapur;

(d)

fil-każ ta' impriżi konġunti temporanji, it-tul totali ta' żmien u dak tal-operazzjonijiet tas-sajd;

(e)

l-esperjenza preċedenti tas-sid tal-bastiment tal-UE u ta' kwalunkwe sieħeb tal-Groenlandja fis-settur tas-sajd.

4.   Il-Kumitat Konġunt għandu joħroġ opinjoni dwar il-proġetti wara li ssir il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

5.   Fil-każ ta' impriżi konġunti temporanji, ġaladarba l-proġetti jkunu rċevew opinjoni favorevoli mingħand il-Kumitat Konġunt, wara l-approvazzjoni tal-awtoritajiet tal-Groenlandja, għandhom jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd meħtieġa.

B.   Kundizzjonijiet rigward l-aċċess għar-riżorsi min-naħa tal-impriżi konġunti temporanji fil-Groenlandja

1.   Awtorizzazzjonijiet tas-sajd

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd li għandhom jinħarġu mill-Groenlandja għandu jkollhom l-istess tul ta' validità daqs it-tul tal-impriżi konġunti temporanji. Is-sajd għandu jseħħ fuq kwoti allokati mill-awtoritajiet tal-Groenlandja.

2.   Sostituzzjoni ta’ bastimenti

Bastiment tal-UE li jkun qiegħed jistad taħt impriża konġunta temporanja jista', biss għal raġunijiet iġġustifikati kif xieraq u bil-qbil tal-Partijiet, jiġi sostitwit minn bastiment tal-UE ieħor ta’ kapaċità u bi speċifikazzjonijiet tekniċi ekwivalenti.

3.   Armar

Il-bastimenti li jkunu qed jistadu taħt impriżi konġunti temporanji għandhom josservaw ir-regoli u r-regolamenti applikabbli fil-Groenlandja rigward l-armar, liema regoli u regolamenti għandhom jiġu applikati mingħajr diskriminazzjoni bejn il-bastimenti tal-Groenlandja u dawk tal-UE.

KAPITOLU X

SAJD SPERIMENTALI

Dettalji ta’ implimentazzjoni għas-sajd sperimentali

1.

Fir-rigward tas-sajd sperimentali, il-Gvern tal-Groenlandja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jiddeċiedu flimkien dwar l-operaturi tal-Unjoni Ewropea, l-aħjar żmien kif ukoll l-arranġamenti għall-implimentazzjoni. Sabiex jiffaċilita l-ħidma ta’ esplorazzjoni min-naħa tal-bastimenti, il-Gvern tal-Groenlandja (permezz tal-Istitut dwar ir-Riżorsi Naturali tal-Groenlandja) għandu jipprovdi l-informazzjoni eżistenti xjentifika u dik bażika ta’ xorta oħra.

2.

L-industrija tas-sajd tal-Groenlandja għandha tkun assoċjata mill-qrib (il-koordinament u d-djalogu dwar l-arranġamenti għas-sajd sperimentali).

3.

It-tul tal-kampanji għandu jkun ta’ għal massimu ta’ sitt xhur u minimu ta’ tliet xhur. Dawn il-perjodi jistgħu jinbidlu wara l-qbil bejn il-Partijiet.

4.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkomunika t-talbiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd sperimentali lill-awtoritajiet tal-Groenlandja. Fajl tekniku li jispeċifika:

(a)

il-karatteristiċi tekniċi tal-bastiment,

(b)

il-livell tal-għarfien espert dwar iż-żona tas-sajd tal-uffiċjali tal-bastiment;

(c)

il-proposta għall-parametri tekniċi tal-kampanja (it-tul, it-tagħmir, ir-reġjuni ta' esplorazzjoni, eċċ.)

5.

Fejn meħtieġ, l-awtoritajiet tal-Groenlandja għandhom jorganizzaw djalogu tekniku bejn il-Partijiet u s-sidien tal-bastimenti kkonċernati.

6.

Qabel il-bidu tal-kampanja, is-sidien tal-bastimenti għandhom jissottomettu lill-awtoritajiet tal-Groenlandja u lill-Kummissjoni Ewropea:

(a)

dikjarazzjoni tal-qbid li tkun diġà abbord;

(b)

il-karatteristiċi tekniċi tat-tagħmir tas-sajd li għandu jintuża fil-kampanja;

(c)

assigurazzjoni tal-konformità tagħhom mar-Regolamenti tas-sajd tal-Groenlandja;

7.

Matul il-kampanja ta’ tbaħħir, is-sidien tal-bastimenti kkonċernati għandhom:

(a)

jipprovdu lill-Istitut tar-Riżorsi Naturali tal-Groenlandja, lill-awtoritajiet tal-Groenlandja u lill-Kummissjoni Ewropea b'rapport ta' kull ġimgħa dwar il-qbid kuljum u kull refgħa, inkluża d-deskrizzjoni tal-parametri tekniċi tal-kampanja (il-pożizzjoni, il-fond, id-data u l-ħin, il-qbid u osservazzjonijiet jew kummenti oħra);

(b)

jindikaw il-pożizzjoni, il-veloċità u r-rotta tal-bastiment permezz tal-VMS;

(c)

jiżguraw il-presenza abbord ta' wieħed mill-osservaturi xjentifiċi tal-Groenlandja jew ta' osservatur magħżul mill-awtoritajiet tal-Groenlandja. Ir-rwol tal-osservatur sejjer ikun li jiġbor l-informazzjoni xjentifika mill-qabdiet li jsiru, kif ukoll li jieħu l-kampjuni mill-qabdiet. L-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal tal-bastiment, u sid il-bastiment għandu jkopri l-ispejjeż tal-osservatur kemm idum abbord il-bastiment. Id-deċiżjoni dwar iż-żmien li jdum abbord l-osservatur, it-tul tal-mawra tiegħu u l-port tal-imbark u l-iżbark tiegħu tittieħed bi qbil mal-awtoritajiet tal-Groenlandja;

(d)

jissottomettu l-bastimenti għall-ispezzjoni mal-ħruġ miż-ŻEE tal-Groenlandja, jekk l-awtoritajiet tal-Groenlandja jitolbu hekk;

(e)

jiżguraw li jikkonformaw mar-Regolamenti tas-sajd tal-Groenlandja.

8.

Il-qabdiet li jkunu konsistenti mal-kampanja sperimentali u li jkunu nkisbu matulha jibqgħu l-proprjetà ta’ sid il-bastiment.

9.

Il-qabdiet li jkunu konsistenti mal-kampanja sperimentali għandhom jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet tal-Groenlandja qabel il-bidu ta’ kull kampanja, u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-kaptan(i) tal-bastiment(i) kkonċernat(i).

10.

L-awtoritajiet tal-Groenlandja għandhom jaħtru persuna ta' kuntatt li tkun responsabbli għat-trattament ta' kwalunkwe problema mhux prevista li tkun tista' ttellef l-iżvilupp tas-sajd sperimentali.

11.

L-awtoritajiet tal-Groenlandja, qabel il-bidu ta' kull kampanja, għandhom jippreżentaw id-dettalji u l-kundizzjonijiet tal-kampanji tas-sajd sperimentali, skont l-Artikoli 9 u 10 tal-Ftehim, u skont il-liġi tal-Groenlandja.

APPENDIĊIJIET GĦAL DAN L-ANNESS

1.

Appendiċi 1

Formola ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd

2.

Appendiċi 2

Formola tan-notifika tad-dħul/tal-ħruġ

3.

Appendiċi 3

Skema ta’ flessibbiltà fis-sajd tar-redfish pelaġiku bejn l-ilmijiet tal-Groenlandja u tan-NEAFC

Appendiċi 1

FORMOLA TA' APPLIKAZZJONI GĦAL AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD FIŻ-ŻEE TAL-GROENLANDJA

1

Stat tal-Bandiera

 

2

Isem il-Bastiment

 

3

Numru tar-Reġistru tal-Flotta tal-UE

 

4

Ittri u numru esterni tal-identifikazzjoni

 

5

Port ta' reġistrazzjoni

 

6

Kodiċi Internazzjonali tar-Radju (IRCS)

 

7

Numru tal-Inmarsat (Telefown, Teleks, Posta elettronika) (1)

 

8

Sena ta’ kostruzzjoni

 

9

Numru tal-IMO (jekk disponibbli)

 

10

Tip ta' bastiment

 

11

Tip ta’ rkaptu tas-sajd

 

12

Speċi fil-mira + Kwantità

 

13

Żona tas-sajd (ICES/NAFO)

 

14

Perjodu ta’ żmien għal awtorizzazzjoni tas-sajd

 

15

Sidien, Indirizz tal-persuna fiżika jew ġuridika, Telefown, Teleks, Posta elettronika

 

16

Operatur tal-bastiment, Indirizz tal-persuna fiżika jew ġuridika, Telefown, Teleks, Posta elettronika

 

17

Isem il-kaptan

 

18

Għadd ta' membri tal-ekwipaġġ

 

19

Qawwa tal-Magna (KW)

 

20

Tul (L.O.A.)

 

21

Tunnellaġġ f'TG

 

22

Rappreżentant (aġent) fil-Groenlandja, Isem u indirizz

 

23

Indirizz li fih għandha tintbagħat l-awtorizzazzjoni tas-sajd, Feks

Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, Rue de la Loi 200, B-1049 Brussell, Feks +32 2 2962338 Posta elettronika: MARE-LICENCES@ec.europa.eu


(1)  Din l-informazzjoni tista' titressaq ġaladarba l-applikazzjoni tkun ġiet approvata.

Appendiċi 2

FORMOLA TAN-NOTIFIKA TAD-DĦUL/TAL-ĦRUĠ

Format għal Komunikazzjoni ta’ messaġġi tal-VMS lill-FMC tal-Parti l-oħra

1)   Messaġġ ta’ "DĦUL"

Element tad-Dejta:

Kodiċi tal-qasam:

Obbligatorju/Fakultattiv

Rimarki:

Bidu tar-reġistrazzjoni

SR

O

Dettall tas-sistema; jindika l-bidu tar-rekord

Indirizz

AD

O

Dettall tal-messaġġ; il-kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa-3 tal-Parti destinatarja

Minn

FR

O

Dettall tal-messaġġ; il-kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa-3 tal-Parti li tkun qed tittrażmetti

Numru ta’ Reġistrazzjoni

RN

F

Dettall tal-messaġġ; in-numru serjali tar-reġistrazzjoni fis-sena rilevanti

Data tar-Reġistrazzjoni

RD

F

Dettall tal-messaġġ; id-data tat-trażmissjoni

Ħin tar-Reġistrazzjoni

RT

F

Dettall tal-messaġġ; il-ħin tat-trażmissjoni

Tip ta’ Messaġġ

TM

O

Dettall tal-messaġġ; it-tip ta' messaġġ, "ENT"

Kodiċi tas-Sinjal tar-Radju

RC

O

Dettall tal-bastiment; il-kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment

Numru Intern ta’ Referenza

IR

O

Dettall tal-bastiment. in-numru uniku tal-bastiment tal-Parti bħala l-kodiċi ISO Alfa-3 segwit minn numru tal-pajjiż li tiegħu jtajjar il-bandiera

Numru Estern ta’ Reġistrazzjoni

XR

F

Dettall tal-bastiment; in-numru tal-ġenb tal-bastiment

Latitudni

LT

O

Dettall tal-pożizzjoni; il-pożizzjoni ± 99.999 (WGS-84)

Lonġitudni

LG

O

Dettall tal-pożizzjoni; il-pożizzjoni ± 999.999 (WGS-84)

Veloċità

SP

O

Dettall tal-pożizzjoni; il-veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi

Rotta

CO

O

Dettall tal-pożizzjoni; ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360°

Data

DA

O

Dettall tal-pożizzjoni; id-data tal-pożizzjoni skont l-UTC (SSSSXXJJ)

Ħin

TI

O

Dettall tal-pożizzjoni; il-ħin tal-pożizzjoni skont l-UTC (SSMM)

Tmiem ir-reġistrazzjoni

ER

O

Dettall tas-sistema; jindika t-tmiem tar-rekord

2)   Messaġġ/rapport ta’ "POŻIZZJONI"

Element tad-Dejta:

Kodiċi tal-qasam:

Obbligatorju/fakultattiv

Rimarki:

Bidu tar-reġistrazzjoni

SR

O

Dettall tas-sistema; jindika l-bidu tar-rekord

Indirizz

AD

O

Dettall tal-messaġġ; il-kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa-3 tal-Parti destinatarja

Minn

FR

O

Dettall tal-messaġġ; il-kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa-3 tal-Parti li tkun qed tittrażmetti

Numru ta’ Reġistrazzjoni

RN

F

Dettall tal-messaġġ; in-numru serjali tar-reġistrazzjoni fis-sena rilevanti

Data tar-Reġistrazzjoni

RD

F

Dettall tal-messaġġ; id-data tat-trażmissjoni

Ħin tar-Reġistrazzjoni

RT

F

Dettall tal-messaġġ; il-ħin tat-trażmissjoni

Tip ta’ Messaġġ

TM

O

Dettall tal-messaġġ; it-tip ta' messaġġ, "POS" (1)

Kodiċi tas-Sinjal tar-Radju

RC

O

Dettall tal-bastiment; il-kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment

Numru Intern ta’ Referenza

IR

O

Dettall tal-bastiment. in-numru uniku tal-bastiment tal-Parti bħala l-kodiċi ISO Alfa-3 segwit minn numru tal-pajjiż li tiegħu jtajjar il-bandiera

Numru Estern ta’ Reġistrazzjoni

XR

F

Dettall tal-bastiment; in-numru tal-ġenb tal-bastiment

Latitudni

LT

O

Dettall tal-pożizzjoni; il-pożizzjoni ± 99.999 (WGS-84)

Lonġitudni

LG

O

Dettall tal-pożizzjoni; il-pożizzjoni ± 999.999 (WGS-84)

Attività

AC

F (2)

Dettall tal-pożizzjoni; "ANC" jindika qagħda ta' rappurtar imnaqqas

Veloċità

SP

O

Dettall tal-pożizzjoni; il-veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi

Rotta

CO

O

Dettall tal-pożizzjoni; ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360°

Data

DA

O

Dettall tal-pożizzjoni; id-data tal-pożizzjoni skont l-UTC (SSSSXXJJ)

Ħin

TI

O

Dettall tal-pożizzjoni; il-ħin tal-pożizzjoni skont l-UTC (SSMM)

Tmiem ir-reġistrazzjoni

ER

O

Dettall tas-sistema; jindika t-tmiem tar-rekord

3)   Messaġġ ta’ "ĦRUĠ"

Element tad-Dejta:

Kodiċi tal-qasam:

Obbligatorju/Fakultattiv

Rimarki:

Bidu tar-reġistrazzjoni

SR

O

Dettall tas-sistema; jindika l-bidu tar-rekord

Indirizz

AD

O

Dettall tal-messaġġ; il-kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa-3 tal-Parti destinatarja

Minn

FR

O

Dettall tal-messaġġ; il-kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa-3 tal-Parti li tkun qed tittrażmetti

Numru ta’ Reġistrazzjoni

RN

F

Dettall tal-messaġġ; in-numru serjali tar-reġistrazzjoni fis-sena rilevanti

Data tar-Reġistrazzjoni

RD

F

Dettall tal-messaġġ; id-data tat-trażmissjoni

Ħin tar-Reġistrazzjoni

RT

F

Dettall tal-messaġġ; il-ħin tat-trażmissjoni

Tip ta’ Messaġġ

TM

O

Dettall tal-messaġġ; it-tip ta' messaġġ, "EXI"

Kodiċi tas-Sinjal tar-Radju

RC

O

Dettall tal-bastiment; il-kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment

Numru Intern ta’ Referenza

IR

O

Dettall tal-bastiment. in-numru uniku tal-bastiment tal-Parti bħala l-kodiċi ISO Alfa-3 segwit minn numru tal-pajjiż li tiegħu jtajjar il-bandiera

Numru Estern ta’ Reġistrazzjoni

XR

F

Dettall tal-bastiment; in-numru tal-ġenb tal-bastiment

Data

DA

O

Dettall tal-pożizzjoni; id-data tal-pożizzjoni skont l-UTC (SSSSXXJJ)

Ħin

TI

O

Dettall tal-pożizzjoni; il-ħin tal-pożizzjoni skont l-UTC (SSMM)

Tmiem ir-reġistrazzjoni

ER

O

Dettall tas-sistema; jindika t-tmiem tar-rekord

4)   Dettalji tal-format

Kull messaġġ fi trażmissjoni tad-dejta għandu jkollu l-istruttura li ġejja:

żewġ linji djagonali (//) u l-karattri "SR" jindikaw il-bidu tal-messaġġ,

żewġ linji djagonali (//) u l-kodiċi tal-qasam jindika l-bidu ta' element tad-dejta,

linja djagonali waħda (/) tifred il-kodiċi tal-qasam mid-dejta;

il-pari ta' dejta huma mifrudin minn spazju,

il-karattri "ER" u żewġ linji djagonali (//) jindikaw tmiem ir-reġistrazzjoni.

Il-kodiċijiet tal-qasam kollha f'dan l-Anness huma fil-Format tal-Atlantiku tat-Tramuntana, kif deskritt fl-Iskema tan-NEAFC tal-Kontroll u l-Infurzar (“The NEAFC Scheme of Control and Enforcement”).


(1)  It-tip ta' messaġġ għandu jkun "MAN" għal rapporti kkomunikati minn bastimenti b'tagħmir difettuż ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satelliti.

(2)  Applikabbli biss jekk il-bastiment ikun qed jittrażmetti messaġġi POS bi frekwenza mnaqqsa.

Appendiċi 3

SKEMA TA’ FLESSIBBILTÀ FIS-SAJD TAR-REDFISH PELAĠIKU BEJN L-ILMIJIET TAL-GROENLANDJA U TAN-NEAFC

1.   Sabiex ikun eleġibbli biex jistad taħt l-iskema ta' flessibbiltà fis-sajd tar-redfish bejn l-ilmijiet tal-Groenlandja u n-NEAFC bastiment għandu japplika għal awtorizzazzjoni tas-sajd ta' flessibbiltà tal-Groenlandja. Suġġett għall-approvazzjoni tal-applikazzjoni, il-bastiment jirċievi awtorizzazzjoni tas-sajd speċifika għal attivitajiet barra ż-ŻEE tal-Groenlandja.

2.   Għandhom jiġu osservati l-miżuri kollha li jikkonċernaw dan is-sajd fiż-żona regolatorja tan-NEAFC kif deċiżi min-NEAFC.

3.   Bastiment jista’ jistad il-kwota tiegħu għar-redfish tal-Groenlandja hekk kif ikun eżawrixxa s-sehem tiegħu tal-kwota tal-UE tan-NEAFC għar-redfish allokat mill-Istat tal-Bandiera.

4.   Bastiment jista’ jistad il-kwota tiegħu tal-Groenlandja fl-istess żona tan-NEAFC, fejn tkun inqabdet il-kwota tan-NEAFC, suġġett għall-paragrafu 5 hawn taħt.

5.   Bastiment jista’ jistad il-kowta tiegħu tal-Groenlandja ġewwa ż-żona ta’ konservazzjoni (RCA) tar-redfish skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-rakkomandazzjoni tan-NEAFC dwar il-ġestjoni tar-redfish fil-baħar Irminger u l-ilmijiet ta’ madwaru, iżda bl-esklużjoni ta’ kull parti li tinsab fiż-ŻEE tal-Islanda.

6.   Bastiment li jwettaq attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja tan-NEAFC għandu jittrażmetti rapport tal-pożizzjoni tal-VMS lin-NEAFC permezz tal-FMC tal-Istat tal-Bandiera tiegħu skont ir-rekwiżiti regolatorji. Waqt li jkun qed isir is-sajd bil-kwota tal-Groenlandja ġewwa l-RCA tan-NEAFC, l-FMC tal-Istat tal-Bandiera għandu jirranġa b'mod speċifiku sabiex ir-riżultati tat-teħid kull siegħa tar-rapport tal-pożizzjoni tal-VMS jiġu trażmessi lill-FMC tal-Groenlandja fl-istess ħin.

7.   Il-kaptan tal-bastiment għandu jiżgura li meta jirrapporta lin-NEAFC u lill-awtoritajiet tal-Groenlandja, il-qabdiet tar-redfish li nqabdu fiż-żona regolatorja tan-NEAFC taħt l-awtorizzazzjoni tas-sajd ta' flessibbiltà tal-Groenlandja jkunu identifikati b'mod ċar bħala li jagħmlu parti mill-kwota tal-Groenlandja permezz tal-użu tal-awtorizzazzjoni tas-sajd allokata fl-awtorizzazzjoni tas-sajd ta' flessibbiltà.

(i)   Qabel ma jibda jistad bil-kwota tiegħu tal-Groenlandja, bastiment għandu jittrażmetti messaġġ ta’ ACTIVE “CATCH ON ENTRY” lill-FMC tal-Groenlandja permezz tal-FMC tal-Istat tal-Bandiera kif ġej:

1.

ACTIVE “CATCH ON ENTRY”

2.

Isem il-bastiment

3.

ID tar-Reġistrazzjoni esterna

4.

IRCS

5.

Isem il-kaptan

6.

Data u ħin tal-bidu tal-operazzjonijiet tas-sajd bil-kwota tal-Groenlandja

7.

Pożizzjoni

8.

Qabda abbord f’piż ħaj ekwivalenti tal-ispeċi u ż-żona tal-qabda

(ii)   RAPPORT TAL-QABDA TA’ KULJUM

Id-dejta tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandha tiġi trażmessa kuljum sa mhux aktar tard minn nofsillejl neqsin minuta (2359 UTC).

(iii)   Hekk kif iwaqqaf l-attivitajiet tas-sajd tiegħu bil-kwota tal-Groenlandja, bastiment għandu jittrażmetti messaġġ ta’ PASSIVE “CATCH ON EXIT” lill-FMC tal-Groenlandja permezz tal-FMC tal-Istat tal-Bandiera kif ġej:

1.

PASSIVE “CATCH ON EXIT”

2.

Isem il-bastiment

3.

ID tar-Reġistrazzjoni esterna

4.

IRCS

5.

Isem il-kaptan

6.

Data u ħin tal-waqfien mill-attivitajiet tas-sajd fuq il-kwota tal-Groenlandja

7.

Pożizzjoni

8.

Qabda abbord f’piż ħaj ekwivalenti tal-ispeċi u ż-żona tal-qabda

Kemm ir-rapport ACTIVE kif ukoll dak PASSIVE għandhom jiġu trażmessi mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' rappurtar tal-qabda ta' kuljum.

8.   Sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni taż-żoni ta’ estrużjoni larvali, l-attivitajiet tas-sajd ma għandhomx jibdew qabel id-data stipulata fir-rakkomandazzjoni tan-NEAFC dwar il-ġestjoni tar-redfish fil-baħar Irminger u fl-ilmijiet ta’ madwar.

9.   L-Istati tal-bandiera għandhom jirrappurtaw il-qabdiet li jinqabdu taħt il-kwota tal-Groenlandja fl-ilmijiet tal-Groenlandja u fiż-żona regolatorja tan-NEAFC lill-awtoritajiet tal-UE. Dawn għandhom jinkludu l-qabdiet kollha li jinqabdu taħt l-iskema ta’ flessibbiltà b’identifikazzjoni ċara tal-qabda u tal-awtorizzazzjoni tas-sajd korrispondenti.

10.   Fl-aħħar tal-istaġun tas-sajd kull FMC ta' Stat tal-Bandiera għandu jittrażmetti lill-awtoritajiet tal-Groenlandja l-istatistiċi tal-qbid dwar is-sajd tar-redfish pelaġiku taħt din l-iskema ta' flessibbiltà.