|
21.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 276/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1048/2011
tal-20 ta’ Ottubru 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1763/2004 li jimponi ċerti miżuri restrittivi biex isostnu l-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/603/PESK tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar aktar miżuri b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY) (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1763/2004 (2) jimplimenta d-Deċiżjoni 2010/603/PESK billi jiffriża l-assi ta’ ċerti individwi, b’sostenn għall-mandat tal-ICTY. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2010/603/PESK skadiet fl-10 ta’ Ottubru 2011. |
|
(3) |
Ikun għalhekk xieraq li r-Regolament (KE) Nru 1763/2004 jitħassar b’effett immedjat. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1763/2004 huwa b’dan imħassar.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. SAWICKI