|
25.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 52/66 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 156/2011
tat-13 ta’ Diċembru 2010
dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja dwar is-sajd fl-Istati Federali tal-Mikroneżja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Protokoll ġdid (minn hawn ‘il quddiem “il-Protokoll”) għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikroneżja dwar is-sajd fl-Istati Federali tal-Mikroneżja (1) (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”) ġie inizjalat fis-7 ta’ Mejju 2010. Il-Protokoll jipprovdi lill-bastimenti tal-UE b’opportunitajiet ta’ sajd fil-ilmijiet li fuqhom l-Istati Federali tal-Mikroneżja għandha sovranità jew ġuriżdizzjoni fir-rigward tas-sajd. |
|
(2) |
Fit-13 ta’ ta’ Diċembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/116/UE (2) dwar l-iffirmar u dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll. |
|
(3) |
Il-metodu ta’ allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri għandu jiġi definit għall-perjodu ta’ ħames snin stabbilit fl-Artikolu 13 tal-Protokoll kif ukoll għall-perjodu tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (3), jekk jidher li l-opportunitajiet ta’ sajd allokati lill-Unjoni Ewropea skont il-Protokoll mhumiex użati kompletament, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri kkonċernati. In-nuqqas ta’ tweġiba fi skadenza li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill għandha titqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat mhumiex qed jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet ta’ sajd tagħhom fil-perjodu stabbilit. Dik l-iskadenza għandha tiġi stabbilita. |
|
(5) |
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll għall-Ftehim għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:
|
(a) |
Bastimenti bil-purse seine għat-tonn
|
|
(b) |
bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ:
|
2. Bla ħsara għall-Ftehim u l-Protokoll, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 1006/2008.
3. Jekk l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jkoprux l-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti bil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd minn kwalunkwe Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.
L-iskadenza msemmija fl-Artikolu 10(1) ta’ dak ir-Regolament għandha tiġi stabbilita għal 10 ijiem tax-xogħol.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
K. PEETERS
(2) Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.