5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 101/2011

tal-4 ta’ Frar 2011

dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal-31 ta’ Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tipprovdi għall-iffiriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi li jappartjenu, huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati minn ċerti persuni responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta’ fondi statali tat-Tuneżija, u ta’ persuni assoċjati magħhom, u li għalhekk qegħdin iċaħħdu lill-poplu Tuneżin mill-benefiċċji tal-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija u tas-soċjetà tagħhom u jfixklu l-iżvilupp tad-demokrazija fil-pajjiż. Dawk il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi huma elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni.

(2)

Dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex timplimentahom, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha..

(3)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u notevolment id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust u d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawk id-drittijiet.

(4)

Is-setgħa biex tiġi emendata l-lista fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandha tiġi eżerċitata mill-Kunsill, fid-dawl tat-theddida speċifika għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali kkawżata mis-sitwazzjoni fit-Tuneżija, u sabiex tiġi żgurata konsistenza mal-proċess għall-emendar u r-reviżjoni tal-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK.

(5)

Il-proċedura għall-emendar tal-lista fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandha tinkludi l-għoti tar-raġunijiet għall-elenkar lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi nominati, sabiex jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet. Meta jiġu ppreżentati osservazzjonijiet jew evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni tiegħu fid-dawl ta’ dawk l-osservazzjonijiet u jinforma lill-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernat kif adatt.

(6)

Għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u sabiex tinħoloq ċertezza legali massima fl-Unjoni, għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku l-ismijiet u data rilevanti oħra rigward persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom iridu jiġu ffriżati, skont dan ir-Regolament. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali għandu jirrispetta r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (2) u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (3).

(7)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ minnufih malli jiġi ppubblikat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘fondi’ tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta’ kull xorta, inklużi iżda mhux limitati għal:

(i)

flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, money orders (ordni tal-flus) u strumenti oħra ta’ pagament;

(ii)

depożiti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi f’kontijiet, dejn u obbligazzjonijiet ta’ dejn;

(iii)

titoli ta’ sigurtà u titoli ta’ dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi titoli ta’ fondi u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli ta’ sigurtà, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti derivati;

(iv)

imgħax, dividendi jew dħul ieħor fuq assi, jew valur akkumulat jew iġġenerat minnhom;

(v)

kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, performance bonds jew impenji finanzjarji oħra;

(vi)

ittri ta’ kreditu, poloz tat-tagħbija, dokumenti ta’ bejgħ;

(vii)

dokumenti li jagħtu prova ta’ interess f’fondi jew riżorsi finanzjarji;

(b)

‘iffriżar ta’ fondi’ tfisser il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta’, aċċess għal, jew negozju b’fondi fi kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe bidla fil-volum, l-ammont, il-lok, id-dritt tal-proprjetà, il-pussess, il-karattru, id-destinazzjoni tagħhom jew f’bidla oħra li tippermetti l-użu tal-fondi, inkluża l-amministrazzjoni ta’ portafoll;

(c)

‘riżorsi ekonomiċi’ tfisser assi ta’ kull xorta, kemm jekk tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;

(d)

‘iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi’ tfisser il-prevenzjoni tal-użu tagħhom biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi fi kwalunkwe mod, li jinkludu, iżda mhumiex limitat għal, bejgħ, kiri jew ipoteki tagħhom;

(e)

‘territorju tal-Unjoni’ tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.

Artikolu 2

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, li huma l-proprjetà, li huma miżmuma jew ikkontrollati mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi li, f’konformità mal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK, ġew identifikati mill-Kunsill bħala responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta’ fondi statali tat-Tuneżija, kif ukoll minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, kif elenkat fl-Anness I, għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandha ssir disponibbli għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I, jew għall-benefiċċju tagħhom direttament jew indirettament.

3.   Il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonata, f’attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom hu, b’mod dirett jew indirett, l-evitar tal-miżuri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi pprojbita.

Artikolu 3

1.   L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi elenkati.

2.   L-Anness I għandu jinkludi wkoll, fejn tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi kkonċernati. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

Artikolu 4

1.   B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, taħt il-kondizzjonijiet li jidhrilhom li huma adatti, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma:

(a)

meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta’ persuni elenkati fl-Anness I, u l-membri tal-familja dipendenti tagħhom, inklużi pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka immobiljari, mediċini u kura medika, taxxi, poloz tal-assigurazzjoni, u l-ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;

(b)

maħsubin esklussivament għall-ħlas ta’ onorarji professjonali raġonevoli jew għar-rimbors ta’ spejjeż magħmula li huma assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;

(c)

maħsubin esklussivament għall-ħlas ta’ miżati jew il-ħlasijiet ta’ servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew

(d)

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni f’dan il-każ li l-Istat Membru jkun innotifika bir-raġunijiet li jikkunsidra li għalihom għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

2.   L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.

Artikolu 5

1.   B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma s-suġġett ta’ garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 2 ikunu ġew inklużi fl-Anness I, jew ta’ sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni ser jintużaw esklussivament sabiex jissodisfaw il-pretensjonijiet iggarantiti b’din il-garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f’tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li għandhom tali pretensjonijiet;

(c)

il-garanzija jew is-sentenza mhumiex għall-benefiċċju ta’ persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness I; u

(d)

ir-rikonoxximent li l-garanzija jew is-sentenza ma jmorrux kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

2.   L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1.

Artikolu 6

1.   L-Artikolu 2(2) m’għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:

(a)

imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b)

ħlasijiet dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 2 jkunu ġew inklużi fl-Anness I,

dment li kwalunkwe imgħax, qligħ u pagamenti oħrjan ikunu ffriżati skont l-Artikolu 2(1).

2.   L-Artikolu 2(2) m’għandux jipprevjeni lill-istituzzjonijiet finanzjarji jew ta’ kreditu fl-Unjoni milli jikkreditaw kontijiet iffriżati fejn jirċievu fondi ttrasferiti fil-kont ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati, dment li kwalunkwe żieda għal tali kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar transazzjoni bħal din mingħajr dewmien.

Artikolu 7

B’deroga mill-Artikolu 2 u dment li pagament minn persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness I ikun dovut taħt kuntratt jew ftehim li ġie konkluż, jew obbligu li nħoloq mill-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernat, qabel id-data li fiha dik il-persuna, l-entità jew il-korp kienu nnominati, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fis-siti tal-Internet elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, taħt il-kondizzjonijiet li huma jqisu adatti, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtorità kompetenti kkonċernata ddeterminat li:

(i)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi għandhom jintużaw għal pagament minn persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness I;

(ii)

il-pagament mhuwiex bi ksur tal-Artikolu 2(2);

(b)

l-Istat Membru kkonċernat, mill-inqas ġimgħatejn qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni, għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni b’dik id-determinazzjoni u bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni.

Artikolu 8

1.   L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li jsiru disponibbli fondi jew riżorsi ekonomiċi, magħmul in bona fede fuq il-bażi li tali azzjoni hi konformi ma’ dan ir-Regolament, ma għandux joħloq responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jkunu qed jimplimentawh, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma bħala riżultat ta’ negliġenza.

2.   Il-projbizzjoni mniżżla fl-Artikolu 2(2) m’għandhiex twassal għal responsabbiltà ta’ kwalunkwe tip min-naħa tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi li poġġew għad-dispożizzjoni fondi jew riżorsi ekonomiċi, jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu ser jiksru l-projbizzjoni inkwistjoni.

Artikolu 9

1.   Bla ħsara għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:

(a)

jipprovdu immedjatament kwalunkwe informazzjoni li tista’ tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati skont l-Artikolu 2, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn huma residenti jew fejn jinsabu bħalissa, kif indikati fil-websajts elenkati fl-AnnessI I, u għandhom jittrażmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istati Membri, lill-Kummissjoni; u

(b)

jikkoperaw ma’ dik l-awtorità kompetenti f’kull verifika ta’ din l-informazzjoni.

2.   Kwalunkwe informazzjoni li tingħata jew tiġi rċevuta skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-iskopijiet li għalihom tkun ġiet ipprovduta jew irċevuta.

Artikolu 10

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin bil-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti konnessa ma’ dan ir-Regolament li hija għad-dispożizzjoni tagħhom, b’mod partikolari informazzjoni dwar problemi ta’ ksur u ta’ infurzar u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.

Artikolu 11

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

Artikolu 12

1.   Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(1), huwa għandu jemenda l-Anness I kif adatt.

2.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fil-paragrafu 1, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż, u b’hekk tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

3.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernat kif adatt.

4.   Il-lista fl-Anness I għandha tiġi rieżaminata f’intervalli regolari u tal-inqas kull 12-il xahar.

Artikolu 13

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet ipprovduti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.

Artikolu 14

F’dan ir-Regolament, fejn ikun hemm rekwiżit li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata, infurmata jew li ssir xi komunikazzjoni oħra magħha, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li għandhom jintużaw għal din il-komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness II.

Artikolu 15

Dan ir-Regolament għandu japplika:

(a)

fit-territorju kollu tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b)

abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew kwalunkwe bastiment taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru;

(c)

għal kwalunkwe persuna ġewwa jew barra t-territorju tal-Unjoni li tkun ċittadina ta’ Stat Membru;

(d)

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru;

(e)

għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe kummerċ imwettaq, b’mod sħiħ jew parzjalment, ġewwa l-Unjoni.

Artikolu 16

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)   ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62.

(2)   ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)   ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.


ANNESS I

LISTA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U ORGANIZZAZZJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

1.

Zine El Abidine Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI

Ex President tat-Tuneżija, twieled Hamman-Sousse, fit-3 ta' Settembru 1936, iben Selma HASSEN, miżżewweġ lil Leïla TRABELSI, detentur tal-karta tal-identità nazzjonali (CNI) Nru 00354671

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

2.

Leila Bent Mohamed Ben Rhouma TRABELSI

Tuneżina, twieldet Tunis, fl-24 ta' Ottubru 1956, bint Saida DHERIF, miżżewwġa lil Zine El Abidine BEN ALI, detentur ta' CNI Nru 00683530.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

3.

Moncef Ben Mohamed Ben Rhouma TRABELSI

Tuneżin, twieled Tunis, fl-4 ta' Marzu 1944, iben Saida DHERIF, miżżewweġ lil Yamina SOUIEI, amministratur ta' kumpannija, jirresjedi 11 rue de France- Radès Ben Arous, detentur ta' CNI Nru 05000799.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

4.

Mohamed Ben Moncef Ben Mohamed TRABELSI

Tuneżin, twieled Sabha-Lybie, fis-7 ta' Jannar 1980, iben Yamina SOUIEI, amministratur ta' kumpannija, miżżewweġ lil Inès LEJRI, jirresjedi fir-résidence de l'étoile du nord - suite B- is-7 sular - appt. Nru 25 - Centre urbain du nord - Cité El Khadra - Tunis, detentur ta' CNI Nru 04524472.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

5.

Fahd Mohamed Sakher Ben Moncef Ben Mohamed Hfaiez MATERI

Tuneżin, twieled Tunis, fit-2 ta' Diċembru 1981, iben Naïma BOUTIBA, miżżewweġ lil Nesrine BEN ALI, detentur ta' CNI Nru 04682068.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

6.

Nesrine Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda BEN ALI

Tuneżina, twieldet Tunis, fis-16 ta' Jannar 1987, bint Leïla TRABELSI, residenti fil-Palazz Presidenzjali, detentur ta' CNI Nru 00299177.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

7.

Halima Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda BEN ALI

Tuneżina, twieldet Tunis, fis-17 ta' Lulju 1992, bint Leïla TRABELSI, detentur ta' CNI Nru 09006300.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

8.

Belhassen Ben Mohamed Ben Rhouma TRABELSI

Tuneżin, twieled Tunis, fil-5 ta' Novembru 1962, iben Saida DHERIF, amministratur ta' kumpannija, jirresjedi 32 rue Hédi Karray - El Menzah - Tunis, detentur ta' CNI Nru 00777029.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

9.

Mohamed Naceur Ben Mohamed Ben Rhouma TRABELSI

Tuneżin, twieled Tunis, fl-24 ta' Ġunju 1948, iben Saida DHERIF, miżżewweġ lil Nadia MAKNI, amministratur delegat ta' kumpannija agrikola, jirresjedi 20 rue El Achfat - Carthage - Tunis, detentur ta' CNI Nru 00104253.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

10.

Jalila Bent Mohamed Ben Rhouma TRABELSI

Tuneżina, twieldet Radès, fid-19 ta' Frar 1953, bint Saida DHERIF, miżżewġa lil Mohamed MAHJOUB, amministratur ta' kumpannija, tirresjedi 21 rue d' Aristote - Carthage Salammbô, detentur ta' CNI Nru 00403106.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

11.

Mohamed Imed Ben Mohamed Naceur Ben Mohamed TRABELSI

Tuneżin, twieled Tunis, fis-26 ta' Awwissu 1974, iben Najia JERIDI, kummerċjant, jirresjedi 124 avenue Habib Bourguiba-Carthage presidence, detentur ta' CNI Nru 05417770.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

12.

Mohamed Adel Ben Mohamed Ben Rehouma TRABELSI

Tuneżin, twieled Tunis, fis-26 ta' April 1950, iben Saida DHERIF, miżżewweġ lil Souad BEN JEMIA, amministratur ta' kumpannija, jirresjedi 3 rue de la colombe - Gammarth supérieur, detentur ta' CNI Nru 00178522.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

13.

Mohamed Mourad Ben Mohamed Ben Rehouma TRABELSI

Tuneżin, twieled Tunis, fil-25 ta' Settembru 1955, iben Saida DHERIF, miżżewweġ lil Hela BELHAJ, CEO ta' kumpannija, jirresjedi 20 Rue Ibn Chabat - Salammbô - Carthage -Tunis, detentur ta' CNI Nru 05150331.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

14.

Samira Bent Mohamed Ben Rhouma TRABELSI

Tuneżina, twieldet fis-27 ta' Diċembru 1958, bint Saida DHERIF, miżżewġa lil Mohamed Montassar MEHERZI, direttur kummerċjali, tirresjedi 4 rue Taoufik EI Hakim - La Marsa, detentur ta' CNI Nru 00166569.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

15.

Mohamed Montassar Ben Kbaier Ben Mohamed MEHERZI

Tuneżin, twieled Marsa, fil-5 ta' Mejju 1959, bin Fatma SFAR, miżżewweġ lil Samira TRABELSI, CEO f'kumpannija, jirresjedi 4 rue Taoufik El Hakim-la Marsa, detentur ta' CNI Nru 00046988.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

16.

Nefissa Bent Mohamed Ben Rhouma TRABELSI

Tuneżina, twieldet fl-1 ta' Frar 1960, bint Saida DHERIF, miżżewġa lil Habib ZAKIR,tirresjedi 4 rue de la mouette - Gammarth supérieur, detentur ta' CNI Nru 00235016.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

17.

Habib Ben Kaddour Ben Mustapha BEN ZAKIR

Tuneżin, twieled fil-5 ta' Marzu 1957, iben Saida BEN ABDALLAH, miżżewweġ lil Nefissa TRABELSI, kuntrattur, jirresjedi f' Rue Ennawras no 4, Gammarth supérieur, detentur ta' CNI Nru 00547946.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

18.

Moez Ben Moncef Ben Mohamed TRABELSI

Tuneżin, twieled Tunis, fit-3 ta' Lulju 1973, iben Yamina SOUIEI, amministratur ta' kumpannija, kuntrattur, jirresjedi fil-bini Amine El Bouhaira-Rue du Lac Turkana-Les berges du Lac-Tunis, detentur ta' CNI Nru 05411511.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

19.

Lilia Bent Noureddine Ben Ahmed NACEF

Tuneżina, twieldet Tunis, fil-25 ta' Ġunju 1975, bint Mounira TRABELSI (oħt Leila TRABELSI), amministratur ta' kumpannija, miżżewġa lil Mourad MEHDOUI, tirresjedi 41 rue Garibaldi -Tunis, detentur ta' CNI Nru 05417907.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

20.

Mourad Ben Hédi Ben Ali MEHDOUI

Tuneżin, twieled Tunis, fit-3 ta' Mejju 1962, iben Neila BARTAJI, miżżewweġ lil Lilia NACEF, CEO ta' kumpannija, jirresjedi 41 rue Garibaldi - Tunis, detentur ta' CNI Nru 05189459.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

21.

Houssem Ben Mohamed Naceur Ben Mohamed TRABELSI

Tuneżin, twieled fit-18 ta' Settembru 1976, iben Najia JERIDI, direttur ġenerali ta' kumpannija, jirresjedi Erriadh.2-Gammarth - Tunis, detentur ta' CNI Nru 05412560.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

22.

Bouthaina Bent Moncef Ben Mohamed TRABELSI

Tuneżina, twieldet fl-4 ta' Diċembru 1971, bint Yamina SOUIEI, amministratur ta' kumpannija, tirresjedi 2 rue El Farrouj - la Marsa, detentur ta' CNI Nru 05418095.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

23.

Nabil Ben Abderrazek Ben Mohamed TRABELSI

Tuneżin, twieled fl-20 ta' Diċembru 1965, iben Radhia MATHLOUTHI, miżżewweġ lil Linda CHERNI, skrivan ma' Tunisair, jirresjedi 12 rue Taieb Mhiri-Le Kram - Tunis, detentur ta' CNI Nru 00300638.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

24.

Mehdi Ben Ridha Ben Mohamed BEN GAIED

Tuneżin, twieled fid-29 ta' Jannar 1988, iben Kaouther Feriel HAMZA, CEO tal-kumpannija Stafiem - Peugeot, jirresjedi 4 rue Mohamed Makhlouf -El Manar.2-Tunis

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

25.

Mohamed Slim Ben Mohamed Hassen Ben Salah CHIBOUB

Tuneżin, twieled fit-13 ta' Jannar 1959, iben Leïla CHAIBI, miżżewweġ lil Dorsaf BEN ALI, CEO ta' kumpannija, jirresjedi rue du jardin - Sidi Bousaid - Tunis, detentur ta' CNI Nru 00400688.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

26.

Dorsaf Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda BEN ALI

Tuneżina, twieldet Bardo, fil-5 ta' Lulju 1965, bint Naïma EL KEFI, miżżewġa lil Mohamed Slim CHIBOUB, tirresjedi 5 rue El Montazah - Sidi Bousaid - Tunis, detentur ta' CNI Nru 00589759.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

27.

Sirine Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda BEN ALI

Tuneżina, twieldet Bardo, fil-21 ta' Awwissu 1971, bint Naïma EL KEFI, miżżewġa lil Mohamed Marouene MABROUK, kunsillier fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, detentur ta' CNI Nru 05409131.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

28.

Mohamed Marouen Ben Ali Ben Mohamed MABROUK

Tuneżin, twieled Tunis, fil-11 ta' Marzu 1972, iben Jaouida El BEJI, miżżewweġ lil Sirine BEN ALI, CEO ta' kumpannija, jirresjedi 8 rue du Commandant Béjaoui - Carthage - Tunis, detentur ta' CNI Nru 04766495.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

29.

Ghazoua Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda BEN ALI

Tuneżina, twieldet Bardo, fit-8 ta' Marzu 1963, bint Naïma EL KEFI, miżżewġa lil Slim ZARROUK, tabiba, tirresjedi 49 avenue Habib Bourguiba - Carthage, detentur ta' CNI Nru 00589758.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

30.

Slim Ben Mohamed Salah Ben Ahmed ZARROUK

Tuneżin, twieled Tunis, fit-13 ta' Awwissu 1960, iben Maherzia GUEDIRA, miżżewweġ lil Ghazoua BEN ALI, CEO ta' kumpannija, jirresjedi 49 avenue Habib Bourguiba - Carthage, detentur ta' CNI Nru 00642271.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

31.

Farid Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI

Tuneżin, twieled Hammam-Sousse, fit-22 ta' Novembru 1949, iben Selma HASSEN, fotografu u ġurnalist fil-Ġermanja, jirresjedi 11 rue Sidi el Gharbi - Hammam - Sousse, detentur ta' CNI Nru 02951793.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

32.

Faouzi Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI

Tuneżin, twieled Hammam-Sousse, fit-13 ta' Marzu 1947, miżżewweġ lil Zohra BEN AMMAR, amministratur ta' kumpannija, jirresjedi rue El Moez - Hammam - Sousse, detentur ta' CNI Nru 02800443.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

33.

Hayet Bent Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI

Tuneżina, twieldet Hammam-Sousse, fis-16 ta' Mejju 1952, bint Selma HASSEN, miżżewġa lil Fathi REFAT, rappreżentant ta' Tunisair, tirresjedi 17 avenue de la République-Hammam-Sousse, detentur ta' CNI Nru 02914657.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

34.

Najet Bent Haj Hamda Ben Raj Hassen BEN ALI

Tuneżina, twieldet Sousse, fit-18 ta' Settembru 1956, bint Selma HASSEN, miżżewġa lil Sadok Habib MHIRI, direttur ta' kumpannija, tirresjedi avenue de l'Imam Muslim- Khezama ouest-Sousse, detentur ta' CNI Nru 02804872.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

35.

Slaheddine Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI

Tuneżin, twieled fit-28 ta' Ottubru 1938, iben Selma HASSEN, pensjonant, armel ta' Selma MANSOUR, jirresjedi 255 cité El Bassatine - Monastir, detentur ta' CNI Nru 028106l4.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

36.

Kaïs Ben Slaheddine Ben Haj Hamda BEN ALI,

Tuneżin, twieled Tunis, fil-21 ta' Ottubru 1969, iben Selma MANSOUR, miżżewweġ lil Monia CHEDLI, amministratur ta' kumpannija, jirresjedi avenue Hédi Nouira - Monastir, detentur ta' CNI Nru 04180053.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

37.

Hamda Ben Slaheddine Ben Haj Hamda BEN ALI

Tuneżin, twieled Monastir, fid-29 ta' April 1974, iben Selma MANSOUR, mhux miżżewweġ, direttur ta' kumpannija, jirresjedi 83 Cap Marina - Monastir, detentur ta' CNI Nru 04186963.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

38.

Najmeddine Ben Slaheddine Ben Haj Hamda BEN ALI

Tuneżin, twieled Monastir, fit-12 ta' Ottubru 1972, iben Selma MANSOUR, mhux miżżewweġ, esportatur u importatur kummerċjali, jirresjedi avenue Mohamed Salah Sayadi - Skanes - Monastir, detentur ta' CNI Nru 04192479.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

39.

Najet Bent Slaheddine Ben Haj Hamda BEN ALI

Tuneżina, twieldet Monastir, fit-8 ta' Marzu 1980, bint Selma MANSOUR, miżżewġa lil Zied JAZIRI, segretarja f'kumpannija, tirresjedi rue Abu Dhar El Ghafari - Khezama est - Sousse, detentur ta' CNI Nru 06810509.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

40.

Douraied Ben Hamed Ben Taher BOUAOUINA

Tuneżin, twieled Hammam - Sousse fit-8 ta' Ottubru 1978, iben Hayet BEN ALI, direttur ta' kumpannija, jirresjedi 17 avenue de la République - Hammam-Sousse, detentur ta' CNI Nru 05590835.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

41.

Akrem Ben Hamed Ben Taher BOUAOUINA

Tuneżin, twieled Hammam - Sousse fid-9 ta' Awwissu 1977, iben Hayet BEN ALI, amministratur ta' kumpannija, jirresjedi 17 avenue de la République - Hammam-Sousse, detentur ta' CNI Nru 05590836.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

42.

Ghazoua Bent Hamed Ben Taher BOUAOUINA

Tuneżina, twieldet Monastir, fit-30 ta' Awwissu 1982, bint Hayet BEN ALI, miżżewġa lil Badreddine BENNOUR, tirresjedi rue Ibn Maja - Khezama est - Sousse, detentur ta' CNI Nru 08434380.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

43.

Imed Ben Habib Ben Bouali LTAIEF

Tuneżin, twieled Sousse, fit-13 ta' Jannar 1970, iben Naïma BEN ALI, kap ta' dipartiment ma' Tunisair, jirresjedi résidence les jardins, apt. 8C Bloc. b - El Menzah,8 -l'Ariana, detentur ta' CNI Nru 05514395.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

44.

Naoufel Ben Habib Ben Bouali LTAIEF

Tuneżin, twieled Hammam - Sousse, fit-22 ta' Ottubru 1967, iben Naïma BEN ALI, inkarigat mill-missjonijiet fil-Ministeru tat-Trasport, jirresjedi 4 avenue Tahar SFAR - El Manar. 2-Tunis, detentur ta' CNI Nru 05504161.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

45.

Montassar Ben Habib Ben Bouali LTAIEF

Tuneżin, twieled Sousse, fit-3 ta' Jannar 1973, iben Naïma BEN ALI, miżżewweġ lil Lamia JEGHAM, amministratur ta' kumpannija, jirresjedi 13 lotissement Ennakhil - Kantaoui - Hammam - Sousse, detentur ta' CNI Nru 05539378.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

46.

Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen BEN ALI

Tuneżin, twieled Pariġi, fis-27 ta' Ottubru 1966, iben Paulette HAZAT, direttur ta' kumpannija, jirresjedi Chouket El Arressa, Hammam-Sousse, detentur ta' CNI Nru 05515496 (ċittadinanza doppja).

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

47.

Slim Ben Tijani Ben Haj Hamda BEN ALI

Tuneżin, twieled Pariġi, fis-16 ta' April 1971, iben Paulette HAZAT, miżżewweġ lil Amel SAID, direttur ta' kumpannija, jirresjedi Chouket El Arressa, Hammam-Sousse, detentur ta' CNI Nru 00297112.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.

48.

Sofiene Ben Habib Ben Haj Hamda BEN ALI

Tuneżin, twieled Tunis, fit-28 ta' Awwissu 1974, iben Leila DEROUICHE, direttur kummerċjali, jirresjedi 23 rue Ali Zlitni, El Manar,2-Tunis, detentur ta' CNI Nru 04622472.

Il-persuna hija soġġetta għal investigazzjoni ġudizzjarja min-naħa tal-awtoritajiet Tuneżini fir-rigward tal-kisba ta' proprjetà immobbli u mobbli, il-ftuħ ta' kontijiet bankarji u ż-żamma ta' assi f'diversi pajjiżi bħala parti minn operazzjonijiet ta' ħasil tal-flus.


ANNESS II

LISTA TA’ AWTORITAJIET KOMPETENTI FL-ISTATI MEMBRI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 4(1), 5(1), 7 U 9(1)(a) U L-INDIRIZZ GĦAN-NOTIFIKI LILL-KUMMISSJONI EWROPEA

A.   Awtoritajiet kompetenti f’kull Stat Membru:

BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

BULGARIJA

http://www.mfa.government.bg

REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

DANIMARKA

http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

GREĊJA

http://www.mfa.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/Global+Issues/International+Sanctions/

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

LITWANJA

http://www.urm.lt

LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

PAJJIŻI L-BAXXI

http://www.minbuza.nl/sancties

AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

POLONJA

http://www.msz.gov.pl

PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

SVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

B.   Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea jew għal xi komunikazzjonijiet oħrajn magħha:

Kummissjoni Ewropea

Is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Estera

CHAR 12/106

B-1049 Bruxelles/Brussel

Belġju

Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu

Tel. +32 22955585

Fax +32 22990873