|
1.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/20 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Novembru 2011
dwar kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali għall-programmi tal-Istati Membri għall-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza tas-sajd għall-2011
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 8359)
(It-testi bil-Bulgaru, bid-Daniż, bil-Finlandiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen u bit-Taljan biss huma awtentiċi)
(2011/779/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Abbażi tat-talbiet għall-kofinanzjament tal-Unjoni li saru mill-Istati Membri fil-programmi tagħhom għall-kontroll tas-sajd għall-2011, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/431/UE tal-11 ta’ Lulju 2011 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-programmi tal-Istati Membri għall-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza tas-sajd fl-2011 (2), li ma utilizzatx parti mill-baġit disponibbli tal-2011. |
|
(2) |
Dik il-parti mhux utilizzata tal-baġit tal-2011 issa għandha tiġi allokkata permezz ta’ Deċiżjoni ġdida. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, l-Istati Membri ntalbu jippreżentaw il-programmi relatati mal-iffinanzjar addizzjonali fl-oqsma ta’ prijorità definiti mill-Kummissjoni fl-ittra tagħha lill-Istati Membri tal-20 ta’ Mejju 2011, jiġifieri l-awtomazzjoni u l-ġestjoni tad-dejta, is-sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar (is-sistemi ERS), it-tagħmir elettroniku ta’ reġistrazzjoni u rappurtar (it-tagħmir ERS) u s-sistemi ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) kif ukoll it-traċċabbiltà u l-kontroll tal-qawwa tal-magna. |
|
(4) |
Fuq dik il-bażi u minħabba r-restrizzjonijiet baġitarji, it-talbiet fil-programmi għal finanzjament mill-Unjoni relatati ma’ azzjonijiet bħal proġetti ta’ taħriġ u skambju kif ukoll skemi pilota ta’ spezzjoni u osservazzjoni, l-analiżi u l-valutazzjoni tan-nefqa, inizjattivi għall-għarfien dwar ir-regoli tal-PKS, u l-kostruzzjoni ta’ bastimenti u inġenji tal-ajru tal-għassa, ġew irrifjutati peress li ma kinux parti mill-oqsma ta’ prijorità ddefiniti hawn fuq. |
|
(5) |
Fi ħdan l-oqsma ta’ prijorità indikati mill-Kummissjoni, minħabba restrizzjonijiet baġitarji, ma setgħet tiddaħħal in-nefqa eliġibbli kollha fil-programmi. Il-Kummissjoni għażlet il-proġetti li għandhom jiġu kkofinanzjati abbażi tal-ħtiġijiet l-aktar urġenti kif definiti mill-Kummissjoni. |
|
(6) |
L-applikazzjonijiet dwar l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistgħu jikkwalifikaw għall-finanzjament mill-Unjoni. |
|
(7) |
L-applikazzjonijiet għall-finanzjament mill-Unjoni ġew ivvalutati fir-rigward tal-konformità tagħhom mar-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2007 tal-11 ta’ April 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 fir-rigward tan-nefqa mġarrba mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd [Titlu mhux uffiċjali] (3). |
|
(8) |
Huwa xieraq li l-ammonti massimi u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni jiġu ffissati fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 u li jiġu stipulati l-kundizzjonijiet li bihom tista’ tingħata din il-kontribuzzjoni. |
|
(9) |
Sabiex jitħeġġeġ l-investiment fl-azzjonijiet prijoritarji definiti mill-Kummissjoni, u fid-dawl tal-impatt negattiv tal-kriżi finanzjarja fuq il-baġits tal-Istati Membri, in-nefqa relatata mal-oqsma ta’ prijorità msemmija hawn fuq għandha tibbenefika minn rata għolja ta’ kofinanzjament, fil-limiti stabbiliti bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006. |
|
(10) |
Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni, it-tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika għandu jissodisfa r-rekwiżiti ffissati mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta’ April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (4). |
|
(11) |
Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni, it-tagħmir elettroniku ta’ reġistrazzjoni u rappurtar abbord il-bastimenti tas-sajd irid jissodisfa r-rekwiżiti ffissati mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011. |
|
(12) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistipula kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali għan-nefqa mġarrba mill-Istati Membri fl-2011 fl-implimentazzjoni tas-sistemi tal-monitoraġġ u l-kontroll applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), kif imsemmija fl-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006. Tistabbilixxi l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal kull Stat Membru, ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni u l-kundizzjonijiet li skonthom tista’ tingħata t-tali kontribuzzjoni.
Artikolu 2
Għeluq tal-impenji pendenti
Il-pagamenti kollha li għalihom qed jintalab rimborż għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat sat-30 ta’ Ġunju 2015. Il-pagamenti li jsiru minn Stat Membru wara dik id-data ta’ skadenza mhux se jkunu eliġibbli għar-rimborż. L-approprjazzjonijiet tal-baġit mhux użati relatati ma’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu diżimpenjati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016.
Artikolu 3
Teknoloġiji u netwerks ġodda tal-IT
1. In-nefqa mġarrba, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness I, fuq l-istabbiliment ta’ teknoloġiji u netwerks tal-IT ġodda sabiex jippermettu l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti u sikuri tad-dejta b’rabta mal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fi ħdan il-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.
2. Kwalunkwe nefqa oħra li ssir, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness I, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 4
Tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika
1. In-nefqa mġarrba, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness II, fuq ix-xiri u l-istallazzjoni abbord ta’ bastimenti tas-sajd ta’ tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika li jagħmilha possibbli li l-bastimenti jiġu mmonitorjati minn distanza minn ċentru għall-monitoraġġ tas-sajd permezz ta’ sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti (VMS), għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta’ prezz massimu ta’ EUR 2 500 għal kull bastiment.
3. Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1, it-tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 404/2011.
Artikolu 5
Sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar
In-nefqa mġarrba, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness III, fuq l-iżvilupp, ix-xiri, l-assistenza teknika u l-istallazzjoni ta’ komponenti neċessarji għas-sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar (ERS), sabiex jippermettu l-iskambju effiċjenti u sikur ta’ dejta relatata mal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 6
Tagħmir elettroniku ta’ reġistrazzjoni u rappurtar
1. In-nefqa mġarrba, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness IV, fuq ix-xiri u l-istallazzjoni a’ tagħmir ERS abbord bastimenti tas-sajd u li jippermetti lill-bastimenti jirreġistraw u jirrappurtaw b’mod elettroniku dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd lil Ċentru għall-Monitoraġġ tas-Sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fi ħdan il-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta’ prezz massimu ta’ EUR 3 000 għal kull bastiment, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4.
3. Sabiex jikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja, it-tagħmir tal-ERS għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 404/2011.
4. Fil-każ ta’ tagħmir li jgħaqqad funzjonijiet ERS u VMS u li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta’ prezz massimu ta’ EUR 4 500 għal kull bastiment.
Artikolu 7
Proġetti pilota
In-nefqa mġarrba, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness V, fuq proġetti pilota dwar teknoloġiji ġodda ta’ kontroll għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 8
Kontribuzzjoni massima totali mill-Unjoni għal kull Stat Membru
In-nefqa ppjanata, is-sehem eliġibbli tagħha, u l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għal kull Stat Membru huma kif ġej:
|
(f’EUR) |
|||
|
Stat Membru |
Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni |
|
Il-Bulgarija |
147 254 |
147 254 |
132 530 |
|
Ċipru |
259 000 |
255 000 |
229 500 |
|
Id-Danimarka |
2 159 798 |
1 408 564 |
1 267 708 |
|
Il-Ġermanja |
6 792 280 |
137 480 |
123 732 |
|
L-Irlanda |
51 610 000 |
250 000 |
225 000 |
|
Il-Greċja |
2 133 500 |
590 000 |
455 000 |
|
Spanja |
4 182 697 |
2 264 977 |
2 038 480 |
|
L-Italja |
4 010 000 |
1 140 000 |
1 026 000 |
|
Il-Latvja |
140 944 |
140 944 |
126 850 |
|
Il-Litwanja |
207 200 |
135 313 |
121 782 |
|
Malta |
270 664 |
191 486 |
130 313 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
300 000 |
0 |
0 |
|
Il-Polonja |
386 324 |
385 360 |
343 623 |
|
Il-Portugall |
2 843 921 |
2 395 200 |
2 155 680 |
|
Ir-Rumanija |
589 000 |
85 000 |
76 500 |
|
Il-Finlandja |
1 000 000 |
870 000 |
635 000 |
|
Ir-Renju Unit |
2 862 415 |
1 349 325 |
1 214 392 |
|
Total |
79 894 998 |
11 745 904 |
10 302 090 |
Artikolu 9
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tal-Finlandja, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Maria DAMANAKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 188, 19.7.2011, p. 50.
ANNESS I
TEKNOLOĠIJI U NETWERKS TAL-IT ĠODDA
|
(f’EUR) |
|||
|
Stat Membru u kodiċi tal-proġett |
Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni |
|
Il-Bulgarija: |
|||
|
BG/11/06 |
147 255 |
147 255 |
132 530 |
|
Subtotal |
147 255 |
147 255 |
132 530 |
|
Ċipru: |
|||
|
CY/11/09 |
4 000 |
0 |
0 |
|
CY/11/10 |
55 000 |
55 000 |
49 500 |
|
Subtotal |
59 000 |
55 000 |
49 500 |
|
Id-Danimarka: |
|||
|
DK/11/16 |
100 612 |
100 612 |
90 551 |
|
DK/11/17 |
214 638 |
0 |
0 |
|
DK/11/18 |
335 372 |
335 372 |
301 835 |
|
DK/11/19 |
268 298 |
0 |
0 |
|
DK/11/20 |
268 298 |
268 298 |
241 468 |
|
DK/11/21 |
268 298 |
268 298 |
241 468 |
|
DK/11/22 |
234 761 |
234 761 |
211 285 |
|
DK/11/23 |
201 223 |
201 223 |
181 101 |
|
DK/11/24 |
268 298 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
2 159 798 |
1 408 564 |
1 267 708 |
|
Il-Ġermanja: |
|||
|
DE/11/31 |
18 000 |
18 000 |
16 200 |
|
DE/11/32 |
2 656 400 |
0 |
0 |
|
DE/11/33 |
63 480 |
63 480 |
57 132 |
|
DE/11/34 |
56 000 |
56 000 |
50 400 |
|
DE/11/35 |
3 998 400 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
6 792 280 |
137 480 |
123 732 |
|
L-Irlanda: |
|||
|
IE/11/18 |
335 000 |
0 |
0 |
|
IE/11/19 |
100 000 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
435 000 |
0 |
0 |
|
Il-Greċja: |
|||
|
GR/11/08 |
400 000 |
400 000 |
360 000 |
|
GR/11/09 |
283 500 |
190 000 |
95 000 |
|
Subtotal |
683 500 |
590 000 |
455 000 |
|
Spanja: |
|||
|
ES/11/11 |
305 860 |
305 860 |
275 274 |
|
ES/11/14 |
253 117 |
253 117 |
227 805 |
|
Subtotal |
558 977 |
558 977 |
503 079 |
|
L-Italja: |
|||
|
IT/11/19 |
120 000 |
120 000 |
108 000 |
|
IT/11/21 |
300 000 |
300 000 |
270 000 |
|
IT/11/22 |
1 900 000 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
2 320 000 |
420 000 |
378 000 |
|
Il-Litwanja: |
|||
|
LT/11/08 |
55 000 |
13 113 |
11 802 |
|
Subtotal |
55 000 |
13 113 |
11 802 |
|
Malta: |
|||
|
MT/11/05 |
125 165 |
73 165 |
65 848 |
|
MT/11/07 |
16 741 |
16 741 |
8 371 |
|
Subtotal |
141 906 |
89 906 |
74 219 |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi: |
|||
|
NL/11/05 |
300 000 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
300 000 |
0 |
0 |
|
Il-Polonja: |
|||
|
PL/11/03 |
226 415 |
226 415 |
203 774 |
|
PL/11/04 |
8 964 |
8 000 |
4 000 |
|
Subtotal |
235 379 |
234 415 |
207 774 |
|
Il-Portugall: |
|||
|
PT/11/25 |
125 000 |
125 000 |
112 500 |
|
PT/11/26 |
105 000 |
0 |
0 |
|
PT/11/27 |
98 000 |
98 000 |
88 200 |
|
PT/11/28 |
135 500 |
0 |
0 |
|
PT/11/29 |
385 000 |
385 000 |
346 500 |
|
PT/11/30 |
265 700 |
265 700 |
239 130 |
|
Subtotal |
1 114 200 |
873 700 |
786 330 |
|
Ir-Rumanija: |
|||
|
RO/11/10 |
300 000 |
0 |
0 |
|
RO/11/12 |
24 000 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
324 000 |
0 |
0 |
|
Il-Finlandja: |
|||
|
FI/11/09 |
500 000 |
370 000 |
185 000 |
|
Subtotal |
500 000 |
370 000 |
185 000 |
|
Ir-Renju Unit: |
|||
|
UK/11/67 |
1 153 270 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
1 153 270 |
0 |
0 |
|
Total |
16 979 564 |
4 898 410 |
4 174 674 |
ANNESS II
TAGĦMIR GĦAL-LOKALIZZAZZJONI AWTOMATIKA
|
(f’EUR) |
|||
|
Stat Membru u kodiċi tal-proġett |
Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni |
|
Il-Greċja: |
|||
|
GR/11/03 |
400 000 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
400 000 |
0 |
0 |
|
Spanja: |
|||
|
ES/11/12 |
996 000 |
830 000 |
747 000 |
|
Subtotal |
996 000 |
830 000 |
747 000 |
|
L-Italja: |
|||
|
IT/11/18 |
720 000 |
720 000 |
648 000 |
|
Subtotal |
720 000 |
720 000 |
648 000 |
|
Total |
2 116 000 |
1 550 000 |
1 395 000 |
ANNESS III
SISTEMI ELETTRONIĊI TA’ REĠISTRAZZJONI U RAPPURTAR
|
(f’EUR) |
|||
|
Stat Membru u kodiċi tal-proġett |
Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni |
|
L-Irlanda: |
|||
|
IE/11/22 |
250 000 |
250 000 |
225 000 |
|
Subtotal |
250 000 |
250 000 |
225 000 |
|
Il-Latvja: |
|||
|
LV/11/02 |
140 944 |
140 944 |
126 850 |
|
Subtotal |
140 944 |
140 944 |
126 850 |
|
Il-Portugall: |
|||
|
PT/11/21-03 |
50 000 |
50 000 |
45 000 |
|
Subtotal |
50 000 |
50 000 |
45 000 |
|
Ir-Rumanija: |
|||
|
RO/11/03 |
85 000 |
85 000 |
76 500 |
|
Subtotal |
85 000 |
85 000 |
76 500 |
|
Il-Finlandja: |
|||
|
FI/11/10 |
500 000 |
500 000 |
450 000 |
|
Subtotal |
500 000 |
500 000 |
450 000 |
|
Ir-Renju Unit: |
|||
|
UK/11/69 |
172 990 |
172 990 |
155 691 |
|
Subtotal |
172 990 |
172 990 |
155 691 |
|
Total |
1 198 935 |
1 198 935 |
1 079 041 |
ANNESS IV
TAGĦMIR ELETTRONIKU TA’ REĠISTRAZZJONI U RAPPURTAR ELETTRONIKU
|
(f’EUR) |
|||
|
Stat Membru u kodiċi tal-proġett |
Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni |
|
Ċipru: |
|||
|
CY/11/11 |
200 000 |
200 000 |
180 000 |
|
Subtotal |
200 000 |
200 000 |
180 000 |
|
Spanja: |
|||
|
ES/11/13 |
1 022 000 |
876 000 |
788 400 |
|
Subtotal |
1 022 000 |
876 000 |
788 400 |
|
Il-Litwanja: |
|||
|
LT/11/09 |
152 200 |
122 200 |
109 980 |
|
Subtotal |
152 200 |
122 200 |
109 980 |
|
Malta: |
|||
|
MT/11/09 |
7 693 |
7 693 |
6 924 |
|
MT/11/10 |
5 567 |
5 567 |
5 010 |
|
Subtotal |
13 260 |
13 260 |
11 934 |
|
Il-Polonja: |
|||
|
PL/11/05 |
100 630 |
100 630 |
90 567 |
|
PL/11/06 |
50 314 |
50 314 |
45 283 |
|
Subtotal |
150 944 |
150 944 |
135 850 |
|
Il-Portugall: |
|||
|
PT/11/21-01 |
1 228 500 |
1 228 500 |
1 105 650 |
|
PT/11/21-02 |
243 000 |
243 000 |
218 700 |
|
Subtotal |
1 471 500 |
1 471 500 |
1 324 350 |
|
Ir-Renju Unit: |
|||
|
UK/11/68 |
1 176 335 |
1 176 335 |
1 058 701 |
|
Subtotal |
1 176 335 |
1 176 335 |
1 058 701 |
|
Total |
4 186 239 |
4 010 239 |
3 609 215 |
ANNESS V
PROĠETTI PILOTA
|
(f’EUR) |
|||
|
Stat Membru u kodiċi tal-proġett |
Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni |
|
L-Italja: |
|||
|
IT/11/20 |
750 000 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
750 000 |
0 |
0 |
|
Malta: |
|||
|
MT/11/06 |
88 320 |
88 320 |
44 160 |
|
MT/11/08 |
3 447 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
91 767 |
88 320 |
44 160 |
|
Ir-Renju Unit: |
|||
|
UK/11/66 |
359 820 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
359 820 |
0 |
0 |
|
Total |
1 201 587 |
88 320 |
44 160 |
ANNESS VI
PROGRAMMI TA’ TAĦRIĠ U SKAMBJU
|
(f’EUR) |
|||
|
Stat Membru u kodiċi tal-proġett |
Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni |
|
L-Irlanda: |
|||
|
IE/11/20 |
25 000 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
25 000 |
0 |
0 |
|
Malta: |
|||
|
MT/11/11 |
12 731 |
0 |
0 |
|
MT/11/12 |
11 000 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
23 731 |
0 |
0 |
|
Il-Portugall: |
|||
|
PT/11/23 |
100 226 |
0 |
0 |
|
PT/11/24 |
15 995 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
116 221 |
0 |
0 |
|
Total |
164 952 |
0 |
0 |
ANNESS VII
SKEMI PILOTA TA’ SPEZZJONI U OSSERVAZZJONI
|
(f’EUR) |
|||
|
Stat Membru u kodiċi tal-proġett |
Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni |
|
Ir-Rumanija: |
|||
|
RO/11/11 |
180 000 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
180 000 |
0 |
0 |
|
Total |
180 000 |
0 |
0 |
ANNESS VIII
NEFQA GĦALL-ANALIŻI U L-VALUTAZZJONI
|
(f’EUR) |
|||
|
Stat Membru u kodiċi tal-proġett |
Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni |
|
Il-Portugall: |
|||
|
PT/11/21-04 |
50 000 |
0 |
0 |
|
PT/11/21-05 |
42 000 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
92 000 |
0 |
0 |
|
Total |
92 000 |
0 |
0 |
ANNESS IX
INIZJATTIVA GĦALL-GĦARFIEN DWAR IR-REGOLI TAL-PKS
|
(f’EUR) |
|||
|
Stat Membru u kodiċi tal-proġett |
Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni |
|
L-Italja: |
|||
|
IT/11/16 |
110 000 |
0 |
0 |
|
IT/11/17 |
110 000 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
220 000 |
0 |
0 |
|
Total |
220 000 |
0 |
0 |
ANNESS X
BASTIMENTI U INĠENJI TAL-AJRU TAL-GĦASSA
|
(f’EUR) |
|||
|
Stat Membru u kodiċi tal-proġett |
Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali addizzjonali għall-kontroll tas-sajd |
Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni |
Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni |
|
L-Irlanda: |
|||
|
IE/11/21 |
50 900 000 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
50 900 000 |
0 |
0 |
|
Il-Greċja: |
|||
|
GR/11/02 |
1 050 000 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
1 050 000 |
0 |
0 |
|
Spanja: |
|||
|
ES/11/10 |
785 600 |
0 |
0 |
|
ES/11/15 |
820 120 |
0 |
0 |
|
Subtotal |
1 605 720 |
0 |
0 |
|
Total |
53 555 720 |
0 |
0 |