|
1.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Ġunju 2011
dwar il-kwantità ta’ kwoti madwar l-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3e(3) (a) sa (d) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/389/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3e(3)(a) sa (d) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 3e(3)(a) sa (d) tad-Direttiva 2003/87/KE jipprovdi għal deċiżjoni mill-Kummissjoni, qabel il-bidu ta’ kull perjodu ta’ negozjar, tiġi ffissata l-kwantità totali ta’ kwoti li se jinħolqu, jiġu irkantati, jitpoġġew fir-riserva speċjali pprovduta fl-Artikolu 3f(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, u jitqassmu b’xejn lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru. Dawn il-kwantitajiet għandhom jiġu determinati aritmetikament miċ-ċifra dwar l-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni li ġiet stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/149/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar l-emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni skont l-Artikolu 3c(4) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju [in-negozjar] ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (2), b’219 476 343 tunnellata ta’ CO2. |
|
(2) |
Wara l-adattament għall-inkorporazzjoni fil-Ftehim taż-ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 6/2011 tal-1 ta’ April 2011 li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) għall-Ftehim dwar iż-ŻEE (3), l-Artikolu 3e(3) tad-Direttiva 2003/87/KE jipprovdi wkoll għall-kalkoli ta’ kwantitajiet ta’ kwoti madwar iż-ŻEE mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE meta din id-Deċiżjoni tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 3e(3)(e) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3f (5) tad-Direttiva 2003/87/KE (imdaħħlin mal-inkorporazzjoni fil-Ftehim taż-ŻEE), il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-livell madwar iż-ŻEE, li jeħtieġ li jkun imsejjes fuq il-kwantitajiet ta’ kwoti stabbiliti madwar iż-ŻEE mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Skont dan, ma tistax tittieħed deċiżjoni dwar il-livell sakemm jiġu stabbiliti l-kwantitajiet madwar iż-ŻEE mill-Kumitat Kunġunt taż-ŻEE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-għadd totali ta’ kwoti madwar l-Unjoni msemmi fl-Artikolu 3c(1) tad-Direttiva 2003/87/KE relatat mal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012 huwa 212 892 053.
2. L-għadd totali ta’ kwoti madwar l-Unjoni msemmi fl-Artikolu 3c(2) tad-Direttiva 2003/87/KE relatat ma’ kull sena tal-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 huwa 208 502 526.
Artikolu 2
1. L-għadd totali ta’ kwoti madwar l-Unjoni msemmi fl-Artikolu 3d(1) tad-Direttiva 2003/87/KE relatat mal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012 huwa 31 933 808.
2. L-għadd totali ta’ kwoti madwar l-Unjoni msemmi fl-Artikolu 3d(2) tad-Direttiva 2003/87/KE relatat ma’ kull sena tal-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 huwa 31 275 379.
Artikolu 3
L-għadd totali ta’ kwoti madwar l-Unjoni msemmi fl-Artikolu 3f(1) tad-Direttiva 2003/87/KE relatat mar-riserva speċjali huwa 50 040 608.
Artikolu 4
1. L-għadd totali ta’ kwoti madwar l-Unjoni msemmi fl-Artikolu 3e(3)(d) tad-Direttiva 2003/87KE relatat mal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012 huwa 180 958 245.
2. L-għadd totali ta’ kwoti madwar l-Unjoni msemmi fl-Artikolu 3e(3)(d) tad-Direttiva 2003/87/KE relatat ma’ kull sena tal-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013 huwa 170 972 071.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO