|
22.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTA EUJUST LEX-IRAQ/1/2011
tal-21 ta’ Ġunju 2011
dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni għall-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ
(2011/359/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari it-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/330/PESK tal-14 ta’ Ġunju 2010 dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/330/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà huwa awtorizzat, skont l-Artikolu 38 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ (minn issa msejjħa “ EUJUST LEX-IRAQ”), inkluża b’mod partikolari, d-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà pproponiet il-ħatra tal-Viċi Kap attwali tal-Missjoni ta’ EUJUST LEX-IRAQ, Carl TORNELL, bħala Kap tal-Missjoni mill-1 ta’ Lulju 2011 sal-ħatra sussegwenti ta’ Kap tal-Missjoni ġdid, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Carl TORNELL huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni ta’ EUJUST LEX-IRAQ mill-1 ta’ Lulju 2011 sal-ħatra sussegwenti ta’ Kap tal-Missjoni ġdid.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, il-21 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
O. SKOOG