|
21.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Novembru 2009
dwar l-Għajnuna mill-Istat C 18/09 (ex N 360/09) implimentata mill-Belġju għal KBC
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 8980)
(It-test bl-Ingliża biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/396/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont dawn id-dispożizzjonijiet (1),
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
B’Deċiżjoni tat-18 ta’ Diċembru 2008 (2) (minn hawn ‘il quddiem “id-Deċiżjoni tar-rikapitalizzazzjoni”), il-Kummissjoni kkonkludiet li r-rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 3,5 biljun tal-KBC provduta mill-gvern Federali Belġjan (3) (minn hawn ‘il quddiem “l-ewwel rikapitalizzazzjoni”) kienet kompatibbli mas-suq komuni bħala għajnuna ta’ salvataġġ fuq il-bażi tal-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat għal perjodu ta’ sitt xhur. Il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha talbet ukoll is-sottomissjoni ta’ pjan mill-awtoritajiet Belġjani fi żmien sitt xhur. |
|
(2) |
Fit-22 ta’ Jannar 2009, il-gvern Fjamming u KBC ħabbru iżjed tisħiħ tal-bażi tal-kapital ta’ KBC permezz ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 2 biljun mill-gvern Fjamming. Il-gvern Fjamming (4) barra minn hekk obbliga ruħu li jipprovdi faċilità ta’ riżerva addizzjonali ta’ EUR 1,5 biljun (minn hawn ‘il quddiem imsejħa flimkien “it-tieni rikapitalizzazzjoni”). |
|
(3) |
Fl-14 ta’ Mejju 2009, il-gvern Federali Belġjan (5) u KBC ħabbru li laħqu ftehim dwar miżura ta’ salvataġġ tal-assi (minn hawn ‘il quddiem “il-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat”) biex tkopri r-riskju ta’ KBC għal Obbligi tad-Djun Garantit (minn hawn ‘il quddiem “CDOs”). Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni dwar it-tieni rikapitalizzazzjoni u l-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat fit-18 ta’ Mejju, it-8 ta’ Ġunju u t-12 ta’ Ġunju 2009. |
|
(4) |
L-awtoritajiet Belġjani ssottomettew pjan ta’ ristrutturar għal KBC fit-18 ta’ Ġunju 2009 fir-rigward tal-ewwel rikapitalizzazzjoni. |
|
(5) |
L-awtoritajiet Belġjani nnotifikaw it-tieni rikapitalizzazzjoni u l-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat fid-19 ta’ Ġunju 2009. |
|
(6) |
Fit-30 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni approvat it-tieni rikapitalizzazzjoni għal perjodu ta’ sitt xhur, soġġetta għas-sottomissjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar, u temporanjament approvat il-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat. Fl-istess ħin, fetħet il-proċedura skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat fir-rigward tal-evalwazzjoni u aspetti oħra tal-miżura tal-Protezzjoni mill-Istat (minn hawn ‘il quddiem “id-Deċiżjoni tal-ftuħ” (6). |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni tal-ftuħ ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7) u l-partijiet interessati ġew mitluba li jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-għajnuna. Fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Belġjani biex jissottomettu pjan ta’ ristrutturar emendat li jikkunsidra wkoll it-tieni rikapitalizzazzjoni u l-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat sat-30 ta’ Settembru 2009. Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda kumment mill-partijiet interessati. |
|
(8) |
Fir-rigward tal-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat, l-awtoritajiet Belġjani ssottomettew informazzjoni oħra fit-3 ta’ Lulju, il-21 t’Awwissu, it-2, l-4, it-22, il-25 u t-30 ta’ Settembru u t-13, is-16 u l-20 ta’ Ottubru 2009. |
|
(9) |
Il-pjan ta’ ristrutturar ġie diskuss bejn l-awtoritajiet Belġjani u s-servizzi tal-Kummissjoni f’sensiela ta’ laqgħat fit-23 ta’ Lulju, is-6, it-18 u s-27 t’Awwissu, id-9, l-10, l-14, il-15 u t-23 ta’ Settembru 2009. |
|
(10) |
L-awtoritajiet Belġjani ssottomettew informazzjoni dwar il-pjan ta’ ristrutturar fit-2, l-4, l-10, il-11, is-16, is-17, it-22, l-24, il-25, it-28 u t-30 ta’ Settembru, l-1, is-16, id-19 u l-21 ta’ Ottubru u t-3, l-4 u s-6 ta’ Novembru 2009. |
|
(11) |
Fl-4 ta’ Novembru 2009, l-awtoritajiet Belġjani infurmaw lill-Kummissjoni li għal raġunijiet ta’ urġenza, huma kienu qiegħdin jaċċettaw b’mod eċċezzjonali li din id-Deċiżjoni tiġi adottata bil-lingwa Ingliża. |
2. DESKRIZZJONI TAL-BENEFIĊJARJU
|
(12) |
Il-Grupp KBC NV (minn hawn ‘il quddiem “KBC”) huwa l-kumpanija holding tal-KBC Bank NV, KBC Verzekeringen NV u l-KBL European Private Bankers (minn hawn ‘il quddiem “KBL EPB”). KBC hu grupp ta’ bankassigurazzjoni integrat, li jservi primarjament klijenti tal-imnut, intrapriżi żgħar u medji (minn hawn ‘il quddiem “SMEs”) u klijenti bankarji privati. KBC hu wieħed mill-istituzzjonijiet finanzjarji ewlenin fil-Belġju. Minbarra l-attivitajiet tiegħu fil-Belġju, l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, KBC hu preżenti fir-Russja, ir-Rumanija, is-Serbja, diversi pajjiżi tal-Ewropa tal-Punent inkluża l-Irlanda u fuq skala iżgħar fl-Istati Uniti tal-Amerika u l-Asja tax-Xlokk. |
|
(13) |
Għall-2008, l-assi totali fuq il-karta tal-bilanċ ta’ KBC kienu jammontaw għal EUR 355,6 biljun u EUR 178,3 biljun f’termini ta’ assi mwieżna għar-riskju (minn hawn ‘il quddiem “RWA”) (8). Irreġistra telf ta’ EUR 2,5 biljun fl-2008. Il-valur fis-suq tal-KBC naqas b’mod sinifikanti, minn EUR 23 biljun fl-1 ta’ Awwissu 2008 għal EUR 11,8 biljun fit-23 ta’ Ottubru 2009. KBC iħaddem 56 716 persuna madwar id-dinja, li minnhom 19 196 huma fil-Belġju u 31 947 jinsabu fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u r-Russja. KBC għandu 8,2 miljun klijent fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u r-Russja (stimi tal-2007). Hemm iżjed informazzjoni dettaljata dwar KBC fit-taqsima 2.1 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ. |
|
(14) |
Wara t-telf tat-tielet kwart tal-2008 ta’ EUR 906 miljun, li rriżultaw primarjament mill-espożizzjoni tal-bank għas-CDOs tiegħu, il-banek Islandiżi, Lehman Brothers u Washington Mutual, KBC kellu bżonn isaħħaħ il-bażi kapitali tiegħu. Dan wassal għall-ewwel rikapitalizzazzjoni ta’ EUR 3,5 biljun mill-awtoritajiet Belġjani f’Diċembru 2008, deskritt f’iżjed dettall fit-taqsima 3 tal-ewwel Deċiżjoni ta’ rikapitalizzazzjoni tat-18 ta’ Diċembru 2008 (9). |
|
(15) |
Fil-15 ta’ Jannar 2009, l-aġenzija ta’ klassifikazzjoni Moody’s ħabbret li kienet irrevediet ċerti preżunzjonijiet ewlenin fil-klassifikazzjoni tagħha ta’ CDOs sintetiċi korporattivi. B’konsegwenza, iddeċidiet li tnaqqas il-klassifikazzjoni ta’ diversi kategoriji ta’ CDOs, għalkemm ma speċifikatx liema CDOs ġew affetwati. Wara dik it-tħabbira, il-prezz tal-ishma ta’ KBC waqa’ taħt pressjoni ħarxa. Konsegwentement, KBC iddeċieda li jiddepprezza kompletament n-noti CDO non-super senior kollha (10) fil-portafoll tiegħu oriġinati minn KBC Financial Products, kumpanija sussidjarja sħiħa ta’ KBC (minn hawn ‘il quddiem “KBC FP”) u li jsaħħaħ il-bażi tal-kapital tiegħu permezz tat-tieni miżura tar-rikapitalizzazzjoni sottoskritta kompletament mill-awtoritajiet Belġjani. It-taqsima 2.2 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ (11) tiddeskrivi ċ-ċirkostanzi li wasslu għar-rikapitalizzazzjoni mill-awtoritajiet Belġjani u t-taqsima 2.3.1 ta’ dik id-Deċiżjoni tiddeskrivi d-dettalji tal-ftehim f’iżjed dettall. |
|
(16) |
Ir-ristutturar tal-impriża tal-assigurazzjoni f’linja waħda, Municipal Bond Insurance Association, (minn hawn ‘il quddiem “MBIA”), l-impriża tar-riassigurazzjoni ta’ parti sinifikanti tal-portafoll tas-CDO ta’ KBC (EUR 14,4 biljun), f’Marzu 2009, żied ir-riskju tal-kontraparti ta’ KBC u l-esponiment għall-MBIA. Barra minn hekk, il-volatilità miżjuda tal-firxa tal-kreditu, li kellha impatt negattiv dirett fuq l-evalwazzjoni tal-marka għas-suq tas-CDOs, wasslet għal aġġustamenti negattivi tal-valur negattiv ta’ EUR 3,8 biljun fil-kontijiet ta’ KBC għall-ewwel kwart tal-2009. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv ieħor tal-portafoll tas-CDO fuq il-kont tal-qligħ u t-telf ta’ KBC fil-ġejjieni, KBC laħaq ftehim mal-awtoritajiet Belġjani fl-14 ta’ Mejju 2009 dwar miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat għall-portafoll tas-CDO super-senior tiegħu. It-taqsima 2.2 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ (12) tiddeskrivi ċ-ċirkostanzi li wasslu għall-ħolqien tal-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat mill-awtoritajiet Belġjani u t-taqsima 2.3.2 ta’ dik id-Deċiżjoni tiddeskrivi d-dettalji tal-ftehim bejn l-awtoritajiet Belġjani u KBC. |
3. IL-MIŻURI TA’ GĦAJNUNA
|
(17) |
KBC ibbenefika minn tliet miżuri ta’ għajnuna mill-awtoritajiet Belġjani, żewġ rikapitalizzazzjonijiet u l-miżura tal-Protezzjoni mill-Istat. |
3.1. L-EWWEL U T-TIENI RIKAPITALIZZAZZJONI
|
(18) |
L-ewwel rikapitalizzazzjoni ħadet il-forma ta’ injezzjoni ta’ EUR 3,5 biljun b’kollox ta’ kapital ewlieni Tier-1 permezz ta’ titoli bir-Rendiment Imtejjeb maħruġa minn KBC u kompletament sottoskritti mill-awtoritajiet Belġjani. Il-prezz tal-ħruġ hu EUR 29,50 għal kull titolu. |
|
(19) |
Dawk it-titoli perpetwi għandhom jipproduċu kupun pagabbli kull sena ekwivalenti għall-għola minn:
|
|
(20) |
Il-kupun jitħallas biss jekk jitħallas dividend fuq l-ishma ordinarji, sakemm il-pożizzjoni ta’ adegwatezza tal-kapital ta’ KBC tkun u tibqa’ sodisfaċenti kemm qabel kif ukoll wara l-ħlas fl-opinjoni tal-Kummissjoni Belġjana Bankarja, tal-Finanzi u tal-Assigurazzjoni (minn hawn ‘il quddiem “CBFA”) (13). It-titoli huma subordinati ħafna, u f’pożizzjoni ta’ pari passu mal-ishma ordinarji. |
|
(21) |
Hemm żewġ xenarji ta’ tisrif, li t-tnejn isiru fuq inizjattiva ta’ KBC. Fl-ewwel xenarju, KBC ikollu d-dritt li jsarraf it-titoli kollha maħruġa jew uħud minnhom għall-prezz ta’ EUR 44,25 għal kull titolu (li huma 150 % tal-prezz tal-ħruġ), flimkien mal-ħlas ta’ kwalunkwe imgħax dovut, fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-ħruġ. Fit-tieni xenarju, fi kwalunkwe żmien wara 3 snin, KBC jista’ jitlob lill-awtoritajiet Belġjani biex jaqleb il-parti tiegħu f’ishma ordinarji fuq bażi ta’ wieħed għal kull wieħed. Jekk KBC juża dik l-opzjoni tal-qlib, l-awtoritajiet Belġjani jkollhom l-għażla li jagħżlu t-tisrif alternattiv tat-titoli flimkien mal-ħlas tal-interess dovut. Aktar informazzjoni dwar l-ewwel rikapitalizzazzjoni tinsab fit-taqsima 3 tad-Deċiżjoni dwar ir-rikapitalizzazzjoni. |
|
(22) |
It-tieni rikapitalizzazzjoni ħadet il-forma ta’ injezzjoni tal-kapital ta’ kapital ewlieni Tier-1 mill-awtoritajiet Belġjani fil-forma ta’ titoli. It-termini tal-ftehim huma prattikament identiċi għall-ewwel rikapitalizzazzjoni ħlief li t-titoli mhumiex konvertibbli f’ishma ordinarji, u jistgħu jissarrfu biss għal 150 % tal-prezz tal-ħruġ (ara l-Artikolu 2.3.1 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ). |
3.2. IL-MIŻURA TA’ PROTEZZJONI MILL-ISTAT
|
(23) |
L-awtoritajiet Belġjani taw protezzjoni kontra telf ta’ kreditu realizzat fuq il-portafoll tas-CDO ta’ KBC għal perjodu li jkorrispondi għall-maturità ta’ kull CDO (14). Il-portafoll totali għandu valur nominali ta’ EUR […] (*1) biljun. Il-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat tkopri biss il-porzjon super-senior ta’ 15–il CDO speċifiku, li jammontaw għal EUR 20 biljun (15). Dak l-esponiment jikkonsisti f’EUR 14,4 biljun ta’ noti super-senior u tal-klassi A hedged ma’ (MBIA), u EUR 5,5 biljun ta’ noti super-senior, super-mezzanine u tal-klassi A miżmuma minn KBC (16). |
|
(24) |
Il-protezzjoni mill-Istat ma tkoprix il-porzjonijiet tal-ewkità, junior u l-maġġoranza tal-porzjonijiet mezzanine tas-CDOs. Il-porzjonijiet ‘il barra mill-ambitu tal-miżura tal-Protezzjoni mill-Istat jammontaw għal EUR 3,9 biljun. It-telf f’dawk il-porzjonijiet, li KBC ikollu jerfa’ r-responsabbiltà għalih kompletament, għandu jiġi realizzat qabel jiġu affetwati l-porzjonijiet garantiti iżjed senior u qabel tibda tapplika l-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat. |
|
(25) |
Barra minn hekk, KBC diġà għamel proviżjoni għal telf ta’ pprezzar skont il-valur fis-suq sinifikanti. Fil-kontijiet tal-ewwel kwart tal-2009, li ġew ippubblikati fl-istess żmien bħall-miżura tal-Protezzjoni mill-Istat, KBC kien iddeprezza l-valur tas-CDOs koperti mill-miżura tal-Protezzjoni mill-Istat minn EUR 23,9 biljun għal EUR 14,7 biljun (17). KBC wasal għal dak ir-riżultat billi ddeprezza kważi n-noti kollha tal-ishma, junior u mezzanine tas-CDOs għal żero kif ukoll billi wettaq xi aġġustamenti fil-valur tan-noti super-senior fil-portafoll tas-CDO. B’kollox, dan id-deprezzament kien jammonta għal madwar EUR […]. |
|
(26) |
Il-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat fuq EUR 20 biljun tan-noti super-senior hi strutturata fi tliet porzjonijiet (ara c-Ċart 1 fil-premessa (31) għall-istruttura tal-miżura). L-ewwel porzjon hu magħmul minn telf tal-ewwel li jammonta għal EUR 3,2 biljun li hu kompletament merfugħ minn KBC. Dan it-telf ma jinkludix it-telf fuq l-ekwità, junior u mezzanine msemmija fil-premessa 24. Kieku dan it-telf kellu jiġi inkluż, l-ewwel telf kien ikun ta’ madwar EUR 7,1 biljun. |
|
(27) |
It-tieni porzjon tat-tranżazzjoni jibda b’EUR 16,8 biljun u jittratta ż-EUR 2 biljun l-oħra ta’ telf. F’każ ta’ telf f’din il-firxa (minn hawn ‘il quddiem “Firxa tal-Ekwità”), l-awtoritajiet Belġjani jobbligaw ruħhom li jipprovdu kapital lil KBC forma ta’ ishma ġodda ta’ KBC bil-valur tas-suq (18) jew titoli ibridi. Il-kapital provdut mill-awtoritajiet Belġjani għandu jkopri sa 90 % tat-telf fil-Firxa tal-Ekwità (EUR 1,8 biljun). Fi kliem ieħor, l-awtoritajiet Belġjani impenjaw ruħhom li jipprovdu faċilità ta’ ekwità ta’ riserva lil KBC li tista’ tingħata minħabba telfiet speċifiċi fil-portafoll tas-CDOs ta’ KBC. L-avvenimentopzjoni possibbiltà ta’ injezzjoni ta’ ekwità tapplika fuq bażi ta’ tranżazzjoni (19). |
|
(28) |
Il-punt tal-involviment (jiġifieri, il-punt tal-ftuħ) ta’ EUR 16,8 biljuni hu bbażat fuq parametri li jippermettu lil KBC Bank iżomm proporzjon ewlieni Tier-1 ta’ iżjed minn 8 % u KBC Insurance proporzjon ta’ solvenza ta’ iżjed minn 150 %. Għaldaqstant, il-parametri fil-bidu ma kinux ibbażati fuq evalwazzjoni tal-portafoll. |
|
(29) |
Il-Firxa tal-Ekwità hi soġġetta għal diversi kundizzjonijiet. L-ewwel nett, KBC iżomm l-opzjoni li ma jdurx għall-injezzjoni ta’ ekwità u għaldaqstant jagħżel li ma jkunx parti mill-ħruġ tal-ekwità lill-awtoritajiet Belġjani. It-tieni nett, jekk KBC jitlob lill-awtoritajiet Belġjani għall-kapital sabiex ikopri t-telfiet tiegħu fil-Firxa tal-Ekwità u b’konsegwenza ta’ dan, l-awtoritajiet Belġjani jiksbu iżjed minn 30 % tad-drittijiet tal-vot, li jkunu jistgħu jirrikjedu li huma jagħmlu offerta mandatorja biex jieħdu l-kontroll, l-awtoritajiet Belġjani jkollhom l-opzjoni li jissottoskrivu għal kapital ibridu minflok. Dak il-kapital ibridu jiġi rimunerat bejn wieħed u ieħor bl-istess mod bħat-titoli diġà maħruġa lill-awtoritajiet Belġjani u jkunu konvertibbli f’ishma ordinarji, skont kif jagħżlu għall-awtoritajiet Belġjani, bil-prezz tas-suq fiż-żmien li jkunu nħarġu (20). It-tielet nett, f’każ li l-awtoritajiet Belġjani jiddeċiedu li jbiegħu l-ishma tagħhom lil terza parti, KBC ikollu d-dritt tal-ewwel rifjut b’rabta ma’ dak il-bejgħ u jista’ jixtri dawk l-ishma bil-prezz tas-suq. |
|
(30) |
It-tielet porzjon jibda b’EUR 14,8 biljun (minn hawn ‘il quddiem “Firxa tal-Flus”). Il-Firxa tal-Flus hi effettivament garanzija mill-awtoritajiet Belġjani li tikkumpensa lil KBC bi flus għal parti mit-telf riżultanti f’dak il-porzjon. Għaldaqstant, kwalunkwe telf fil-portafoll tas-CDO li jaqbeż EUR 9,1 biljun (telf ta’ EUR 3,9 biljun fil-porzjonijiet tal-ekwità, junior u mezzanine, EUR 3,2 biljun l-ewwel telf u EUR 2 biljun fil-Firxa tal-Ekwità fil-porzjon super-senior) jinqasam bejn l-awtoritajiet Belġjani u KBC. L-awtoritajiet Belġjani f’dak il-każ jerfgħu r-responsabbiltà għal 90 % (EUR 13,3 biljun) tat-telf u KBC jerfa’ 10 % (EUR 1,5 biljun). |
|
(31) |
Bħal fl-opzjoni tal-injezzjoni tal-ekwità, il-garanzija tapplika fuq bażi ta’ tranżazzjoni. Peress li hemm strumenti koperti relatati ma’ 15-il CDO (kull waħda tranżazzjoni waħda), għaldaqstant effettivament hemm 15–il garanzija (21). B’konsegwenza ta’ dan, kull waħda mill-15-il CDO sintetika għandha punt ta’ involviment differenti u għaldaqstant telf mistenni differenti. B’konsegwenza, is-CDOs għandhom jiġu evalwati individwalment u l-garanzija provduta għandha tkun individwali għal kull CDO (jiġifieri, mhux se jkun hemm garanzija waħda fuq il-portafoll aggregat). Dik l-istruttura speċifika kienet meħtieġa biex jinkiseb tqabbil perfett bejn il-valur ta’ pprezzar skont il-valur fis-suq tal-portafoll garantit u l-valur ta ‘pprezzar skont il-valur fis-suq tal-garanzija bl-għan li titneħħa l-volatilità tal-qligħ u t-telf ikkawżata miċ-ċaqliq fil-valur tal-CDOs, l-għan aħħari tal-miżura. Tabella 1 Struttura tal-Miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat
|
Rimunerazzjoni tal-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat
|
(32) |
Fir-rigward tal-Firxa tal-Ekwità, KBC iħallas għad-dritt għal injezzjoni ta’ ekwità (minn hawn ‘il quddiem “miżata tas-sottoskrizzjoni”). Il-miżata tas-sottoskrizzjoni hi bbażata fuq 650 punti ta’ bażi (minn hawn ‘il quddiem “bps”) fis-sena. Għaldaqstant, peress li l-Firxa tal-Ekwità tammonta għal EUR 1,8 biljun, il-miżata tiswa lil KBC madwar EUR 120 miljun għal kull sena li ma tiġix eżerċitata, jew total ta’ EUR 718 miljun. |
|
(33) |
Fir-rigward tal-Firxa tal-Ekwità, in-nefqa totali tal-garanzija bi flus għandha tammonta għal madwar EUR 1,33 biljun, li għandha titħallas fi tnax–il pagament parzjali semiannwali (minn hawn ‘il quddiem “miżata tal-garanzija”). Dik il-miżata tkun daqs it-telf mistenni tat-tielet porzjon (22), fil-każ li r-riżultat tal-portafoll jikkorrispondi mal-medja bejn ix-xenarju bażiku u x-xenarju tal-istress (23) u Aġġustament ta’ Valutzzjoni tal-Kreditu MBIA ta’ 67,5 %. |
|
(34) |
B’kollox, KBC għandu jħallas miżata ta’ madwar EUR 2,04 biljun lill-awtoritajiet Belġjani, li jirriżultaw mill-miżata tas-sottoskrizzjoni (EUR 718 miljun (24) u l-garanzija bi flus (EUR 1,33 biljun (25). Iż-żewġ tariffi huma pagabbli fi tnax-il pagament parzjali semiannwali ugwali, li jibdew f’Diċembru 2009 u li jispiċċaw f’Ġunju 2015. |
4. IL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR
4.1. IL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR INIZJALI
|
(35) |
Fit-18 ta’ Ġunju 2009, ġie sottomess pjan ta’ ristrutturar għal KBC mill-awtoritajiet Belġjani bħala segwitu għall-ewwel rikapitalizzazzjoni li ġiet approvata mill-Kummissjoni fit-18 ta’ Diċembru 2008 għal perjodu ta’ sitt xhur. Il-pjan kien fih analiżi preliminari tan-negozju ta’ KBC, l-istrateġija futura ta’ KBC, miżuri li jirristawraw il-vijabbiltà u l-ħlas lura tal-miżuri tal-Istat. |
|
(36) |
Il-pjan ta’ ristrutturar, madankollu, ma kienx jilħaq il-kriterji stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar (26) għax ma kienx jikkunsidra t-tieni rikapitalizzazzjoni u l-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat. Barra minn hekk, il-pjan ma pprovdiex pjan kummerċjali dettaljat u ma kienx jinkludi miżuri li jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni. |
4.2. IL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR FINALI
|
(37) |
Fit-30 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni approvat it-tieni rikapitalizzazzjoni għal perjodu ta’ sitt xhur u temporanjament approvat il-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tat lill-awtoritajiet Belġjani tliet xhur (sat-30 ta’ Settembru 2009) biex jiżviluppaw pjan ta’ ristrutturar sostanzjat, li kellu jqis il-miżuri kollha tal-Istat favur KBC. |
|
(38) |
L-awtoritajiet Belġjani ssottomettew il-pjan ta’ ristrutturar finali fid-data dovuta. Il-pjan jindirizza l-kwistjonijiet sostantivi tal-vijabbiltà, il-qsim tal-piż u l-limitazzjoni tat-tfixkil tal-kompetizzjoni. Peress li KBC hu organizzat f’ħames unitajiet kummerċjali differenti, il-Belġjun (Imnut), l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u r-Russja (minn hawn ‘il quddiem “CEE-R”), Servizzi Bankarji Kummerċjali, Servizzi Bankarji Privati Ewropa u Servizzi Maqsuma, il-pjan ta’ ristrutturar hu ddisinjat fuq dawn il-linji. |
|
(39) |
Skont il-pjan ta’ ristrutturar, KBC għandu jsir grupp iżgħar u iżjed iffukat, u joqgħod lura minn attivitajiet riskjużi u pajjiżi li fihom għandu preżenza tas-suq limitata. KBC se jżomm biss attivitajiet li jwasslu għal riżultati sostenibbli fuq bażi indipendenti. Għandu jżomm ukoll il-mudell ta’ bankassigurazzjoni tiegħu. Fi ħdan il-mudell ta’ bankassigurazzjoni, KBC għandu jiffoka fuq klijenti bl-imnut, privati, SMEs u mid-cap u għandu primarjament jikkonċentra fuq sitt pajjiżi (27). KBC se jibqa’ jiffoka fuq CEE-R. Se jnaqqas ukoll il-profil ta’ riskju globali, il-volatilità u l-ingranaġġ tiegħu. |
|
(40) |
Il-pjan ta’ ristrutturar sottomess mill-awtoritajiet Belġjani jipprovdi li l-karta tal-bilanċ ta’ KBC se tonqos fuq bażi pro forma (28) b’20 % f’termini tal-RWA u bi 17 % fuq bażi ta’ assi totali. Il-miżuri ta’ vijabbiltà, li huma t-tnaqqis progressiv tal-portafoll FP ta’ KBC, jammontaw għal […] % tal-karta tal-bilanċ totali filwaqt li ċ-ċessjoni tammonta għal […] % tat-total tal-karta tal-bilanċ. |
|
(41) |
Il-pjan ta’ ristrutturar jipprovdi li KBC għandu jċedi diversi entitajiet. Fil-pjan kummerċjali ta’ din iċ-ċessjoni, KBC għamel preżunzjoni li l-prezzijiet tal-bejgħ […]. Il-bejgħ kollu hu mistenni li jseħħ fi żmien […]. |
4.2.1 KAPAĊITÀ TA’ RITORN GĦALL-VIJABBILTÀ B’KAŻ BAŻIKU U TA’ STRESS
|
(42) |
L-awtoritajiet Belġjani ssottomettew xenarju bażiku u ta’ stress bl-għan li juru l-kapaċità ta’ KBC biex tintlaħaq vijabbiltà fuq perjodu taż-żmien twil. |
|
(43) |
Fil-każ bażiku, hu peżunt li l-PDG jonqos fis-swieq ewlenin tiegħu fil-perjodu 2009-2010 segwit b’irkuprar relattivament veloċi fl-2011. Il-prezzijiet tal-ekwità huma mistennija li jirkupraw fl-2009 jew l-2010, skont il-kundizzjonijiet tas-suq lokali. |
|
(44) |
[…] |
|
(45) |
KBC jistenna li jilħaq l-miri tal-kapital interni tiegħu fil-każ bażiku matul il-perjodu ta’ projezzjoni (2009-2013), b’Tier 1 bir-rata ta’ 8,8 % fl-2009 u iżjed minn 10 % minn dak iż-żmien ‘il quddiem. Il-kompożizzjoni tal-kapital regolatorju ta’ KBC ikun dejjem iżjed dominat mill-fondi proprji b’konsegwenza tal-qligħ miċ-ċessjoni li għandu jtejjeb il-kwalità tal-kapital regolatorju ta’ KBC. Fil-każ bażiku, KBC għandu l-ewwel jiġġenera l-kapital żejjed (meta l-kapital attwali jaqbeż il-miri tal-kapital intern ta’ proporzjon Tier 1 ta’ 10 %) fl-2011. Għaldaqstant għandu jibda jħallas lura l-parti prinċipali tal-kapital tal-Istat mill-2012 ‘il quddiem. |
|
(46) |
L-awtoritajiet Belġjani ssottomettew ukoll xenarju ta’ stress. Simili għall-każ bażiku, il-PDG jonqos fil-perjodu 2009-2010, u jogħla wara dak iż-żmien. Madankollu, l-irkuprar ekonomiku sussegwenti se jkun dgħajjef ħafna. Pereżempju, dan ix-xenarju jipprevedi li l-PDG reali Belġjan se jsofri waqgħa kumulattiva ta’ […] % bejn l-2008 u l-2011, u mhux se jkun irkupra l-livell tal-2008 tiegħu sal-aħħar tal-2013. |
|
(47) |
[…] |
|
(48) |
Fix-xenarju ta’ stress, KBC jistenna li jkun kapaċi jilħaq il-miri tal-kapital intern tiegħu fil-każ ta’ stress matul il-perjodu tal-projezzjoni. Il-proporzjon ta’ Tier 1 tiegħu se jkun […] % fl-2009 u għandu jibqa’ l-fuq minn […] % mill-2010 ‘il quddiem. Din l-evoluzzjoni pjuttost mhux kiefra ta’ proporzjonijiet tal-kapital hi minħabba l-fatt li l-karta tal-bilanċ ta’ KBC hi mistennija li tonqos b’mod sinifikanti fix-xenarju ta’ stress, peress li l-attività ekonomika u għaldaqstant id-domanda għas-self se jkunu ferm imnaqqsa. Se tibda tiġġenera ammonti limitati ta’ kapital żejjed minn […], l-iżjed minħabba tnaqqis sostanzjali fl-RWA iżjed milli tkabbir tal-profitt, […]. |
|
(49) |
Fil-pjan ta’ ristrutturar, l-awtoritajiet Belġjani ddeskrivew ukoll il-pożizzjoni tal-likwidità ta’ KBC. Mill-aħħar tal-2008, KBC kellu proporzjon ta’ self għad-depożitu ta’ 88 %. Fil-kriżi sa issa, ma sofriex minn problemi ta’ likwidità, u ma kellux idur għal kwalunkwe skema ta’ garanzija ta’ fondi mill-Istat. Għandu dipendenza relattivament limitata fuq fondi minn swieq tal-kapital. F’termini tal-istruttura tal-fondi tiegħu, 64 % tal-istrumenti tad-dejn tiegħu kienu jdumu iżjed minn sena. L-istruttura ta’ dawk il-fondi hi proġettata li tibqa’ relattivament stabbli fuq il-ftit snin li ġejjin, b’waqgħa moderata fid-dipendenza fuq il-fondi bl-ingrossa. Iċ-ċessjoni ta’ uħud mill-entitajiet […] għandha barra minn hekk issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ likwidità tagħha. |
4.2.2 MIŻURI TA’ RISTRUTTURAR MILL-UNITÀ KUMMERĊJALI
(…)
Belġju (Imnut)
|
(50) |
KBC hu wieħed mill-aqwa tliet banek fil-Belġju, u normalment ikun it-tieni jew it-tielet f’termini tas-sehem tas-suq tiegħu tal-parti l-kbira mill-attivitajiet bankarji. Iżomm […] % tad-depożiti, jiġġenera […] % tas-self u l-kontijiet għal […] % tan-negozju tal-fondi tal-investiment, […] % tal-ħajja u […] % tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja. |
|
(51) |
L-awtoritajiet Belġjani jipproponu li KBC iżomm il-maġġoranza tal-attivitajiet tiegħu fil-Belġju u li jibqa’ fornitur integrat tal-bankassigurazzjoni. Skont l-awtoritajiet Belġjani, dawn l-attivitajiet huma integrati sew taħt id-ditta ta’ KBC u jifformaw parti mill-mudell kummerċjali ewlieni tiegħu. |
|
(52) |
Madankollu, il-pjan ta’ ristrutturar jipprovdi li KBC għandu jbiegħ lil Centea (servizzi bankarji bbażati fuq aġent) u Fidea (assigurazzjoni bbażata fuq aġent). Centea tirrapreżenta bejn […] % u […] % tas-suq Belġjan fil-biċċa l-kbira tas-segmenti tal-prodotti filwaqt li Fidea tirrapreżenta madwar 2 % tas-suq tal-assigurazzjoni Belġjan. Dan il-bejgħ għandu jnaqqas l-RWA tal-unità bankarja Belġjana b’16 % (EUR 3,8 biljun). |
Ewropa Ċentrali u tal-Lvant & Russja
|
(53) |
Skont il-pjan ta’ ristrutturar, KBC għandu jżomm il-preżenza tiegħu f’ħames (minn disgħa) pajjiżi fejn diġà hu stabbilit sew. Dawk il-pajjiżi huma, fl-ordni tas-sehem tagħhom fis-servizzi bankarji tradizzjonali (self u depożiti); Ir-Repubblika Ċeka (22 %), l-Ilovakkja (10 %), l-Ungerija (9 %), il-Polonja (4 %) u l-Bulgarija (3 %). KBC għandu wkoll operazzjonijiet ta’ assigurazzjoni f’kull wieħed minn dawn il-pajjiżi, skont il-mudell ta’ bankassigurazzjoni. |
|
(54) |
KBC se jwaqqaf l-attivitajiet tiegħu fis-Serbja (sehem tas-suq ta’ KBC 1 %), ir-Russja (1 %), ir-Rumanija ([…] %, servizzi ta’ assigurazzjoni u kiri biss) u l-Islovenja ([…] % - KBC għandu sehem ta’ minoranza fin-negozju kkonċernat). KBC se jbiegħ l-operazzjonijiet tiegħu f’pajjiżi oħra fejn is-sehem tas-suq tiegħu hu relattivament żgħir jew fejn l-attivitajiet tiegħu mhumiex konformi mal-mudell ta’ bankassigurazzjoni. Se jbiegħ ukoll kumpanija sussidjarja finanzjarja tal-konsum Pollakka (Zagiel), li ma kienetx integrata kompletament fl-attivitajiet Pollakki tiegħu. Dan il-bejgħ għandu jseħħ fuq […], minbarra l-attività Russa li mhijiex previdibbli sa […]. L-RWA tal-unità bankarja CEE-R se jonqos bi 11 % (EUR 4,4 biljun). |
|
(55) |
Barra minn hekk, KBC għandu l-ħsieb li jdaħħal fl-elenku 40 % tal-banek tiegħu fir-Repubblika Ċeka (ČSOB) u l-Ungerija (K & H), li fil-preżent huma sussidjarji 100 % ta’ KBC. Ser idaħħalhom fl-elenku tal-Boroż lokali. |
Servizzi bankarji kummerċjali
|
(56) |
Fir-rigward tas-servizzi bankarji kummerċjali, il-pjan ta’ ristrutturar jipprovdi li KBC se jċedi jew iwaqqaf partijiet sinifikanti tal-Unità Kummerċjali tas-Servizzi Bankarji tiegħu. B’konsegwenza, RWA se jonqos b’ […] % (EUR […] biljun) f’dik l-unità kummerċjali. KBC FP, l-entità li ġġenerat is-CDOs kollha, se tiġi progressivament imwaqqfa maż-żmien. KBC se jbiegħ l-attivitajiet tiegħu fir-Renju Unit, […], kif ukoll l-Antwerp Diamond Bank, il- […], […], […], […] tiegħu u l-KBC Private Equity. |
|
(57) |
KBC għandu jżomm l-attivitajiet li huma meħtieġa biex jipprovdu servizz għall-SMEs ewlenin tiegħu u l-klijenti korporattivi, l-iżjed dawk Belġjani. Dawn huma attivitajiet bħall-ġbir ta’ fondi u tranżazzjonijiet tal-valuta. KBC se jżomm in-negozju tas-servizzi bankarji korporattivi tiegħu, il-fergħat barranin li huma meħtieġa biex jipprovdu servizz għall-klijenti korporattivi lokali b’attivitajiet barra l-pajjiż, il-KBC Securities, Market and Assurisk (riassigurazzjoni). |
Servizzi bankarji privati
|
(58) |
Skont il-pjan ta’ ristrutturar, KBC se jbiegħ in-negozji kollha tiegħu fl-unità tas-Servizzi Bankarji Privati Ewropej tiegħu. KBC għandu l-ħsieb li jbiegħ dawn l-attivitajiet fil- […]. Dan għandu jnaqqas l-RWA b’EUR 5,7 biljun. |
Servizzi Maqsuma
|
(59) |
Meta wieħed iqis in-natura ta’ din l-unità kummerċjali, il-pjan ta’ ristrutturar jipprovdi li KBC se jżomm il-biċċa l-kbira mill-attivitajiet. KBC se jżomm attivitajiet fosthom il-ġestjoni tal-assi, il-finanzjament tal-kummerċ, il-kiri u l-finanzjament tal-konsumatur. KBC se jċedi diversi attivitajiet, fosthom […], fost oħrajn […]. B’konsegwenza taċ-ċessjoni, l-RWA se jonqos b’madwar EUR […] miljun. |
4.2.3 RISTRUTTURAR FINANZJARJU
|
(60) |
Sabiex jitħallas l-Istat u fl-istess ħin jinżamm il-kapital ta’ 10 % Tier-1, il-pjan ta’ ristrutturar fih dawn il-miżuri ta’ ristrutturar finanzjarju:
Il-kapital totali ġġenerat permezz tal-miżuri msemmija qabel hu maħsub li jkun madwar EUR […] biljun, miksuba primarjament permezz ta’ […]. |
4.2.4 ĦLAS LURA LILL-ISTAT
|
(61) |
Fir-rigward tal-ħlas lura lill-awtoritajiet Belġjani, il-pjan ta’ ristrutturar jipprovdi li, KBC, fil-każ bażiku, se jibda jħallas kupuni mill-2011 ‘il quddiem, li jfisser li l-awtoritajiet Belġjani jirċievu EUR 600 miljun. Ir-rimborż tal-ammont prinċipali tar-rikapitalizzazzjonijiet għandu jibda ladarba KBC ikun saħħaħ il-pożizzjoni tal-kapital tiegħu permezz ta’ ċessjonijiet u r-ristrutturar finanzjarju (mill-2012 ‘il quddiem). Hekk kif il-ħlas lura tal-ammont nominali tar-rikapitalizzazzjoni jipprogressa, ir-rimunerazzjoni tal-awtoritajiet Belġjani permezz tal-ħlas tal-kupuni jonqos. KBC jippjana li jibda l-ħlas lura fl-2012 (EUR […] biljun) u jqis li l-injezzjonijiet tal-kapital se jitħallsu lura kompletament […] fil-każ bażiku. |
4.2.5 OBBLIGI TAL-AWTORITAJIET BELĠJANI
4.2.5.1 Obbligi Tal-Aġir
|
(62) |
L-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom, fil-limiti tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, li jiżguraw il-konformità ta’ KBC mal-obbligi elenkati fil-premessi (63) sa (77) inklużivi. |
|
(63) |
Fir-rigward tad-dewmien ta’ dawn l-obbligi tal-aġir, l-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li, bla preġudizzju għall-possibbiltà li l-Kummissjoni tagħti eżenzjoni, notevolment fuq il-bażi ta’ talba raġunata biżżejjed mill-awtoritajiet Belġjani, l-obbligi tal-aġir elenkati fil-premessi (63) sa (77) inklużivi japplikaw għal tul ta’ żmien ta’ […] snin mid-data tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni jew, sakemm l-ammonti nominali sottoskritti mill-awtoritajiet Belġjani, fid-19 ta’ Diċembru u l-20 ta’ Lulju rispettivament, ikunu ssarrfu, skont liema sseħħ l-ewwel (29). |
|
(64) |
L-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li KBC għandu jagħmel l-almu tiegħu biex iżomm il-politika tas-self tiegħu mal-ekonomija reali fil-pajjiżi fejn għandu attivitajiet tal-imnut. Il-kreditu provdut minn KBC għandu jkun fuq termini kummerċjali. |
|
(65) |
Ikomplu jimpenjaw ruħhom li KBC iżomm il-proporzjon ta’ solvenza tiegħu tal-qalba ta’ Tier-1 mill-anqas sa […] % u l-fondi bażiċi tiegħu sa […] % (30). |
|
(66) |
Fir-rigward tal-projbizzjoni fuq l-akkwisti, l-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li KBC se jżomm lura mill-akkwist tal-kontroll, kif definit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (31), tal-istituzzjonijiet finanzjarji. KBC barra minn hekk għandu jżomm milli jakkwista kontroll ta’ negozji oħra minbarra istituzzjonijiet finanzjarji jekk dan l-akkwist inaqqas il-pass tal-ħlas lura tal-ammont ta’ EUR 7 biljun ta’ titoli ewlenin Tier-1 bl-Imgħax Imtejjeb lil-awtoritajiet Belġjani kif ippjanat fil-pjan ta’ ristruttar li ġie notifikat lill-Kummissjoni fit-30 ta’ Settembru 2009 u approvat b’din id-Deċiżjoni. Minkejja din il-projbizzjoni, KBC jista’ jikseb negozji jekk ikollu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, b’mod partikolari jekk dan jitqies essenzjali biex iħares l-istabbiltà finanzjarja jew il-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti. |
|
(67) |
L-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li KBC għandu josserva din il-projbizzjoni ta’ tmexxija ta’ prezzijiet:
|
|
(68) |
L-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom ukoll li KBC se jżomm minn marketing tal-massa li jinvoka l-miżuri bħala vantaġġ f’termini kompetittivi. |
|
(69) |
Fir-rigward tal-limitazzjoni tar-rimunerazzjoni eżekuttiva ta’ KBC, l-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom:
|
|
(70) |
L-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li KBC se jagħmel l-almu tiegħu biex jiżgura, għall-benefiċċju tal-awtoritajiet Belġjani, ritorn globali tat-titoli sottoskritti minnhom ta’ minimu ta’ 10 % p.a. |
|
(71) |
L-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li jinnotifikaw mill-ġdid l-ewwel rikapitalizzazzjoni skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat jekk isseħħ waħda minn dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet biex b’hekk ikun inqas possibbli li jinkiseb ir-ritorn globali ta’ ‘l fuq minn 10 % fis-sena,:
|
|
(72) |
Bl-istess mod, l-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li jinnotifikaw mill-ġdid it-tieni rikapitalizzazzjoni skont l-Artikolu 88(3) tat-Tratatt jekk tinqala’ din is-sitwazzjoni u b’hekk isir inqas probabbli li jinkiseb r-ritorn globali ta’ iżjed minn 10 % fis-sena,:
|
|
(73) |
Sakemm f’waħda mix-xenarji deskritti fil-premessi 71 u 72 ma jintwerix li n-nuqqas ta’ ħlas tad-dividends ikun ikkawżat minn avvenimenti tas-suq normali jew li minkejja n-nuqqas ta’ ħlas tad-dividends, ir-ritorn globali se jkun xorta iżjed minn 10 % fis-sena, il-Kummissjoni, mingħajr ma tesprimi d-dubji dwar l-injezzjoni tal-kapital, li tkun ġiet dikjarata kompatibbli mas-suq komuni, tista’ fil-kuntest tan-notifika mill-ġdid, b’mod partikolari titlob iżjed restrizzjonijiet fuq l-aġir. |
|
(74) |
Fir-rigward tar-rimunerazzjoni tat-titoli alternattivi skont il-miżura tal-Protezzjoni mill-Istat, l-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li l-kupun li jkun pagabbli fuq il-klassi alternattiva ta’ titoli tal-kapital ewlieni li għandhom jinħarġu minn KBC kieku l-awtoritajiet Belġjani kellhom jiksbu iżjed minn 30 % tad-drittijiet tal-voti skont il-Firxa tal-Ekwità tal-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat, għandu jkun ugwali għal […]. |
|
(75) |
L-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom ukoll li KBC jew kwalunkwe mis-sussidjarji tiegħu m’għandhomx jinvolvu ruħhom fil-ħolqien ta’ Obbligi tad-Djun Kollateralizzat (“CDOs”) (32). Hu mifhum li t-tranżazzjonijiet tat-titoli li ma jaqgħux taħt din id-definizzjoni ta’ CDOs ma jaqgħux taħt l-ambitu ta’ dan l-obbligu. Dan hu pereżempju l-każ għal tranżazzjonijiet tas-siguratizzazzjoni għal finijiet ta’ ġestjoni ta’ kapital regolatorju jew riskju tal-kreditu jew għall-ġenerazzjoni tal-likwidità. |
|
(76) |
Fir-rigward tal-ħlas ta’ kupuni u sejħiet għall-opzjonijiet fuq il-kapital ibridu, sakemm il-Kummissjoni ma taqbilx mod ieħor ma’ eżenzjoni, l-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li:
|
|
(77) |
Finalment, l-awtoritajiet Belġjani impenjaw ruħhom li KBC jorganizza d-drittijiet tal-ġestjoni tal-awtoritajiet Belġjani fir-rigward tal-portafoll garantit skont il-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat, b’mod li l-interessi tal-awtoritajiet Belġjani bħala l-garanti jkunu garantiti kif dovut filwaqt li jinżamm livell xieraq ta’ flessibbiltà għal KBC sabiex jirreaġixxi malajr għal ċirkostanzi li jinbidlu fis-suq u biex isiru l-aġġustamenti u l-bidliet rilevanti kif xieraq. Id-dokumentazzjoni legali tal-portafoll garantit tipprovdi għal miżuri ta’ protezzjoni għal investituri terzi, kontrapartijiet super senior u għaldaqstant, b’estensjoni, l-awtoritajiet Belġjani kontra kunflitti ta’ interess possibbli fil-ġestjoni tal-portafoll garantit. Barra s-salvagwardji skont id-dokumentazzjoni legali oriġinali, il-ftehim mal-awtoritajiet Belġjani li jirregola l-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat għandu b’mod partikolari jipprovdi għad-dritt tal-awtoritajiet Belġjani li jissorveljaw il-ġestjoni tal-portafoll garantit. Fejn xieraq, l-awtoritajiet Belġjani għandhom jingħataw drittijiet ta’ kunsens biex aktar jipproteġu l-interessi tagħhom. |
4.2.5.2. Ċessjonijiet u tnaqqis ta’ portafolli kummerċjali
|
(78) |
L-awtoritajiet Belġjani barra minn hekk impenjaw ruħhom, fil-limiti tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, li jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw il-konformità ta’ KBC mal-obbligi mniżżla fil-premessi (79) sa (97) inklużivi. |
|
(79) |
KBC għandu jieħu l-passi meħtieġa għaċ-ċessjoni tal-entitajiet jew l-assi (minn hawn ‘il quddiem “Negozju(i) Ċedut(i)”) kif imniżżla fil-premessa (80) li għandha tiġi implimentata saż-żmien imsemmi. Din iċ-ċessjoni għandha titqies li ġiet implimentata meta KBC ikun daħal fi ftehim li jorbot għall-bejgħ […] fl-entità jew l-ass ikkonċernat. Ftehim li jorbot legalment hu ftehim li ma jistax jitħassar unilateralment minn KBC u li għandu l-intenzjoni li joħloq relazzjoni legali li fuqha tista’ toqgħod kull parti u li, fil-każ tat-terminazzjoni tal-ftehim minn KBC, twassal għal responsabbiltà ta’ KBC lejn il-parti l-oħra. Dak il-ftehim li jorbot legalment jista’ xorta jkun suġġett għal numru ta’ kundizzjonijiet abitwali preċedenti bħall-approvazzjoni mill-awtoritajiet rilevanti ta’ sorveljanza. |
|
(80) |
Fir-rigward tan-negozji ċeduti, l-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li KBC se jċedi dawn l-entitajiet sa […]:
|
(i) |
[…] sa
[…]
(ii) |
KBL EPB sa
[…]
(iii) |
[…] sa
[…]
(iv) |
Centea sa
[…]
(v) |
Fidea sa
[…]
(vi) |
Antwerp Diamond Bank by
[…]
(vii) |
Implimentazzjoni ta’ ċessjonijiet ta’ NLB […] Zagiel […] sa
[…]
(viii) |
Absolut bank (Russja) sa
[…]
Obbligi tal-Preżervazzjoni tal-Valur
|
(81) |
Fir-rigward tal-preżervazzjoni tal-valur tan-negozji ċeduti, l-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li KBC għandu jiżgura li:
|
|
(82) |
L-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li KBC għandu jeżerċita l-aħjar sforzi tiegħu biex jappoġġja x-xerrejja tan-Negozji Ċeduti fil-migrazzjoni għall-infrastruttura adattata għall-operat kontinwu tan-Negozji Ċeduti. […]. |
|
(83) |
Mid-data ta’ din id-Deċiżjoni sal-implimentazzjoni taċ-ċessjoni, l-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li KBC għandu jippreżerva l-vijabbiltà ekonomika, l-adattezza għas-suq u l-kompetittività tan-Negozji Ċeduti skont il-prassi tajba tan-negozju u għandu jimminimizza kemm jista’ jkun possibbli kwalunkwe riskju ta’ telf tal-potenzjal kompetittiv tagħhom. KBC għandu jkompli jmexxi n-Negozji Ċeduti bħala negozju attiv fil-mod ordinarju u tas-soltu kif kien isir qabel id-data ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(84) |
L-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li l-ebda atti li jista’ jkollhom impatt negattiv sinifikanti fuq in-Negozji Ċeduti ma jistgħu jitwettqu minn KBC. […]. |
Obbligi addizzjonali taċ-ċessjoni fir-rigward ta’ Centea u Fidea
|
(85) |
Fir-rigward tax-xerrej(ja) prospettiv(i) ta’ Centea u Fidea, l-awtoritajiet Belġjani taw l-impenn li KBC għandu jiżgura li:
|
|
(86) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li KBC għandu jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex jiżgura identifikazzjoni ċara tan-negozji Centea u Fidea u jibda jħejji s-separazzjoni tagħhom minn negozji li huma integrati f’KBC f’entitajiet distinti u li jistgħu jinbiegħu separatament minnufih wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni. Bla preġudizzju għall-obbligi tal-preżervazzjoni tal-valur kif stabbiliti fil-premessi (81) sa (83), Centea and Fidea se jkunu mmexxija bħala entitajiet distinti u li jistgħu jinbiegħu mid-data tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni. Sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet kollha tal-mexxejja bejn id-data ta’ din id-Deċiżjoni u l-implimentazzjoni taċ-ċessjoni ikunu fl-aħjar interessi ta’ Centea u Fidea bl-għan li jiġu żgurati l-vijabbiltà kontinwa ekonomika tagħhom, il-potenzjal tagħhom fis-suq u l-kompetittività tagħhom, KBC għandu jaħtar hold separate manager (34) separat għal kull wieħed minn dawn in-negozji għandu jiżgura li l-hold separate manager jaħdem b’mod indipendenti. Dak il-hold separate manager jista’ jkun is-CEO attwali ta’ dawk in-negozji. Il-hold separate manager għandu jmexxi dawn in-negozji ċeduti (Centea u Fidea) fl-aħjar interess tagħhom, b’konsultazzjoni komuni ma’ KBC, kif issorveljat mit-Trustee tas-Sorveljanza. |
Trustee tas-Sorveljanza
|
(87) |
Għandu jinħatar trustee tas-sorveljanza li għandu jirrapporta fuq bażi ta’ kull sitt xhur lill-Kummissjoni dwar il-konformità mill-awtoritajiet Belġjani u minn KBC mal-obbligi mniżżla fil-premessi (78) sa (86). It-trustee ta’ sorveljanza għandu jkun indipendenti, ikollu l-kwalifiċi meħtieġa u m’għandux ikun soġġett għal kunflitt ta’ interessi matul it-twettiq tal-mandat tiegħu. |
|
(88) |
Mhux iżjed tard minn xahar wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet Belġjani għandhom jissottomettu lista ta’ persuna waħda jew iżjed, maqbul mal-KBC, li jipproponu li jaħtru bħala trustee(s) tas-sorveljanza lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Il-Kummissjoni għandu jkollha d-diskrezzjoni li tapprova jew tirrifjuta t-trustee(s) proposti fuq il-bażi tal-kriterji deskritti fil-premessa 87. Jekk il-Kummissjoni tirrifjuta t-trustee(s) proposti kollha, KBC u l-awtoritajiet Belġjani għandhom, fi żmien xahar minn meta jiġu infurmati bir-rifjut, jipproponu kandidati ġodda li għal darb’oħra għandhom jiġu approvati jew irrifjutati mill-Kummissjoni. Jekk it-trustee(s) l-oħra kollha li jiġu proposti jiġu rrifjutati mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għanda tinnomina trustee, li KBC għandu jaħtar, jew jikkawża li jinħatar, skont mandat ta’ trustee approvat mill-Kummissjoni. |
Reviżjoni tal-Pakkett tal-obbligi
|
(89) |
Fejn xieraq u fuq il-bażi ta’ talba raġunata biżżejjed mill-awtoritajiet Belġjani u KBC u wara li jitqiesu l-fehmiet tat-trustee tal-monitoraġġ, il-Kummissjoni tista’:
|
|
(90) |
Kwalunkwe talbiet ta’ din ix-xorta għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni mhux iżjed tard minn xahrejn qabel id-data fil-mira. |
Trustee taċ-ċessjoni
|
(91) |
Jekk iċ-ċessjonijiet ma jkunux intlaħqu sad-dati fil-mira rilevanti u mhux iżjed tard minn xahar wara l-aħħar data fil-mira li ma tistax tiġi estiża, u jekk l-ebda miżuri alternattivi ma jkunu ġew approvati mill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Belġjani għandhom jissottomettu lista ta’ persuna waħda jew iżjed, kif maqbul ma’ KBC, li jipproponu biex jinħatru bħala trustee(s) taċ-ċessjoni lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. It-trustee taċ-ċessjoni għandu jkun indipendenti, ikollu l-kwalifiċi meħtieġa u ma jkunx suġġett għal kunflitt ta’ interessi matul it-twettiq tal-mandat tiegħu. Il-Kummissjoni jkollha d-diskrezzjoni li tapprova jew tirrifjuta t-trustee(s) taċ-ċessjoni proposti. Jekk il-Kummissjoni tirrifjuta t-trustee(s) tad-divestiment proposti, KBC u l-awtoritajiet Belġjani għandhom, fi żmien xahar minn meta jiġu infurmati bir-rifjut, jipproponu kandidati ġodda li għal darb’oħra għandhom bżonn jiġu approvati jew irrifjutati mill-Kummissjoni. Jekk it-trustee(s) l-oħra kollha proposti jiġu rrifjutati mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tinnomina trustee, li KBC għandu jaħtar, jew jikkawża li jinħatar, skont il-mandat tat-trustee approvat mill-Kummissjoni. |
|
(92) |
L-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li KBC għandu jagħti l-prokuri meħtieġa u raġonevoli lit-trustee taċ-ċessjoni:
|
|
(93) |
Il-Kummissjoni għandha tawtorizza, wara li tkun ikkunsidrat l-alternattivi raġonevoli kif proposti skont l-arranġamenti tar-reviżjoni kif stabbiliti fil-premessa 89, lit-trustee taċ-ċessjoni li jbiegħ in-Negozji Ċeduti kkonċernati […]. It-trustee taċ-ċessjoni għandu jinkludi fil-ftehim(iet) tal-bejgħ u x-xiri dawk it-termini u l-kundizzjonijiet ordinarji u raġonevoli li huma xierqa għal bejgħ espedjenti. It-trustee taċ-ċessjoni għandu jorganizza l-proċess tal-bejgħ b’konsultazzjoni ma’ KBC sabiex jiżgura ċessjoni fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli, suġġett għall-obbligi tiegħu taċ-ċessjoni […] fil-perjodu taċ-ċessjoni tat-trustee skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-premessi 91 u 92. |
|
(94) |
Barra minn hekk, il-miżati u l-ispejjeż kollha tat-trustees tas-sorveljanza u ċ-ċessjoni għandhom jitħallsu minn KBC. |
Tnaqqis tal-portafolli kummerċjali
|
(95) |
L-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li KBC għandu jieħu l-passi meħtieġa għat-tnaqqis tal-portafolli kummerċjali tal-entitajiet imniżżla isfel li għandhom jitlestew sad-dati fil-mira kif stabbiliti għal kull waħda minn dawn l-entitajiet. Mid-data ta’ din id-Deċiżjoni sat-tlestija tat-tnaqqis, KBC għandu jirrispetta perjodu ta’ waqfa fir-rigward tal-ammont ta’ RWA (35) rappreżentat minn dawn il-portafolli kummerċjali. Rigward dan l-impenn, “waqfa” tfisser li KBC ma jidħolx fi kwalunkwe negozju ġdid f’dawn il-portafolli kummerċjali u li d-deċiżjonijiet tal-mexxejja ta’ KBC fir-rigward tal-portafolli kummerċjali jista’ biss ikollhom effett newtrali jew ta’ tnaqqis fuq l-ammont tal-RWA attribwit għal dawn il-portafolli kummerċjali fiż-żmien ta’ din id-Deċiżjoni. KBC mhux se jkun obbligat li jċedi jew b’xi mod ieħor ineħħi l-oġġetti tal-portafoll jew jittermina l-kuntratti eżistenti f’kundizzjonijiet li jirriżultaw f’telf jew obbligu għal KBC. KBC għaldaqstant se jnaqqas dawn il-portafolli kummerċjali:
|
(i) |
[…] sa:
[…]
(ii) |
KBC FP sa:
[…]
(iii) |
[…] sa:
[…]
Id-dħul fl-elenku taż-żewġ assi tas-CEE-R
|
(96) |
L-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li KBC se jwettaq il-tqegħid fil-Boroż tal-ishma ta’ ČSOB (Repubblika Ċeka) u K & H bank (Ungerija) […]. |
4.2.5.3. Monitoraġġ
|
(97) |
L-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li KBC jipprovdi lill-Kummissjoni rapporti dettaljati fuq bażi ta’ kull sitt xhur permezz tal-awtoritajiet Belġjani. Ir-rapporti għandu jkun fihom informazzjoni dwar il-miżuri tar-rikapitalizzazzjoni (kif imsemmi fil-punt 40 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni (36), it-tħaddim tal-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat (kif imsemmi fl-Anness IV tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġjati, minn hawn ‘il quddiem “IAC” (37), u l-pjan ta’ ristrutturar (kif imsemmi fil-punt 46 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar (38). L-ewwel rapport, li jikkombina dik l-informazzjoni kollha, għandu jiġi sottomess lill-Kummissjoni mhux iżjed tard minn sitt xhur wara d-data ta’ din id-Deċiżjoni. |
5. RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA DWAR IL-MIŻURA TA’ PROTEZZJONI MILL-ISTAT
|
(98) |
Il-Kummissjoni tfakkar li f’dan il-każ, fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fuq il-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat dwar l-evalwazzjoni, ir-rimunerazzjoni, il-qsim tal-piż u l-arranġamenti tal-ġestjoni tal-assi fit-30 ta’ Ġunju 2009. |
|
(99) |
Fir-rigward tal-evalwazzjoni, il-Kummissjoni kienet esprimiet dubji dwar il-preżunzjonijiet sottostanti u l-metodoloġija użata mill-esperti. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ħasset il-ħtieġa li tivverifika l-preżunzjonijiet ta’ korrelazzjoni mat-Titoli Ggarantiti minn Assi (minn hawn ‘il quddiem “ABS”) u tad-dejn korporattiv, it-traċċabbiltà tal-preżunzjonijiet tal-prezz tad-djar u l-livelli korporattivi tan-nuqqas tal-ħlas lura (premessa (83) tad-Deċiżjoni tal-ftuħ). |
|
(100) |
Peress li r-rimunerazzjoni mħallsa minn KBC hi dipendenti wkoll fuq l-evalwazzjoni tal-portafoll tas-CDO, il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (93) tad-Deċiżjoni tal-ftuħ li kienet meħtieġa evalwazzjoni addizzjonali tal-kwistjoni. Għall-istess raġunijiet, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk il-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat kinetx tipprovdi għal qsim tal-piż suffiċjenti (premessa 88 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ). |
|
(101) |
Fir-rigward tal-ġestjoni tal-assi, il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (80) tad-Deċiżjoni tal-ftuħ li ma kellhiex biżżejjed informazzjoni biex tikkonkludi jekk l-arranġamenti previsti mill-awtoritajiet Belġjani jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-IAC. |
6. KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI
|
(102) |
Il-Kummissjoni osservat li ma waslu l-ebda kummenti minn terzi partijiet interessati fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-ftuħ dwar il-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat. |
7. KUMMENTI MILL-BELĠJU
7.1. ID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ
|
(103) |
L-awtoritajiet Belġjani jindikaw li rrivedew id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2009 li fiha l-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilta fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat sabiex tivverifika l-kundizzjonijiet tal-IAC dwar l-evalwazzjoni (inkluża l-metodoloġija tal-evalwazzjoni), il-qsim tal-piż, ir-rimunerazzjoni u l-arranġamenti tal-ġestjoni tal-assi tal-miżura. |
|
(104) |
L-Istat Belġjan jemmen li kull wieħed minn dawn l-elementi hu ndirizzat b’mod xieraq mill-pjan ta’ ristrutturar ta’ KBC kif imdaħħal fit-30 ta’ Settembru 2009 u mid-diversi obbligi li ġew offruti b’rabta ma’ dak il-pjan ta’ ristrutturar. |
7.2. IL-POŻIZZJONI TAL-BELĠJU DWAR IL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR
|
(105) |
L-awtoritajiet Belġjani jissottomettu li l-pjan ta’ ristrutturar jikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2009 dwar ir-ritorn tal-vijabbiltà u l-evalwazzjoni tal-miżuri tar-ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (39). |
|
(106) |
B’mod partikolari, l-awtoritajiet Belġjani huma tal-fehma li l-pjan ta’ ristrutturar jiżgura li l-vijabbiltà ta’ KBC fuq perjodu ta’ żmien twil tiġi restawrata, li KBC jipprovdi kontribut importanti proprju għall-ispejjeż tar-ristrutturar u li t-tfixkil tal-kompetizzjoni hu limitat minn miżuri strutturali u tal-aġir sostanzjali. |
8. EVALWAZZJONI
8.1. EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA
|
(107) |
Il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk il-miżuri kkonċernati jikkostitwux għajnuna mill-Istat. L-Artikolu 87(1) tat-Trattat jipprovdi li kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi hi, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, inkompatibbli mas-suq komuni. |
|
(108) |
Il-Kummissjoni tosserva li, fir-rigward tal-ewwel u t-tieni rikapitalizzazzjoni u l-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat, hi diġà kkonkludiet li dawk il-miżuri kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Għall-ewwel rikapitalizzazzjoni, dan ġie stabbilit fl-ewwel Deċiżjoni ta’ rikapitalizzazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2008 (premessi 39 sa 53 tad-Deċiżjoni ta’ rikapitalizzazzjoni). Għat-tieni rikapitalizzazzjoni u l-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat, dan ġie stabbilit fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2009 (taqsima 4.1 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ). Il-Kummissjoni barra minn hekk tosserva li KBC ma għandu, fil-kuntest tal-pjan ta’ ristrutturar, jirċievi l-ebda miżuri addizzjonali u li l-miżuri tal-għajnuna ta’ salvataġġ għandhom jiġu konvertiti f’għajnuna ta’ ristrutturar. |
|
(109) |
Għaldaqstant il-Kummissjoni ma għandha l-ebda raġuni biex tibdel l-evalwazzjonijiet preċedenti tagħha. B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ewwel u t-tieni rikapitalizzazzjoni u l-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat miksuba minn KBC jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. |
8.2. AMMONT TA’ GĦAJNUNA
|
(110) |
Fir-rigward tal-ammont tal-għajnuna, il-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat li jammonta għas-somma tal-kapital injettat, u għaldaqstant ammont ta’ EUR 7 biljun. |
|
(111) |
Fir-rigward tal-ammont tal-għajnuna tal-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat, il-Kummissjoni tqis li għandha ssir distinzjoni bejn il-Firxa tal-Ekwità u l-Firxa tal-Flus tal-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat. |
|
(112) |
Il-Firxa tal-Flus hi meqjusa mill-Kummissjoni li tikkorrispondi mal-miżura ta’ serħan tal-assi. Il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġjati tgħid li l-ammont ta’ għajnuna f’miżura ta’ serħan tal-assi tikkorrispondi mad-differenza bejn il-valur tat-trasferiment tal-assi u l-prezz fis-suq. F’miżura ta’ garanzija tal-assi, il-Kummissjoni tqis li l-valur tat-trasferiment hu l-punt li fih l-Istat jikkumpensal-bank għal telf fil-forma ta’ flus. Għaldaqstant, f’dan il-każ, il-valur tat-trasferiment tal-assi hu ta’ EUR 14,8 biljun (40), għax il-portafoll se jsofri telf reali ta’ EUR 9,1 biljun (telf ta’ EUR 3,9 biljun fil-porzjonijiet mhux super senior, l-ewwel telf fil-porzjon super-senior ta’ EUR 3,2 biljun u l-firxa tal-ekwità ta’ EUR 2 biljun) li għandhom jitnaqqsu mill-valur nominali ta’ EUR […] biljun tal-portafoll tas-CDO. Il-valur tas-suq tal-portafoll tas-CDO fil-punt tat-tranżazzjoni kien ta’ EUR […] biljun (41). Id-differenza bejn il-valur tat-trasferiment u l-valur tas-suq hi ta’ EUR […] biljun, li minnha 10 % għandu jitnaqqas għax 10 % tat-telf jinżamm minn KBC. Dan jammonta għal EUR […] biljun. |
|
(113) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-miżata ta’ garanzija ta’ eċċess imħallsa minn KBC għall-Firxa tal-Flus għandha tiġi kkunsidrata. Il-miżata ta’ garanzija nominali totali hi ta’ EUR 1,33 biljun, li minnha, madankollu, madwar EUR 1 biljun (miżata ta’ garanzija ta’ eċċess stmata (42) hi iżjed mill-miżata minima li hi meħtieġa mill-Kummissjoni fl-IAC. L-ammont ta’ EUR 1 biljun għaldaqstant għandu jitnaqqas mill-ammont ikkalkulat fil-premessa 112. Dan iwassal għal ammont tal-għajnuna totali għall-miżura tas-serħan tal-assi ta’ madwar EUR 260 miljun. |
|
(114) |
Għaldaqstant, iż-żewġ injezzjonijiet tal-kapital u l-parti tas-serħan tal-assi tal-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat flimkien jirriżultaw f’element ta’ għajnuna ta’ madwar EUR 7,26 biljun, li jammonta għal 4,1 % ta’ RWA ta’ KBC. |
|
(115) |
Finalment, il-Firxa tal-Ekwità tal-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat tiġi evalwata wkoll. Il-Kummissjoni tosserva li din tista’ titqies bħala ekwivalenti għal injezzjoni tal-kapital, peress li CBFA taċċettaha bħala kapital regolatorju li jtejjeb il-pożizzjoni tal-kapital tal-bank. Għalkemm il-miżura ma tagħtix likwidità u għaldaqstant ma tistax titqies eżattament bħala injezzjoni diretta tal-kapital, il-Kummissjoni tqis li din xorta tista’ titqies bħala għajnuna addizzjonali, possibbilment sal-ammont nominali ta’ EUR 1,8 billion. Jekk titqies bħala 100 % għajnuna, l-element tal-għajnuna totali tal-miżuri kollha (iż-żewġ rikapitalizzazzjonijiet u l-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat) jammonta għal EUR 9,06 biljun, jew 5,1 % ta’ RWA ta’ KBC. |
8.3. KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA
8.3.1. BAŻI LEGALI GĦALL-EVALWAZZJONI TAL-KOMPATIBBILTÀ
|
(116) |
L-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat jawtorizza lill-Kummissjoni li tiddikjara li l-għajnuna hi kompatibbli mas-suq komuni jekk tkun intiża ‘li tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru’. Meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi preżenti fis-swieq finanzjarji, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri jistgħu jiġu eżaminati direttament skont ir-regoli tat-Trattat u b’mod partikolari skont l-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat. |
|
(117) |
Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-kriżi finanzjarja globali tista’ toħloq taħwid serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru u li l-miżuri li jappoġġjaw il-banek huma xierqa biex jirrimedjaw dan it-taħwid. Dan ġie ikkonfermat fil-Komunikazzjoni dwar is-Servizzi Bankarji tal-Kummissjoni (43), il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni tagħha, l-IAC tagħha u l-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. Fir-rigward tal-ekonomija Belġjana, dan ġie kkonfermat fid-diversi approvazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-miżuri meħuda mill-awtoritajiet Belġjani biex jikkombattu l-kriżi finanzjarja (44) Għaldaqstant, kif indikat fid-Deċiżjoni ta’ rikapitalizzazzjoni u d-Deċiżjoni tal-ftuħ, il-bażi legali għall-evalwazzjoni tal-miżuri tal-għajnuna għandha tkun l-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat. |
8.3.2. KOMPATIBBILTÀ TAL-MIŻURA TA’ PROTEZZJONI MILL-ISTAT
|
(118) |
Kif imsemmi fit-taqsima 8.2, il-Kummissjoni tqis li, fir-rigward tal-miżura tal-Protezzjoni mill-Istat, għandha ssir distinzjoni bejn il-Firxa tal-Ekwità u l-Firxa tal-Flus tal-miżura. |
|
(119) |
Il-Kummissjoni tqis li l-impenn tal-injezzjoni tal-kapital, suġġett għall-avveniment li jwassal għal telf realizzat speċifiku fuq il-portafoll tas-CDO, assoċjat mal-Firxa tal-Ekwità, għandu jitqies ekwivalenti għal injezzjoni tal-kapital (45) Għaldaqstant, il-kompatibbiltà tiegħu għandu jiġi evalwat skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni. |
|
(120) |
Il-Kummissjoni tqis li l-Firxa tal-Flus, fejn l-Istat hu impenjat li jikkumpensa lil KBC għal telf fi flus, għandu jitqies bħala miżura ta’ serħan tal-assi. Għaldaqstant il-kompatibbiltà tagħha tiġi evalwata skont l-IAC. |
L-applikazzjoni tal-IAC għall-Miżura ta’ Serħan tal-Assi
|
(121) |
Il-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-miżuri tas-serħan tal-assi huma stabbiliti fl-IAC. B’konformità mat-taqsima 5.2 tal-IAC, miżura ta’ serħan tal-assi għandha tipprovdi għal trasparenza ex-ante sħiħa, qsim ta’ piż adegwat segwit mill-evalwazzjoni korretta tal-assi eliġibbli u għandha tiżgura r-rimunerazzjoni korretta tal-Istat għall-miżura tas-serħan tal-assi sabiex jiġu żgurati r-responsabbiltà u l-qsim tal-piż tal-azzjonisti. |
|
(122) |
Il-Kummissjoni diġà stabbiliet li l-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat favur KBC tikkonforma mal-IAC fir-rigward tat-trasparenza ex-ante sħiħa u l-iżvelar u l-eliġibbiltà tal-assi fid-Deċiżjoni tal-ftuħ. Il-Kummissjoni għaldaqstant tiffoka l-evalwazzjoni tagħha fuq kundizzjonijiet relatati mal-evalwazzjoni, ir-rimunerazzjoni u l-qsim tal-piż u l-arranġamenti tal-ġestjoni tal-assi, għax dawn kienu l-aspetti tal-miżura tal-Protezzjoni mill-Istat li fuqhom bdiet l-investigazzjoni. |
Evalwazzjoni
|
(123) |
Fir-rigward tal-evalwazzjoni, l-IAC tistabbilixxi fit-taqsima 5.5 li approċċ korrett u konsistenti għall-evalwazzjoni hu ta’ importanza ewlenija għall-prevenzjoni ta’ tfixkil mhux dovut tal-kompetizzjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni eżaminat bir-reqqa l-evalwazzjoni u b’mod partikolari l-metodoloġija ġenerali sottostanti sabiex tiżgura approċċ konsistenti fil-livell tal-Komunità. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni daret għall-assistenza teknika provduta minn bord ta’ esperti tal-evalwazzjoni. Fl-evalwazzjoni tal-miżura, il-Kummissjoni ħaddmet ukoll metodoloġiji għall-evalwazzjoni tal-assi li bbenefikaw mill-assistenza teknika provduta minn esperti tal-ECB. |
|
(124) |
B’konformità mal-paragrafi 40 u 41 tal-IAC, il-valur tat-trasferiment tal-assi danneġġjati għandu jkun konformi mal-valur ekonomiku reali tagħhom (minn hawn ‘il quddiem “REV”). F’miżura ta’ garanzija tal-assi, il-Kummissjoni tqis li l-valur tat-trasferiment hu l-punt li fih l-Istat jikkumpensal-bank għal telf fil-forma ta’ flus. F’dan il-każ, il-valur tat-trasferiment hu ta’ EUR 14,8 biljun, filwaqt li KBC jgħid li r-REV tal-portafoll hu EUR […] biljun. Isegwi li r-REV hu fil-fatt EUR […] biljun, għaldaqstant il-miżura tilħaq ir-rekwiżiti tal-IAC fir-rigward tal-evalwazzjoni, peress li l-valur tat-trasferiment ikun inqas mir-REV. |
|
(125) |
Fir-rigward tar-REV tal-portafoll tas-CDO, id-dubji tal-Kummissjoni ġew allevjati. Meta wieħed iqis il-preżunzjonijiet prudenti (fosthom il-korrelazzjoni, is-severitajiet tat-telf u l-apprezzament tal-prezz tad-djar, il-probabbiltajiet ta’ nuqqas ta’ ħlas lura tas-self), b’kombinazzjoni ma’ probabbiltajiet ta’ nuqqas ta’ ħlas lura tas-self stressjati raġonevolment, il-Kummissjoni tqis li EUR […] biljun ([…] % tal-valur spekulattiv) hu kalkolu prudenti tar-REV. |
|
(126) |
Barra minn hekk, l-istimi tar-REV tal-portafoll f’xenarju ta’ stress huma madwar EUR […] biljun ([…] % tal-valur spekulattiv), li għadu ogħla mill-valur tat-trasferiment. Il-Kummissjoni tqis, li din l-evalwazzjoni tar-REV f’xenarju ta’ stress tista’ titqies bħala aċċettabbli fuq il-bażi tal-preżunzjonijiet u l-metodoloġija użata. |
Rimunerazzjoni
|
(127) |
Id-dubji tal-Kummissjoni dwar ir-rimunerazzjoni mħallsa minn KBC ġew allevjati. Il-Kummissjoni tosserva li l-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat għandha effett ta’ serħan ta’ kapital ta’ EUR 504 miljuni. Kif osservat fil-punt 21 tal-IAC u n-nota 11 f’qiegħ il-paġna mehmuża magħha, mekkaniżmu ta’ serħan tal-assi għandu jiġu rimunerat bl-istess mod bħal injezzjoni tal-kapital. F’ċirkostanzi normali din l-injezzjoni tal-kapital tkun tiswa madwar EUR 35 miljun fis-sena (46). Dan hu konsiderevolment inqas mill-miżata ta’ garanzija annwali ta’ EUR 221 miljun (total ta’ EUR 1,33 biljun fuq is-sitt snin li fihom iħallas KBC. Fil-fatt, KBC iħallas iżjed minn EUR 1 biljun iżjed mir-rimunerazzjoni minima meħtieġa skont l-IAC. |
Qsim tal-piż
|
(128) |
Dwar il-qsim tal-piż, l-IAC fit-taqsima 5.2 jistipula l-prinċipju ġenerali li l-banek għandhom jerfgħu t-telf assoċjat mal-assi danneġġjati sal-limitu massimu. Dan jimplika l-ewwel li l-bank għandu jerfa’ d-differenza bejn il-valur nominali u r-REV tal-assi danneġġjati. Dak il-kriterju jintlaħaq f’dan il-każ għax ir-REV tal-portafoll jikkorrispondi għal EUR […] biljun ([…] % tal-valur spekulattiv) u l-valur tat-trasferiment għal EUR 14,8 biljun (62 % tal-valur spekulattiv). Il-valur tat-trasferiment għaldaqstant ikun inqas mir-REV. Il-figura tar-REV ġiet ivverifikata u nstabet li hi raġonevoli mill-esperti tal-Kummissjoni. KBC isofri t-telf anke lil hinn mir-REV. Id-dubji tal-Kummissjoni fir-rigward tal-qsim tal-piż għaldaqstant ġew allevjati. |
Ġestjoni tal-assi
|
(129) |
Fir-rigward tal-ġestjoni tal-assi, il-Kummissjoni tosserva li l-arranġamenti bejn l-awtoritajiet Belġjani u KBC jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-IAC. L-awtoritajiet Belġjani kisbu d-drittijiet ordinarji u neċessarji biex iħarsu l-interessi tagħhom kif deskritt fil-premessa 62. Għaldaqstant, dawk id-drittijiet għandhom jipprovdu ħarsien għall-protezzjoni ta’ investituri terzi, kontrapartijiet super-senior u għaldaqstant, b’estensjoni, l-awtoritajiet Belġjani kontra kunflitti ta’ interess possibbli fil-ġestjoni tal-portafoll garantit. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Belġjani għandhom id-dritt li jissorveljaw il-ġestjoni tal-portafoll garantit u jingħataw drittijiet xierqa biex ikomplu jipproteġu l-interessi tagħhom. |
Konklużjoni
|
(130) |
Fuq il-bażi ta’ dak imsemmi qabel, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-dubji tagħha dwar il-miżura tas-serħan tal-assi ġew allevjati u li l-miżura hi konformi mal-IAC. |
Applikazzjoni tal-Komunikazzjoni tar-Rikapitalizzazzjoni għall-impenn tal-ekwità
|
(131) |
Il-Kummissjoni tfakkar li fil-każ ta’ telf fil-Firxa tal-Ekwità, l-awtoritajiet Belġjani impenjaw ruħhom li jipprovdu l-kapital jekk KBC jitlob hekk. Din ir-rakapitalizzazzjoni ta’ KBC fil-Firxa tal-Ekwità tista’ sseħħ permezz tal-ħruġ minn KBC ta’ ishma ordinarji lill-awtoritajiet Belġjani bil-prezz tas-suq. Jekk b’konsegwenza ta’ dan il-ħruġ, l-awtoritajiet Belġjani jiġi li jkollhom aktar minn 30 % tal-ishma, dawn għandhom jirċievu titoli ibridi. Għaldaqstant, biex il-miżura tkun kompatibbli, l-injezzjoni tal-kapital impenjata għandha tkun il-minimu meħtieġ u għandha tiġi rimunerata b’konformità mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni. |
|
(132) |
Fir-rigward tar-rimunerazzjoni għall-Firxa tal-Ekwità, il-kompatibbiltà tar-rimunerazzjoni għandha tiġi evalwata b’żewġ metodi. L-ewwelnett, l-Istat għandu jiġi rimunerat għall-provvista tal-garanzija tal-ekwità. It-tieni nett, fil-każ li dan verament jinjetta l-kapital, għandu jiġi rimunerat b’mod xieraq. |
|
(133) |
Fir-rigward tal-garanzija tal-ekwità, KBC għandu jħallas għad-dritt għal injezzjoni tal-ekwità bħala riżerva. Il-miżata tas-sottoskrizzjoni hi kkalkulata b’referenza għal-livelli tat-tariffi li l-banek tal-investiment iżommu għal sottoskrizzjonijiet tal-ekwità bħala riżerva. Il-miżata ordinarja għal dan it-tip ta’ impenn ta’ sottoskrizzjoni, skont l-awtoritajiet Belġjani, tvarja bejn 10 u 15 bps fil-ġimgħa. Il-punt tan-nofs ta’ din il-firxa (12,5 bps) ġie applikat għal KBC. Dan jammonta għal 650 bps fis-sena fuq l-ammont prinċipali ta’ EUR 1,8 biljun. Il-Kummissjoni tfakkar il-punt 26 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni, li jgħid li l-prezz tar-rikapitalizzazzjonijiet għandu jkun konformi mar-Rakkomandazzjonijiet tal-Eurosystem tal-20 ta’ Novembru 2008. Dawn, imbagħad, jgħidu li r-rata ta’ imgħax meħtieġ fuq ishma ordinarji għandha tkun il-primjum tar-riskju tal-ekwità ta’ 500 bps fis-sena. (47) F’dan il-każ, il-primjum tas-sottoskrizzjoni tista’ titqies bħala l-primjum tar-riskju tal-ekwità deskritta fir-Rakkomandazzjonijiet tal-Eurosystem. Peress li l-miżata tas-sottoskrizzjoni hi iżjed minn dan il-limitu, ir-rimunerazzjoni titqies li hi biżżejjed. |
|
(134) |
Barra minn hekk, fil-każ li KBC jitlob lill-awtoritajiet Belġjani biex jipprovdu injezzjoni tal-ekwità, l-awtoritajiet Belġjani se jissottoskrivu għall-ekwità li tkun għadha kif inħarġet f’termini tas-suq. F’dan il-każ, l-awtoritajiet Belġjani jiksbu ishma ordinarji u jkunu rimunerati b’dan il-mod. Dan ikun konformi mal-Anness tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni. Fil-kuntest tal-kriżi attwali, il-Kummissjoni preċedentement aċċettat injezzjonijiet tal-ekwità fejn il-prezz tal-ħruġ kien ibbażat fuq evalwazzjoni orjentata fis-suq bħall-prezz tal-ishma (48). |
|
(135) |
Jekk l-awtoritajiet Belġjani, meta xtraw l-ishma ta’ KBC, kellhom jiksbu iżjed minn 30 % tad-drittijiet tal-voti, li jista’ jirrikjedi li jagħmlu offerta ta’ ksib tal-kontroll mandatorja, ikollhom l-opzjoni li jissottoskrivu għal kapital ibridu minflok. Il-kupun li KBC ikollu jħallas hu simili għal dak taż-żewġ miżuri tar-rikapitalizzazzjoni li diġà ġew approvati. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Belġjani għandhom l-għażla li jikkonvertu dawn l-ibridi f’ishma ordinarji f’termini tas-suq, li hu konformi mat-termini tas-sottoskrizzjoni għall-ekwità li jkunu għadhom kemm ħarġu deskritti qabel. Għaldaqstant ir-rimunerazzjoni tat-titoli ibridi hi konformi mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni. |
|
(136) |
Fir-rigward tal-limitazzjoni tal-għajnuna sal-minimu meħtieġ, il-Kummissjoni tosserva li l-injezzjoni tal-kapital tintuża biss jekk il-portafoll tas-CDO rilevanti jsofri telf tal-kreditu realizzat li jaqbeż EUR 7,1 biljun. Jekk tinħoloq dik is-sitwazzjoni, KBC, għalkemm diġà għamel dispożizzjonijiet għal telf li jeċċedi dan l-ammont, aktarx li jiffaċċja diffikultajiet sinifikanti u inċertezzi fis-suq dwar il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu. B’konformità mar-raġunar mogħti fir-rigward tal-ewwel u t-tieni rikapitalizzazzjonijiet, li stabbilixxew li injezzjoni tal-kapital rimunerata b’mod adegwat kienet mezz adegwat ta’ kif tiġi rrestawrata l-kunfidenza f’bank sistematikament importanti bħal KBC, il-Kummissjoni tqis li hu raġonevoli li jiġi konkluż li l-impenn li jiġi provdut il-kapital fil-każ ta’ telf sinifikanti fuq il-portafoll tas-CDO hu xieraq u sal-minimu meħtieġ. |
Konklużjoni
|
(137) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni twettqu. |
Konklużjoni dwar il-Miżura tal-Protezzjoni mill-Istat
|
(138) |
Peress li t-termini tal-parti tas-serħan tal-assi tal-miżura tal-Protezzjoni mill-Istat huma f’konformità mal-IAC u t-termini tal-Firxa tal-Ekwità huma konformi mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna mogħtija permezz tal-miżura tal-Protezzjoni mill-Istat hi kompatibbli mas-suq komuni. |
8.3.3. KOMPATIBBILTÀ TAL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR
Il-livell ta’ ristrutturar meħtieġ
|
(139) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar ma tistabbilixxix kriterji għall-kundizzjonijiet li fihom bank jista’ jippreżenta pjan ta’ ristrutturar, iżda tibni fuq il-kriterji stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-IAC. |
|
(140) |
Il-Kummissjoni tosserva li KBC irċieva għajnuna mill-Istat li taqbeż it-2 % tal-RWA totali tal-bank. KBC għaldaqstant għandu, b’konformità mal-punt 4 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar u mal-punt 55 tal-IAC, kif ukoll fl-impenji preċedenti msemmija fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, jgħaddi minn ristrutturar qawwi. |
L-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar
|
(141) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tistabbilixxi r-regoli għall-għajnuna mill-Istat applikabbli għar-ristrutturar ta’ istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi attwali. Skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, sabiex ikunu kompatibbli mal-Artikolu 87(3)(b) tat-Tratatt; ir-ristrutturar ta’ istituzzjoni finanzjarja fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali għandu:
|
(i) Restawr tal-vijabbiltà fuq perjodu ta’ żmien twil
|
(142) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tistabbilixxi fil-punti 9 sa 11 li l-Istat Membru għandu jipprovdi pjan ta’ ristrutturar komprensiv u dettaljat li jipprovdi informazzjoni kompluta dwar il-mudell kummerċjali. Il-pjan għandu jidentifika wkoll il-kawżi tad-diffikultajiet iffaċċjati minn istituzzjoni finanzjarja u alternattivi għall-pjan tar-ristrutturar propost. L-informazzjoni sottomessa mill-awtoritajiet Belġjani tilħaq dawn ir-rekwiżiti. |
|
(143) |
Fl-evalwazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturar, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk il-bank hux kapaċi li jirrestawra l-vijabbiltà fuq perjodu taż-żmien twil mingħajr għajnuna mill-Istat. Fir-rigward ta’ KBC, kwalunkwe pjan ta’ ristrutturar għandu juri li jkun ħa miżuri biex jaffronta s-sors tad-diffikultajiet tiegħu, li l-mudell kummerċjali tiegħu jkun vijabbli u li kapaċi jiflaħ għal xenarju ta’ stress realistiku. Għandu jindika wkoll, kif osservat fil-punt 14 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, kif l-għajnuna mill-Istat tissarraf jew li tiġi rimunerata skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq. |
|
(144) |
Il-pjan ta’ ristrutturar jidentifika l-kawżi ewlenin tad-diffikultajiet għall-bank, li kienu primarjament attribwibbli għal tnaqqis fil-valur fuq il-portafoll tas-CDO sintetiku ta’ KBC. Dawk l-istrumenti għandhom ikunu pprezzati skont il-valur fis-suq bi kwalunkwe bidliet fil-valur tas-suq li jgħaddu minnufih mid-dikjarazzjoni tad-dħul. KBC talab żewġ injezzjonijiet tal-kapital u garanzija tal-assi sabiex jittratta dan it-telf u l-effett sussegwenti tiegħu fuq il-pożizzjoni tal-kapital. |
|
(145) |
Sabiex tevalwa jekk KBC jistax jitqies vijabbli, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk il-pjan jittrattax dawn il-kwistjonijiet fil-portafoll tas-CDO. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li KBC m’għadux joħroġ strumenti CDO. Fir-rigward tal-portafoll tas-CDO residu tiegħu, l-esponiment ta’ KBC għal iżjed telf ġie limitat b’mod sinifikanti. Peress li EUR 14,8 biljun (bir-rata ta’ 90 %) tat-telf fuq il-portafoll ġie garantit mill-Istat, il-portafoll m’għadux irid jiġi evalwat fuq il-bażi ta’ pprezzar skont il-valur fis-suq, biex b’hekk titnaqqas il-volatilità fuq il-karta tal-bilanċ ta-KBC. L-uniku esponiment li fadal hu fuq il-parti ż-żgħira tal-portafoll tas-CDO li hi valutata ‘l fuq mill-valur tat-trasferiment tal-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat flimkien ma’ esponiment ta’ 10 % għal telf fil-porzjon tal-garanzija bi flus. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li KBC ikun ħa biżżejjed azzjoni biex jindirizza l-kawża tal-problemi tiegħu u li kwalunkwe żvilupp negattiv ieħor fil-portafoll tas-CDO tiegħu ma jkunx ta’ theddida għall-vijabbiltà tiegħu. |
|
(146) |
KBC għandu wkoll portafoll tal-ABS li mhuwiex kopert mill-protezzjoni miksuba mill-awtoritajiet Belġjani. Il-Kummissjoni tosserva li KBC provda informazzjoni dwar l-esponiment li jifdal ([…]). KBC għandu jassorbi kwalunkwe telf fuq dak il-portafoll (ikkalkulat f’EUR […] miljun fis-sena), li skont KBC mhuwiex ta’ theddida għall-vijabbiltà tiegħu minħabba l-profil ta’ riskju u maturità iżjed konservattiv tiegħu (49). It-telf fuq il-portafoll tal-ABS ġie kkunsidrat fil-projezzjonijiet finanzjarji għall-pjan ta’ ristrutturar. |
|
(147) |
Fir-rigward tal-mudell kummerċjali tiegħu, KBC għandu l-ħsieb li jkompli bl-istrateġija ta’ bankassigurazzjoni tiegħu, għalkemm fi grupp iżgħar u iżjed iffukat. Għandu jipprovdi firxa sħiħa ta’ prodotti bankarji u tal-assigurazzjoni lis-segmenti tal-klijenti ewlenin tiegħu, tal-imnut, SMEs privati u mid-cap. Għandu jiffoka fuq swieq, pereżempju fis-CEE-R, fejn diġà għandu franchises sodi, filwaqt li joħroġ minn swieq li jqis li huma ta’ riskju għoli jew fejn għandu franchise li mhix jew li ma tistax issir sostenibbli. KBC għandu pożizzjoni ta’ likwidità b’saħħitha. Jiddependi b’mod limitat fuq finanzjamenti bl-ingrossa, b’mod partikolari fuq medda taż-żmien qasir, u għandu proporzjon ta’ self għad-depożitu ta’ inqas minn […] %. Il-pożizzjoni tal-likwidità b’saħħitha hi sottolineata mill-fatt li anke matul l-iżjed tħarbit sinifikanti fis-swieq finanzjarji għal ħafna snin, ma kienx hemm bżonn tal-ebda għajnuna ta’ likwidità mill-Istat Belġjan. |
|
(148) |
Il-Kummissjoni tqis li l-istrateġija kummerċjali ta’ KBC, li tikkonsisti f’attivitajiet tal-imnut ikkombinati ma’ bejgħ inkroċjat ta’ prodotti tal-assigurazzjoni fis-swieq ewlenin ta’ KBC, hi mudell kummerċjali vijabbli. Il-Kummissjoni tqis li l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet ta’ KBC fis-CEE-R, li jista’ titqies bħala suq li qed jiżviluppa, hi strateġija aċċettabbli, għax tippermetti lil KBC biex jingrana l-mudell kummerċjali b’suċċess tiegħu għal reġjun ta’ tkabbir kbir, biex b’hekk ikollha l-possibbiltà li tkompli tikber u tiġġenera l-profitti. Dan hu importanti wkoll għal tħassib dwar stabbiltà finanzjarja, għax KBC hu operatur importanti fis-swieq finanzjarji f’dan ir-reġjun u l-ħruġ tiegħu jista’ jkollu effetti ta’ destabalizzazzjoni. Din l-analiżi, fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja, tapplika wkoll għall-preżenza ta’ KBC fl-Irlanda. |
|
(149) |
Skont il-punti 9 u 12 sa 15 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-pjan ta’ ristrutturar għandu juri wkoll kif il-bank għandu jirrestawra l-vijabbiltà fuq perjodu taż-żmien twil mingħajr għajnuna mill-Istat mill-aktar fis possibbli. B’mod partikolari, il-bank għandu jkun kapaċi jiġġenera qligħ fuq l-ekwità, filwaqt li jkopri l-ispejjeż kollha tal-attivitajiet normali tiegħu u jikkonforma mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti. |
|
(150) |
Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-pjan ta’ ristrutturar sottomess minn KBC għandu jilħaq dawk ir-rekwiżiti għax KBC provda projezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu 2008-2013, u b’hekk ta informazzjoni dwar id-dħul, l-ispejjeż, id-danni, il-profitti u l-pożizzjoni tal-kapital għal kull unità kummerċjali. Il-Kummissjoni tosserva li l-projezzjonijiet provduti huma bbażati fuq preżunzjonijiet makroekonomiċi sottostanti raġonevoli. |
|
(151) |
Fil-pjan ta’ ristrutturar, KBC jassumi li d-dħul u l-profitti għandhom jirritornaw għal madwar il-livelli ta’ qabel il-kriżi f’każ bażiku, bi dħul ta’ EUR […] biljun fl-2009, li jiżdied għal EUR […] biljun fl-2013 u profitt (telf) nett proġettat ta’ EUR -[…] biljun fl-2009 li jiżdied għal EUR […] biljun fl-2013. Ħafna mid-danni għandhom jittieħdu fl-2008 (EUR […] biljun) u l-2009 (EUR […] biljun). Il-proporzjon Tier-1 ta’ KBC għandu jiżdied minn […] % fl-2009 għal […] % fl-2013. Peress li n-negozju sottostanti ta’ KBC (minbarra t-telf iġġenerat mid-diviżjoni tal-Prodotti Finanzjarji ta’ KBC f’CDOs u ABS) baqgħu jiġġeneraw il-profitti matul l-2008 u l-2009 sal-llum, il-Kummissjoni tqis li l-projezzjonijiet huma fattibbli. |
|
(152) |
Fir-rigward tal-kapaċità ta’ KBC li tirreżisti għal xenarju ta’ stress, dan ġie deskritt fil-premessa (42) sa (49). Il-Kummissjoni tqis li x-xenarju ġġenerat hu raġonevoli. Peress li x-xenarju tal-istress juri li KBC se jeċċedi r-rekwiżiti tal-kapital regolatorju tiegħu, KBC jista’ jitqies li jilħaq ir-rekwiżiti tal-paragrafu 13 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. |
|
(153) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva b’mod pożittiv li l-profitti proġettati għandhom jippermettu lill-bank li jirrimunera l-kapital tal-Istat b’mod xieraq u li jifdih maż-żmien. Il-ħlas lura tal-kapital tal-Istat għandu jkun possibbli mingħajr ma jitnaqqas il-bażi tal-kapital tal-istituzzjoni, għax il-proporzjon tal-kapital Tier-1 ta’ KBC hu proġettat li jilħaq […] u jeċċedih wara taħt kull xenarju provdut fil-pjan ta’ ristrutturar. |
|
(154) |
Finalment, il-pjan jistabbilixxi wkoll strateġija konvinċenti għall-ħlas lura lill-awtoritajiet Belġjani. Għall-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat, il-miżata titħallas fi flus fi 12-il pagament semi-annwali. Fir-rigward tal-injezzjoni tal-kapital, KBC jibda jħallas il-kupuni mill-2011 u għandu jibda jħallas lura l-kapital hekk kif jibda jiġġenera kapital żejjed, li skont il-każ bażiku jkun mill-2012 ‘il quddiem. Meta wieħed iqis il-penali ta’ 50 %, KBC hu proġettat li jħallas lura madwar EUR 7 biljun fis-snin […], li hu ekwivalenti għall-ammont prinċipali ta’ kapital tal-Istat li jiġi rċevut. KBC għandu l-ħsieb li jħallas lura lill-Istat kompletament […]. Ir-rata interna proġettata tal-qligħ tal-Istat hi ta’ 13,9 % (50). |
|
(155) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li l-pjan ta’ ristrutturar sottomess minn KBC jilħaq ir-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar fir-rigward tar-restawr tal-vijabbiltà fuq perjodu ta’ żmien twil. |
(ii) Kontribuzzjoni proprja/qsim tal-piż
|
(156) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tindika li kontribuzzzjoni adegwata mill-benefiċjarju hi meħtieġa sabiex tiġi limitata l-għajnuna sal-minimu u biex tindirizza t-tfixkil tal-kompetizzjoni u l-periklu morali. Għal dan il-għan, l-ewwelnett, l-ispejjeż tar-ristrutturar għandhom ikunu limitati filwaqt li, it-tieni nett, l-ammont tal-għajnuna għandu jkun limitat u kontribuzzjoni proprja sinifikanti hi meħtieġa. |
|
(157) |
Fir-rigward tal-limitazzjoni tal-ispejjeż tar-ristrutturar, il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tindika fil-punt 23 li l-għajnuna tar-ristrutturar għandha tkun limitata biex tkopri l-ispejjeż li huma meħtieġa għar-restawr tal-vijabbiltà. Barra minn hekk, sabiex l-għajnuna tinżamm sal-minimu, il-banek għandhom l-ewwel jużaw ir-riżorsi tagħhom għall-finanzjament tar-ristrutturar. Għaldaqstant, l-ispejjeż assoċjati mar-ristrutturar għandhom mhux biss ikunu dovuti mill-Istat iżda wkoll minn dawk li investew fil-bank billi assorbu t-telf bil-kapital disponibbli u permezz tal-ħlas ta’ rimunerazzjoni adegwata għall-interventi mill-Istat. |
1. Limitazzjoni tal-ispejjeż tar-ristrutturar
|
(158) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-ispejjeż tar-ristrutturar huma limitati għall-ispejjeż li huma meħtieġa għar-restawr tal-vijabbiltà. |
|
(159) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-ewwel u t-tieni rikapitalizzazzjonijiet intużaw minn KBC biex itejjeb il-proporzjon tal-kapital Tier-1 ewlieni tiegħu u biex iżid is-solvenza tan-negozju tal-assigurazzjoni tiegħu. Dawk il-miżuri, billi tejbu l-pożizzjoni tal-kapital ta’ KBC, żiedu l-kapaċità tiegħu li jassorbi t-telf. Il-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat intużat biex tipproteġi lil KBC minn iżjed depprazzament fil-portafoll tas-CDO tiegħu, kif ukoll biex iżżid fil-proporzjonijiet tal-kapital tiegħu. Dik il-miżura barra minn hekk neħħiet sors ta’ volatilità fil-karta tal-bilanċ tiegħu. |
|
(160) |
B’konsegwenza, dawn il-miżuri kkontribwew għar-restawr tal-vijabbiltà ta’ KBC għax ikkonfrontaw is-sors tad-diffikultajiet ta’ KBC, jiġifieri d-depprazzament sostanzjali fuq il-portafoll tas-CDO tiegħu u l-konsegwenzi ta’ dawn id-depprezzamenti fuq il-pożizzjoni tal-kapital ta’ KBC. Barra minn hekk, KBC mhux se jkun kapaċi li juża l-għajnuna li rċieva biex jespandi l-attivitajiet kummerċjali tiegħu permezz ta’ akkwisti għax hu limitat f’dan ir-rigward mill-impenji provduti mill-awtoritajiet Belġjani fir-rigward tal-projbizzjoni tal-akkwist (ara l-premessa 66). |
2. Limitazzjoni tal-ammont tal-għajnuna, kontribuzzjoni proprja sinifikanti
Limitazzjoni tal-għajnuna
|
(161) |
Il-Kummissjoni tqis li l-ammont tal-għajnuna hu limitat sal-minimu. Il-Kummissjoni tfakkar li diġà stabbiliet fid-Deċiżjoni tar-rikapitalizzazzjoni (premessa (65)), u d-Deċiżjoni tal-ftuħ (premessa (71)) li l-għajnuna hi limitata sal-minimu biex tiġi żgurata l-vijabbiltà ta’ KBC. |
|
(162) |
F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni tosserva li KBC se jħallas adegwatament lill-awtoritajiet Belġjani għall-miżuri tal-għajnuna li rċieva. Dan neċessarjament jillimita l-ammont ta’ għajnuna mogħtija lil KBC. Fir-rigward tar-rikapitalizzazzjonijiet, KBC għandu jħallas lill-Istat kupun ta’ 8,5 % għal kull titolu jekk jitħallas dividend. KBC ikollu jifdi t-titoli b’150 %. Kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ rikapitalizzazzjoni u fid-Deċiżjoni tal-ftuħ, ir-rata interna tal-qligħ għall-Istat hi proġettata għal 13,9 %, ‘il fuq mil-livell mitlub mill-Kummissjoni fil-Komunikazzzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni (51). Fir-rigward tal-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat, il-Kummissjoni tosserva li KBC se jħallas miżata li hi madwar […] darba iżjed minn dak meħtieġ fl-IAC (ara l-premessa (127)). |
Kontribuzzjoni proprja
|
(163) |
Barra minn hekk il-Kummissjoni tqis li l-kontribuzzjoni proprja mill-KBC għar-ristrutturar tiegħu hi kunsiderevoli. KBC, bħala parti mir-ristrutturar finanzjarju tiegħu, għandu jdaħħal fl-elenku 40 % tal-kumpanija sussidjarja Ċeka ČSOB u 40 % tal-kumpanija Ungeriża K & H fuq il-Borża lokali. Dan għandu b’mod sinifikanti jnaqqas l-ekwità ta’ KBC għax preżentament hu s-sid ta’ 100 % ta’ dawk il-kumpaniji sussidjarji u jipprovdi għal kontribuzzjoni mill-KBC u l-investituri tiegħu. Il-qliegħ tad-dħul fl-elenku ta’ ČSOB u K & H għandu jżid il-fondi ta’ KBC u għandu jintuża biex iħallas lura lill-Istat. |
|
(164) |
Barra minn hekk, KBC jippjana li jbiegħ l-unità kummerċjali tas-Servizzi Bankarji Privati Ewropej inkluża Vitis (assigurazzjoni tal-ħajja), biex b’hekk iwaqqaf l-attivitajiet tiegħu f’dak is-settur tas-suq. Il-qligħ tal-bejgħ jintuża wkoll biex jakkumulaw il-fondi ta’ KBC sabiex iħallas lura lill-Istat. |
|
(165) |
Fir-rigward tal-qsim tal-piż, il-Kummissjoni tosserva li fil-kuntest tal-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat, KBC, fuq portafoll tas-CDO b’valur nominali ta’ EUR 23,9 biljun, se jieħu fuqu l-ewwel telf ta’ EUR 9,1 biljun. Barra minn dan, se jieħu fuqu sehem ta’ 10 % tat-telf fil-porzjon super-senior ta’ EUR 14,8 biljun assigurat mill-awtoritajiet Belġjani. |
|
(166) |
Finalment, il-Kummissjoni tosserva li l-awtoritajiet Belġjani obbligaw ruħhom li KBC mhux se jħallsu kupuni jew joħorġu strumenti tad-dejn subordinati, minbarra fejn hemm obbligu legali li jagħmel hekk. B’konsegwenza, id-detenturi tad-dejn subordinat għandhom jirċievu rimunerazzjoni limitata u għaldaqstant jikkontribwixxu għar-ristrutturar. |
(iii) Miżuri li jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni
|
(167) |
Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tirrikjedi li l-pjan ta’ ristruttuar jipproponi miżuri li jillimitaw tfixkil tal-kompetizzjoni u jiżgura settur tas-servizzi bankarji kompetittiv. Barra minn hekk, għandhom jindirizzaw ukoll kwistjonijiet ta’ periklu morali u jiżguraw li l-għajnuna mill-Istat ma tintużax biex tipprovdi fondi għal imġiba anti-kompetittiva. |
|
(168) |
Fir-rigward tal-miżuri li jillimitaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni, il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tindika li l-Kummissjoni kkunsidrat fil-evalwazzjoni tagħha l-ammont tal-għajnuna, il-livell ta’ qsim tal-piż u l-effetti li l-pożizzjoni tal-istituzzjoni finanzjarja għandu jkollha fuq is-suq wara r-ristrutturar. Fuq il-bażi ta’ dik l-analiżi, għandhom jintużaw miżuri ta’ kumpens xierqa. |
|
(169) |
Il-Kummissjoni tosserva li KBC irċieva ammont kunsiderevoli ta’ għajnuna, b’mod sinifikanti ‘l fuq mill-punt ta’ riferiment tal-RWA ta’ 2 % tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-IAC (52). Fuq dan l-isfond, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna lil KBC ikkawżat tfixkil ta’ kompetizzjoni fis-swieq fejn għandu preżenza sinifikanti. |
|
(170) |
Min-naħa l-oħra, hemm diversi aspetti li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi evalwat it-tfixkil tal-kompetizzjoni kkawżat mill-għajnuna mill-Istat mogħtija lil KBC. L-ewwelnett, il-fattur ewlieni wara l-problemi ta’ KBC kien l-esponiment tiegħu għal depprazzament ta’ pprezzar skont il-valur fis-suq fuq il-portafoll tas-CDO tiegħu, minflok teħid ta’ riskji eċċessivi u għaldaqstant telf fil-mudell kummerċjali ewlieni tiegħu. KBC waqqaf l-attivitajiet f’dan il-qasam. It-tieni, KBC iħallas rimunerazzjoni xierqa għall-għajnuna mill-Istat li rċieva. L-awtoritajiet Belġjani huma proġettati li jirċievu qligħ ta’ 13,9 % fuq l-injezzjonijiet tal-kapital tagħhom. Fir-rigward tal-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat, l-awtoritajiet Belġjani qed jiggarantixxu l-portafoll b’valur tat-trasferiment li hu sinifikament taħt ir-REV tiegħu filwaqt li r-rimunerazzjoni li jirċievi għas-serħan tal-kapital u l-provvista tal-garanzija tal-ekwità jkun ‘il fuq mil-linji gwida tal-Kummissjoni. It-tielet nett, it-tqegħid fil-Boroż tal-ishma ta’ ČSOB u K & H fis-swieq Ċeki u Ungeriżi jipprovdi għal qsim tal-piż konsiderevoli. |
|
(171) |
Minkejja dan, il-Kummissjoni għadha tqis li għandu jkun hemm miżuri adegwati biex jindirizzaw it-tfixkil tal-kompetizzjoni li jifdal. |
|
(172) |
KBC se jnaqqas il-karta tal-bilanċ tiegħu b’20 % f’termini tal-Grupp RWA fuq bażi pro forma (17 % f’termini tal-assi totali). It-tnaqqis jinkiseb primarjament permezz taċ-ċessjonijiet ([…]) u t-tnaqqis ta’ KBC FP ([…]). B’konsegwenza, KBC se jnaqqas il-preżenza tiegħu f’diversi swieq. F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li għal raġunijiet ta’ stabbiltà finanzjarja, KBC mhux se jintalab iċedi attivitajiet f’ċerti pajjiżi, skont il-premessa (177). Dan essenzjalment jipproteġi madwar[…] tal-karta tal-bilanċ ta’ KBC minn ċessjoni jew tneħħija. |
|
(173) |
B’mod partikolari, KBC jipproponi li jbiegħ lil Centea u Fidea, li, għalkemm huma marki separati, huma partijiet importanti mill-istrateġija tiegħu fil-Belġju. Centea u Fidea huma negozji profitabbli b’marka kummerċjali rikonoxxibbli li huma relattivament faċli li jiġu separati mill-unità kummerċjali Belġjana ta’ KBC. Huma żewġ entitajiet vijabbli u indipendenti fuq is-suq Belġjan, li jiffinanzjaw lilhom infushom, għandhom firxa wiesgħa ta’ punti tal-kuntatt tal-klijenti u huma profitabbli. […] Hu preparat ukoll li jipprovdi servizzi ta’ back-office biex jiffaċilita t-trasferiment ta’ dawk l-entitajiet lil sid ġdid. |
|
(174) |
Fl-2008, Centea kellha sehem tas-suq f’termini tal-volum ta’ […] ta’ self b’ipoteka, […] ta’ kards tad-debitu (numru ta’ kards), […] ta’ kontijiet kurrenti u […] ta’ kontijiet ta’ depożiti/tat-tfaddil. Għandha s-sorsi proprji ta’ finanzjament u hija kontributur nett għall-finanzjament ta’ KBC. Centea għandha netwerk mifrux madwar il-pajjiż ta’ 712 punt tal-kuntatt tal-klijent u portafoll li jirrifletti firxa sħiħa ta’ prodotti bankarji. Centea għandha wkoll il-funzjoni tagħha ta’ front-office. Servizzi ta’ back-office (inklużi servizzi ta’ IT) huma provduti mill-Unità tas-Servizzi Maqsuma u l-Unità Kummerċjali Operattiva ta’ KBC. Fidea għandha […] tas-sehem tas-suq fl-assigurazzjoni tal-ħajja fil-Klassi 21, […] % fl-assigurazzjoni tal-ħajja fil-Klassi 23, […] f’assigurazzjoni mhux tal-ħajja u […] % fl-assigurazzjoni tas-saħħa. It-Tabella 2 tinkludi KBC, l-ishma tas-suq ta’ Centea u Fidea fil-Belġju kif ukoll l-effetti taċ-ċessjonijiet proposti fuq is-sehem tas-suq totali ta’ KBC. (…) |
|
(175) |
Miżura strutturali sinifikanti, bħall-ħolqien ta’ kompetitur ġdid minn parteċipant eżistenti b’sehem tas-suq kbir, tista’ tgħin biex tinkoraġġixxi l-kompetizzjoni f’suq li qabel kien konċentrat. Dan japplika fis-suq Belġjan, fejn 4 parteċipanti kbar jammontaw għall-biċċa l-kbira tas-suq tal-imnut. |
|
(176) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra dawn iċ-ċessjonijiet bħala mezzi adegwati għaż-żieda tal-kompetizzjoni fis-suq konċentrat tas-servizzi bankarji tal-imnut fil-Belġju. Bl-isem tad-ditta stabbilita tagħhom u n-netwerks tad-distribuzzjoni, Centea u Fidea jikkostitwixxu miri attraenti għal kompetituri li jixtiequ jidħlu fis-suq Belġjan jew jespandu l-preżenza tagħhom hemm. Filwaqt li s-sehem tas-suq ta’ dawn iċ-ċessjonijiet hu żgħir f’xi setturi tas-suq, il-Kummissjoni tqis li dan hu kontrabilanċjat bil-fatt li l-entitajiet huma relattivament awtosuffiċjenti u li KBC impenja ruħu biex iċ-ċessjonijiet iseħħu […]. |
|
(177) |
Barra minn hekk, KBC għandu jillimita l-espansjoni tiegħu fis-CEE-R għal pajjiżi fejn diġà għandu preżenza sinifikanti li tirrapreżenta tnaqqis tal-pjanijiet tal-espansjoni preċedenti tiegħu. Dan jista’ jitqies li jillimita t-tfixkil tal-kompetizzjoni, għax KBC ma jkunx qed juża l-għajnuna mill-Istat sabiex jespandi fi swieq fejn fil-preżent mgħandux negozju vijabbli jew f’attivitajiet li mhumiex parti mill-mudell kummerċjali ffukat mill-ġdid tiegħu. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li hu xieraq li KBC ma jintalabx li joħroġ mis-swieq kollha tiegħu fis-CEE-R, li jqis bħala ewlenin. Kif deskritt fil-premessi 12 u 13, KBC hu parteċipant sinifikanti fis-suq f’diversi minn dawn il-pajjiżi. Jista’ jkun ta’ ħsara għall-istabbiltà finanzjarja f’dawn il-pajjiżi u għall-ekonomija reali kieku KBC ġie mitlub li jnaqqas aktar il-preżenza tiegħu fir-reġjun. L-istess jgħodd ukoll għall-preżenza ta’ KBC fl-Irlanda. |
|
(178) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-pakkett ta’ miżuri jindirizza b’mod suffiċjenti l-kwistjoni tal-periklu morali. KBC ippropona bejgħ komprensiv ta’ negozji oħra ewlenin (servizzi bankarji privati, servizzi bankarji kummerċjali, CEE-R) u negozji mhux ewlenin kif deskritti fit-taqsima 4.2.2 ta’ din id-Deċiżjoni. […] Dan hu tnaqqis sinifikanti fl-attivitajiet kummerċjali ta’ KBC. |
|
(179) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-awtoritajiet Belġjani provdew skeda taż-żmien dettaljata taċ-ċessjonijiet ippjanati, kif deskritti fil-premessa 62. Il-Kummissjoni tosserva wkoll il-ħatra ta’ hold separate managers għal Centea u Fidea, trustee tas-sorveljanza u trustees taċ-ċessjoni, fejn xieraq. Dawn l-impenji jiżguraw li l-biċċa l-kbira tat-tnaqqis ta’ KBC għandu jitwettaq f’ħin opportun. Filwaqt li hemm lok biex id-dati mira għaċ-ċessjonijiet jiġu estiżi, dan għandu jsir biss bl-approvazzjoni speċifika tal-Kummissjoni. |
|
(180) |
Il-Kummissjoni tosserva b’mod pożittiv l-impenji tal-aġir provduti minn KBC u l-awtoritajiet Belġjani, li ġew deskritti f’iżjed dettall fil-premessi 63 sa 77. Dawn l-impenji jinkludu impenn ta’ self għall-ekonomija reali, projbizzjoni ta’ tmexxija tal-prezzijiet u projbizzjoni fuq il-marketing tal-massa tal-appoġġ tal-Istat, biex b’hekk jiġi evitat li KBC juża l-għajnuna għall-finanzjament ta’ mġieba anti-kompetittiva fis-suq. Il-projbizzjoni tal-akkwist barra minn hekk tiżgura li l-għajnuna mill-Istat ma tintużax biex jinkiseb il-kontroll tal-kompetituri. |
|
(181) |
Fir-rigward tal-projbizzjoni tat-tmexxija tal-prezzijiet, il-Kummissjoni tqis li hi konformi mal-punt 44 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar għax isservi biex tiżgura li l-għajnuna mill-Istat ma tistax tintuża biex jiġu offruti termini li ma jistgħux jitqabblu mill-kompetituri li ma jirċevux l-għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni tqis li l-projbizzjoni hi xierqa fi swieq fejn KBC hu stabbilit sew b’sehem tas-suq ta’ mill-inqas [0-10] % u fejn ma jieħux miżuri strutturali pro-kompetittivi. F’dan il-każ, il-Kummissjoni tqis li hu xieraq li l-projbizzjoni tat-tmexxija tal-prezzijiet ma tapplikax għall-Belġju, għax iċ-ċessjoni ta’ Centea u Fidea hi miżura strutturali sinifikanti li għandha twassal għal kompetizzjoni mtejba fis-suq Belġjan. |
|
(182) |
Meta wieħed jikkunsidra l-limitu tal-qsim tal-piż u l-perjodu taż-żmien aktarx qasir għall-implimentazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni tqis li l-iskala u n-natura tal-miżuri proposti minn KBC huma biżżejjed u adegwati biex jindirizzaw kwalunkwe tfixkil fil-kompetizzjoni. |
8.3.4. MONITORAĠĠ
|
(183) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-punt 46 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jindika li, sabiex jiġi vverifikat li l-pjan ta’ ristrutturar qed jiġi implimentat b’mod adegwat, jenħtieġu rapporti regolari dettaljati mill-Istat Membru. Għaldaqstant, l-awtoritajiet Belġjani għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni dawk ir-rapporti kull sitt xhur, li jibdew mid-data ta’ din id-Deċiżjoni. |
Konklużjoni dwar il-pjan ta’ ristrutturar
|
(184) |
Il-Kummissjoni tqis li l-pjan ta’ ristrutturar stabbilit fil-kapitolu 4 ta’ din id-Deċiżjoni hu kompatibbli mal-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat. |
9. KONKLUŻJONI
|
(185) |
Fuq il-bażi ta’ din l-evalwazzjoni tal-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat u l-pjan ta’ ristrutturar ta’ KBC, kif ukoll l-impenji provduti mill-awtoritajiet Belġjani u KBC, il-Kummissjoni ma ssib l-ebda oġġezzjoni għall-pjan ta’ ristrutturar u l-konverżjoni tal-miżuri ta’ salvataġġ f’għajnuna ta’ ristrutturar. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat li r-Renju tal-Belġju mplimenta favur KBC tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat, li hu kompatibbli mas-suq komuni soġġett għall-impenji mniżżla fl-Anness I.
Artikolu 2
Ir-Renju tal-Belġju għandu jinforma lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, bil-miżuri li ttieħdu biex jikkonformaw magħha. Barra minn hekk, ir-Renju tal-Belġju għandu jissottometti rapporti dettaljati regolari kull sitt xhur, li jibdew minn sitt xhur wara d-data ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Renju tal-Belġju.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Membru tal-Kummissjoni
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ C 18/09, KBC, (ĠU C 216, 10.9.2009, p. 10).
(2) Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N602/08, KBC, (ĠU C 109, 13.5.2009, p. 4). Minn hawn ‘il quddiem, ir-referenzi għad-“Deċiżjoni ta’ rikapitalizzazzjoni” jirreferu għad-Deċiżjoni msemmija f’din in-nota f’qiegħ il-paġna.
(3) Belgische federale overheid, l-awtoritajiet federali Belġjani.
(4) Vlaamse overheid, il-gvern Fjamming.
(5) Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, meta minn hawn ‘il quddiem il-Kummissjoni tirreferi għall-awtoritajiet Belġjani, hi ma tagħmilx distinzjoni bejn il-gvern Federali Belġjan u l-awtoritajiet Fjammingi. B’konsegwenza, it-tnejn se jissejħu “awtoritajiet Belġjani”.
(6) Id-Deċiżjoni tal-ftuħ tirreferi għal tliet punti: l-approvazzjoni tat-tieni rikapitalizzazzjoni bħala għajnuna tas-salvataġġ għal sitt xhur, l-approvazzjoni temporanja tal-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat u tittratta ċerti aspetti tal-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat.
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N360/09, It-tieni rikapitalizzazzjoni u s-salvataġġ tal-assi għal KBC, (ĠU C 216, 10.9.2009, p. 10). Minn hawn ‘il quddiem, ir-referenzi għad-“Deċiżjoni tal-ftuħ” jirreferu għad-Deċiżjoni msemmija f’din in-nota f’qiegħ il-paġna.
(8) L-RWA ta’ KBC Bank kien EUR 141,4 biljun fl-aħħar tal-2008. KBC għandu attivitajiet ta’ assigurazzjoni sinifikanti, meta l-kunċett ta’ RWA ma japplikax. Għall-finijiet ta’ tqabbil, inħolqot approssimazzjoni għall-ekwivalenza ta’ RWA għall-parti tal-Assigurazzjoni ta’ KBC permezz tal-qasma tal-kapital ta’ solvenza tal-Assigurazzjoni bi 8 %. Dan jagħti lill-Grupp RWA ta’ EUR 178,3 biljun għall-aħħar tal-2008, li hi l-figura li fuqha huma bbażati l-kalkoli kollha tal-għajnuna f’din id-Deċiżjoni.
(9) ĠU C 109, 13.5.2009, p. 4.
(10) CDOs ġeneralment jikkonsistu minn diversi porzjonijiet li jiġu klassifikati skont is-subordinazzjoni tagħhom. Tipikament is-CDOs ta’ KBC jikkonsistu f’porzjon ta’ ekwità, porzjon żgħir, porzjon mezzan u porzjon super-senior. Il-porzjon tal-ekwità hu l-iżjed subordinat u l-porzjon super-senior hu l-inqas subordinat.
(11) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 1.
(12) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 1.
(13) Commissie voor het Bank-, Financie- en Assurantiewezen, Commission Bancaire, Financière et des Assurances.
(14) 90 % tal-valur tas-CDOs jimmaturaw sal-aħħar tal-2017.
(*1) Informazzjoni kunfidenzjali, tinkludi sigrieti kummerċjali. Fejn hu possibbli, ġew provduti l-firxiet […].
(15) Il-figura eżatta hi ta’ EUR 19,97 biljun.
(16) EUR 4 biljun permezz tas-sussidjarja tagħha Assurisk u EUR 1,5 biljun permezz ta’ KBC FP.
(17) Il-valutazzjoni tas-CDOs żdiedet fir-riżultati tat-tieni kwart tal-2009, għal EUR 16 biljun, parzjalment minħabba kundizzjonijiet imtejba fis-suq.
(18) Il-prezz medju tal-ishma fit-30 jum ta’ qabel it-tranżazzjoni.
(19) MBIA provdiet assigurazzjoni fuq 11 mill-15-il CDO. B’rabta ma’ dawk l-istrumenti, l-awtoritajiet Belġjani għandhom jikkumpensaw lil KBC għat-telf jekk avveniment ta’ kreditu jwassal għal dik l-assigurazzjoni u l-MBIA sussegwentement tonqos milli twettaq l-obbligi tagħha. B’konformità mad-disinn tal-miżura inġenerali, l-obbligi tal-MBIA huma definiti fuq bażi ta’ kull CDO għalih. Jekk l-MBIA iżjed tard twettaq l-obbligu tagħha, KBC ikollu jirrimborża kwalunkwe ammont diġà mħallas mill-Istat, suġġett għal spejjeż raġonevoli.
(20) Fil-każ li jinħareġ l-istrument ibridu, dan jiġi rimunerat bl-ammont tal-qligħ fuq bond Belġjan ta’ 5 snin, 3 % u ħames darbiet daqs il-medju tal-firxa ta’ CDS fuq ħames snin ta’ KBC ikkalkulati fuq il-perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2007 u li jispiċċa fil-31 ta’ Awwissu 2008. Jekk jintużaw figuri attwali, dan ikun ekwivalenti għal qligħ ta’ 8,5 % (2,82 % + 3 % + (5*,0535) = 8,5 %. Il-prezz tal-ħruġ tat-titolu jkun ibbażat fuq il-prezz medju tal-ishma fit-30 tranżazzjoni preċedenti, u t-titolu jista’ jiġi konvertit għal ekwità fuq bażi ta’ wieħed għal kull wieħed.
(21) KBC jissottometti li skont ir-regoli tal-kontabbiltà tal-IFRS, kemm il-portafoll garantit tas-CDO kif ukoll il-garanzija għandhom jitkejlu skont il-valur ġust. Dan ifisser li l-garanzija għandha tkopri kull wieħed għalih kwalunkwe bidla fil-valur ġust tal-istrumenti garantiti. Kieku dan ma kienx il-każ, kien ikun hemm riskju sinifikanti li l-bidliet fil-valur ġust tas-CDOs kienu jkompju jolqtu l-P&L ta’ KBC, u b’hekk itellfu l-iskop tal-miżura. Dan ifisser li l-garanzija għandha tiġi kostruwita kull strument għalih u mhux fuq il-portafoll in ġenerali.
(22) It-telf mistenni f’dan il-kuntest għandu sinifikat partikolari fl-analiżi mwettqa mill-espert tal-Istat Belġjan. It-telf mistenni fit-tielet porzjon jammonta għal EUR 1,33 biljun, iżda dan ma jfissirx li t-telf mistenni fl-ewwel porzjon ta’ telf u ekwità huwa daqs l-ammont ta’ dawn iż-żewġ porzjonijiet. Fil-fatt it-telf mistenni hu r-riżultat tal-mudelli stokastiċi fejn numru kbir ta’ xenarji huma maħduma u l-medja tagħhom ikkalkulata. Sabiex tiġi llustrata l-metodoloġija użata mill-esperti, jekk wieħed ikollu portafoll ta’ 10, maqsum f’żewġ porzjonijiet ta’ 5, u jekk taħdem fuq 10 xenarji, li 5 minnhom iwasslu għal telf ta’ 2,5 u 5 minnhom iwasslu għal telf ta’ 7,5, it-telf mistenni fuq il-portafoll kollu hu ta’ 5. Madankollu t-telf mistenni fuq l-ewwel porzjon se jkun ta’ EUR 3,75 (5×2,5 u 5×5, is-7,5 li jkun sa massimu għat-telf massimu fl-ewwel telf ta’ 5) u fit-tieni porzjon ikun ta’ 1,25 (5×0 u 5×2,5). It-telf totali jirrikonċilja mat-telf medju ta’ 5 5 (3,75 + 1,25).
(23) […]
(24) Iċ-ċifra eżatta hi ta’ EUR 718 958 556.
(25) Iċ-ċifra eżatta hi ta’ EUR 1 325 480 484.
(26) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-ritorn tal-vijabbiltà u l-evalwazzjoni tal-miżuri tar-ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, (ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9).
(27) Il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Polonja, l-Ungerija, is-Slovakkja u l-Bulgarija.
(28) F’dan il-każ, ċifri pro forma jfissru li l-entitajiet immarkati għaċ-ċessjoni jew għat-tnaqqis jammontaw għal 20 % tat-total tal-RWA tal-Grupp kif kien fl-aħħar tal-2008.
(29) Għall-finijiet ta’ dan il-pakkett ta’ obbligi, it-tisrif tal-ammonti nominali se jsir meta jitħallas lura l-ammont ta’ EUR 7 biljun.
(30) Il-fondi bażiċi proprji hawnhekk huma ekwivalenti għal ekwità u riżervi.
(31) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.
(32) Għall-finijiet ta’ dan l-obbligu, “CDO” hu tranżazzjoni ta’ siguratizzazzjoni ta’ portafoll tal-krediti, b’dawn il-karatteristiċi: (i) jinvolvi ggruppar mill-ġdid ta’ portafolli tal-assi, u dawn l-assi jistgħu jkunu bonds, self, derivattivi jew obbligi oħra tad-djun, (ii) ir-riskju tal-kreditu fir-rigward ta’ dawn l-assi jiġi gruppat mill-ġdid f’diversi porzjonijiet ta’ titoli ta’ importanza differenti, mibjugħa lill-investituri, u (iii) it-transazzjoni hi primarjament ikkontrollata mill-arbitraġġ, i.e. l-għan ewlieni tat-tranżazzjoni hu li jiġu provduti profitti mid-differenza bejn il-prezz tas-suq tal-assi sottostanti u l-prezz li fih ir-riskju sikuratizzat jista’ jinbiegħ f’forma strutturata.
(33) Persunal ewlieni tfisser il-persunal kollu meħtieġ biex jinżammu l-vijabbiltà u l-kompetittività tan-Negozji Ċeduti.
(34) Hold separate manager hu l-persuna maħtura biex tmexxi n-negozju ta’ kuljum tan-Negozju Ċedut kif issorveljat mit-trustee tas-sorveljanza.
(35) Wara n-newtralizzazzjoni tal-effett pro-ċikliku tan-nuqqasijiet mistennija ta’ ħlas lura tal-krediti.
(36) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja attwali: limitazzjoni tal-għajnuna sal-minimu meħtieġ u l-protezzjoni minn tfixkil mhux dovut tal-kompetizzjoni, (ĠU C 10, 15.1.2009, p. 2).
(37) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-trattament tal-assi danneġġjati fis-settur bankarju tal-Komunità, (ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1).
(38) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-ritorn tal-vijabbiltà u l-evalwazzjoni tal-miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, (ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9).
(39) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 38.
(40) Mill-EUR 14,8 biljun KBC għadu jżomm telf ta’ EUR 1,48 biljun (10 %).
(41) Il-valur hu l-valur mark-to model (il-prattika għall-iprezzar ta’ pożizzjoni jew portafoll bi prezzijiet iddeterminati minn mudelli finanzjarji). L-istess valur fl-aħħar tat-tieni kwart tal-2009 ġie miżjud għal EUR 16 biljun skont KBC.
(42) Ara l-premessa (127) ta’ din id-Deċiżjoni
(43) Il-Komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ regoli tal-għajnuna mill-Istat għal miżuri meħuda b’rabta ma’ istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja globali attwali, (ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8).
(44) Ara fost affarijiet oħra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ N574/08, Garantie Fortis, (ĠU C 38, 17.2.2009, p. 2), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ NN42/08, Fortis, (ĠU C 80, 3.4.2009, p. 7), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ NN 57/09, Rescue aid in favour of Ethias (ĠU C 176, 29.7.2009, p. 1) u d- Deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ KBC, ara n-noti 1 u 2 f’qiegħ il-paġna.
(45) Ara d-deskrizzjoni tal-miżura tal-Protezzjoni mill-Istat, premessi 27 sa 28 ta’ din id-Deċiżjoni.
(46) EUR 6,3 biljun * Tier 1 proporzjon ta’ 8 % = EUR 504 miljun * 7 % (rimunerazzjoni tal-kapital safe harbour bi tnaqqis tal-ispejjeż tal-finanzjament) = EUR 35 miljun.
(47) Peress li ma tingħata l-ebda likwidità permezz tal-garanzija tal-ekwità, il-komponent relatat mal-ispiża tal-finanzjament tal-Gvern ma japplikax hawn.
(48) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Każ N 507/08, Miżuri ta’ Appoġġ Finanzjarji għal Istituzzjonijiet Finanzjarji fir-RU, (ĠU C 290, 13.11.2008, p. 4), premessa (52).
(49) Għal finijiet tal-kontabilità, il-portafoll tal-ABS ġie riklassifikat bħala “self u riċevibbli” fl-aħħar tal-2008, biex b’hekk inaqqas il-volatilità tad-dikjarazzjoni tad-dħul ta’ KBC għax aġġustamenti tal-valur negattiv fuq il-portafoll jistgħu jinfirxu fuq perjodu ta’ żmien.
(50) F’termini ta’ IRR (Rata Interna tal-Qligħ).
(51) Ara l-punti 72 u 73 tal-ewwel Deċiżjoni tar-rikapitalizzazzjoni u l-punti 69 u 70 tad-Deċiżjoni tal-ftuħ.
(52) L-ammont ta’ għajnuna li rċieva KBC jammonta għal bejn 4,1 % u 5,1 % tal-RWA tiegħu.
ANNESS
Impenji tal-aġir
|
(i) |
Fir-rigward tat-tul taż-żmien ta’ dawn l-impenji tal-aġir, l-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li, bla preġudizzju għall-possibbiltà li l-Kummissjoni tagħti eżenzjoni, notevolment fuq il-bażi ta’ talba raġonata biżżejjed mill-awtoritajiet Belġjani, l-impenji tal-aġir imniżżla fil-premessi (63) sa (77) inklużivi japplikaw għal tul taż-żmien ta’ […] mid-data tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni jew, sakemm l-ammonti nominali sottoskritti mill-awtoritajiet Belġjani, fid-19 ta’ Diċembru 2008 u fl-20 ta’ Lulju 2009 rispettivament, ikunu nfdew, skont liema minn dawn jiġi l-ewwel (1). |
|
(ii) |
L-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li KBC għandu jagħmel l-almu tiegħu biex iżomm il-politika tiegħu tas-self għall-ekonomija reali fil-pajjiżi fejn għandu attivitajiet tal-imnut. Il-kreditu provdut minn KBC għandu jkun fuq termini kummerċjali. |
|
(iii) |
Ikomplu jimpenjaw ruhħom li KBC iżomm il-proporzjon ta’ solvenza tiegħu ta’ core Tier-1 sa minimu ta’ […] % u l-fondi bażiċi tiegħu sa […] % (2). |
|
(iv) |
Fir-rigward ta’ projbizzjoni fuq l-akkwisti, l-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li KBC iżommu lura milli jikseb kontroll, kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (3), ta’ istituzzjonijiet finanzjarji. Barra minn hekk KBC għandu joqgħod lura milli jikseb kontroll ta’ negozji minbarra istituzzjonijiet finanzjarji jekk dan l-akkwist iżomm lura l-ħlas lura tal-ammont ta’ EUR 7 biljuni ta’ titoli ewlenin Tier-1 bl-Imgħax Imtejjeb lill-awtoritajiet Belġjani kif ippjanat fil-pjan ta’ ristrutturar li ġie notifikat lill-Kummissjoni fit-30 ta’ Settembru 2009 u kif ġie approvat b’din id-Deċiżjoni. Minkejja dik il-projbizzjoni, KBC jista’ jikseb negozji jekk ikollu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, b’mod partikolari jekk dan jitqies essenzjali għall-ħarsien tal-istabbiltà finanzjarja jew il-komepetizzjoni fis-swieq rilevanti. |
|
(v) |
L-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li KBC josserva l-projbizzjoni fuq it-tmexxija tal-prezzijiet:
|
|
(vi) |
L-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom ukoll li KBC se joqgħod lura minn marketing tal-massa u jsemmu dawn il-miżuri bħala vantaġġ f’termini kompetittivi. |
|
(vii) |
Fir-rigward tal-limitazzjoni tar-rimunerazzjoni eżekuttiva ta’ KBC, l-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li:
|
|
(viii) |
L-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li KBC għandu jagħmel l-almu tiegħu biex jiżgura, għall-benefiċċju tal-awtoritajiet Belġjani, qligħ globali fuq it-titoli sottoskritti minnhom ta’ minimu ta’ 10 % fis-sena. |
|
(ix) |
L-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li jinnotifikaw mill-ġdid l-ewwel rikapitalizzazzjoni skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat jekk tinħoloq waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin u b’hekk ikun inqas probabbli li jintlaħaq il-qligħ globali ta’ iżjed minn 10 % p.a.:
|
|
(x) |
Fl-istess mod, l-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li jinnotifikaw mill-ġdid it-tieni rikapitalizzazzjoni skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat jekk tinqala’ din is-sitwazzjoni u b’hekk ikun anqas probabbli li jintlaħaq il-qligħ globali ta’ iżjed minn 10 % fis-sena.:
|
|
(xi) |
Sakemm f’xi waħda minn dawn ix-xenarji deskritti fil-punti (ix) u (x) ma jintwerix li n-nuqqas ta’ ħlas tad-dividends hu kkawżat minn avvenimenti tas-suq normali jew li minkejja n-nuqqas ta’ ħlas tad-dividends, il-qligħ globali xorta waħda se jkun iżjed minn 10 % fis-sena, il-Kummissjoni, mingħajr ma ddaħħal fil-kwistjoni l-injezzjoni tal-kapital, li ġiet dikjarata kompatibbli mas-suq komuni, tista’ fil-kuntest tan-notifika mill-ġdid b’mod partikolar titlob restrizzjonijiet addizzjonali fuq l-aġir. |
|
(xii) |
Fir-rigward tar-rimunerazzjoni tat-titoli alternattivi skont il-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat, l-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li l-kupun li jkun pagabbli fuq il-klassi alternattiva tat-titoli tal-kapital ewlieni li għandhom jinħarġu minn KBC kieku l-awtoritajiet Belġjani kellhom jiksbu iżjed minn 30 % tad-drittijiet tal-voti skont il-Firxa tal-Ekwità tal-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat, għandu jkun jammonta għal […]. |
|
(xiii) |
L-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom ukoll li KBC jew kwalunkwe mis-sussidjarji tiegħu mgħandhomx jinvolvu ruħhom fil-ħruġ ta’ CDOs (4). Hu mifhum li t-tranżazzjonijiet tat-titoli li ma jaqgħux taħt din id-definizzjoni ta’ CDOs jaqgħu barra mill-ambitu ta’ dan l-impenn. Dan hu pereżempju l-każ għal tranżazzjonijiet ta’ titoli għall-finijiet ta’ ġestjoni ta’ kapital regolatorju jew riskju tal-kreditu jew għall-ġenerazzjoni tal-likwidità. |
|
(xiv) |
Fir-rigward tal-pagamenti tal-kupuni u s-sejħiet għal opzjonijiet għal kapital ibridu, sakemm il-Kummissjoni ma taqbilx b’mod ieħor fuq eżenzjoni, l-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li:
|
|
(xv) |
Finalment, l-awtoritajiet Belġjani impenjaw ruħhom li KBC għandu jorganizza d-drittijiet tal-ġestjoni tal-awtoritajiet Belġjani fir-rigward tal-portafoll garantit skont il-miżura ta’ Protezzjoni tal-Istat, b’mod li l-interessi tal-awtoritajiet Belġjani bħala l-garanti jiġu garantiti kif dovut filwaqt li jinżamm livell adegwat ta’ flessibbiltà biex KBC jirreaġixxi malajr għal ċirkostanzi ta’ bidla fis-suq u biex isiru l-aġġustamenti rilevanti u l-għażliet kif xieraq. Id-dokumentazzjoni legali tal-portafoll garantit tipprovdi għal salvagwardji biex jipproteġu investituri terzi, kontrapartijiet super senior u għaldaqstant, b’estensjoni, l-awtoritajiet Belġjani minn kunflitti ta’ interess possibbli fil-ġestjoni tal-portafoll garantit. Minbarra s-salvagwardji skont id-dokumentazzjoni legali oriġinali, il-ftehim mal-awtoritajiet Belġjani li tiggverna l-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat għandha b’mod partikolari tipprovdi għad-dritt tal-awtoritajiet Belġjani li jissorveljaw il-ġestjoni tal-portafoll garantit. Fejn xieraq, l-awtoritajiet Belġjani għandhom jingħataw drittijiet ta’ kunsens biex ikomplu jipproteġu l-interessi tiegħu. |
Ċessjonijiet u tnaqqis ta’ portafolli kummerċjali
|
(xvi) |
Barra minn hekk l-awtoritajiet Belġjani impenjaw ruħhom, fi ħdan il-limiti tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, li jiżguraw il-konformità ta’ KBC mal-impenji mniżżla mill-premessi 79 sa 97 inklużivi. |
|
(xvii) |
KBC għandu jieħu l-passi meħtieġa għaċ-ċessjoni tal-entitajiet jew l-assi (minn hawn ‘il quddiem “Negozju(i) Ċedut(i)”) kif imniżżel fil-premessa (80) li għandhom jiġu implimentati saż-żmien imsemmi. Din iċ-ċessjoni għandha titqies li ġiet implimentata meta KBC ikun daħal fi ftehim li jorbot biex ibiegħ […] fl-entità jew l-ass ikkonċernat. Ftehim li jorbot legalment hu ftehim li ma jistax jitħassar unilateralment minn KBC u li għandu l-ħsieb li joħloq relazzjoni legali li fuqha tista’ toqgħod kull parti u li, fil-każ tat-terminazzjoni tal-ftehim minn KBC, iwassal għal responsabbiltà ta’ KBC lejn il-parti l-oħra. Dak il-ftehim li jorbot legalment xorta waħda jista’ jkun is-suġġett ta’ numru ta’ kundizzjonijiet ordinarji preċedenti bħal approvazzjoni mill-awtoritajiet tas-sorveljanza rilevanti. |
|
(xviii) |
Fir-rigward tan-negozji ċeduti, l-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li KBC se jċedi dawn l-entitajiet […]:
|
Impenji tal-Preżervazzjoni tal-Valur
|
(xix) |
Fir-rigward tal-preżervazzjoni tal-valur tan-negozji ċeduti, l-awtoritajiet Belġjani jimpenjw ruħhom li KBC għandu jiżgura li:
|
|
(xx) |
L-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li KBC għandu jeżerċita l-aħjar sforzi tiegħu biex jappoġġja lix-xerrejja tan-Negozji Ċeduti fil-migrazzjoni għal infrastruttura xierqa għall-operat kontinwu tan-Negozji Ċeduti. […]. |
|
(xxi) |
Mid-data ta’ din id-Deċiżjoni sal-implimentazzjoni taċ-ċessjoni, l-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li KBC għandu jippreżerva l-vijabbiltà ekonomika, il-potenzjal fis-suq u l-kompetittività tan-Negozji Ċeduti skont il-prassi ta’ kummerċ tajjeb u għandu jiminimizza kemm jista’ jkun possibbli kwalunkwe riskju ta’ telf tal-potenzjal kompetittiv tiegħu. KBC għandu jkompli għaddej bin-Negozji Ċeduti bħala negozju attiv fil-kors ordinarju u normali kif imwettaq qabel id-data ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(xxii) |
L-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li mgħandhom jitwettqu l-ebda atti minn KBC li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq in-Negozji Ċeduti. […]. |
Impenji taċ-ċessjoni addizjonali fir-rigward ta’ Centea u Fidea
|
(xxiii) |
Fir-rigward tax-xerrejj(ja) prospettiv(i) ta’ Centea u Fidea, l-awtoritajiet Belġjani provdew l-impenn li KBC għandu jiżgura li:
|
|
(xxiv) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li KBC għandu jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex jiżgura identifikazzjoni ċara tan-negozji ta’ Centea u Fidea u biex jibda jipprepara s-separazzjoni tagħhom minn negozji li huma integrati f’KBC f’entitajiet distinti u li jistgħu jinbiegħu separatament minnufih wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni. Bla preġudizzju għall-impenji tal-preżervazzjoni tal-valur kif stabbilit fil-punti (xix) sa (xxi), Centea u Fidea għandhom jitmexxew bħala entitajiet distinti u li jistgħu jinbiegħu separatament mid-data tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni. Sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet kollha tal-mexxejja mid-data ta’ din id-Deċiżjoni u l-implimentazzjoni taċ-ċessjoni huma fl-aħjar interesssi ta’ Centea u Fidea bl-għan li jiġu żgurati l-vijabbiltà kontinwa ekonomika, il-potenzjal fis-suq u l-kompetittività tagħhom, KBC għandu jaħtar hold separate manager (6) għal kull wieħed minn dawn in-negozji u għandu jiżgura li l-hold separate manager jopera indipendentement. Dan il-hold separate manager jista’ jkun is-CEO attwali ta’ dawn in-negozji. Il-hold separate manager għandu jmexxi dawn in-negozji ċeduti (Centea u Fidea) fl-aħjar interess tagħhom, b’konsultazzjoni komuni ma’ KBC, kif monitorjat mit-Trustee tas-Sorveljanza. |
Trustee tas-sorveljanza
|
(xxv) |
Għandu jinħatar trustee tas-sorveljenza li għandu jirraporta fuq bażi ta’ kull sitt xhur lill-Kummissjoni dwar il-konformità mill-awtoritajiet Belġjani u minn KBC mal-impenji mniżżla fil-punti (xvi) sa (xxiv). It-trustee tas-sorveljenza għandu jkun indipendenti, ikollu l-kwalifiċi meħtieġa u m’għandux ikollu soġġett għal kunflitt ta’ interessi matul l-eżerċizzju tal-mandat tiegħu. |
|
(xxvi) |
Mhux iżjed minn xahar wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet Belġjani għandhom jissottomettu lista ta’ persuna waħda jew iżjed, kif maqbul ma’ KBC, li huma jipproponu li għandhom jaħtru bħala trustee(s) tas-sorveljanza lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Il-Kummissjoni għandu jkollha d-diskrezzjoni li tapprova jew tirrifjuta t-trustee(s) fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fil-punt (xxv). Jekk il-Kummiissjoni tirrifjuta t-trustee(s) propost(i) kollha, KBC u l-awtoritajiet Belġjani għandhom, fi żmien xahar li jkunu ġew infurmati bir-rifjut, jipproponu kandidati ġodda li għal darb’oħra għandhom jiġu approvati jew irrifjutati mill-Kummissjoni. Jekk it-trustee(s) propost(i) l-oħra kollha jiġu rrifjutati mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tinnomina trustee, li KBC għandu jaħtar, jew jikkawża li jinħatar, skont mandat ta’ trustee approvat mill-Kummissjoni. |
Reviżjoni tal-Pakkett tal-impenji
|
(xxvii) |
Fejn hu xieraq u fuq il-bażi ta’ talba raġonata biżżejjed mill-awtoritajiet Belġjani u KBC u meta wieħed iqis il-fehmiet tat-trustee tas-sorveljanza, il-Kummissjoni tista’:
|
|
(xxviii) |
Kwalunkwe talba ta’ din ix-xorta għandha tintbagħat lill-Kummissjoni mhux iżjed tard minn xahrejn qabel id-data fil-mira. |
Trustee taċ-ċessjoni
|
(xxix) |
Jekk iċ-ċessjonijiet ma jkunux saru sad-dati fil-mira rilevanti u mhux iżjed tard minn xahar wara l-aħħar data fil-mira mhux estendibbli, u jekk l-ebda miżuri alternattivi ma jkunu ġew approvati mill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Belġjani għandhom jissottomettu lista ta’ persuna waħda jew iżjed, kif maqbul ma’ KBC, li jipproponu biex jinħatru bħala t-trustee(s) taċ-ċessjoni lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. It-trustee taċ-ċessjoni għandu jkun indipendenti, ikollu l-kwalifiċi meħtieġa u ma jkunx suġġett għal kunflitt ta’ interessi matul it-twettiq tal-mandat tiegħu. Il-Kummissjoni għandu jkollu d-diskrezzjoni li tapprova jew tjirrifjuta t-trustee(s) tad-divestiment propost(i). Jekk il-Kummissjoni tirrifjuta t-trustee(s) tad-divestiment kollha proposti, KBC u l-awtoritajiet Belġjani għandhom, fi żmien xahar minn meta jiġu infurmati bir-rifjut, jipproponu kandidati ġodda li għal darb’oħra għandhom jiġu approvati jew irrifjutati mill-Kummissjoni. Jekk it-trustee(s) l-oħra kollha li jiġu proposti jiġu rrifjutati mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tinnomina trustee, li KBC għandu jaħtar, jew jikkawża li jaħtar, skont mandat ta’ trustee approvat mill-Kummissjoni. |
|
(xxx) |
L-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li KBC għandu jagħti prokuri meħtieġa u raġonevoli lit-trustee taċ-ċessjoni:
|
|
(xxxi) |
Il-Kummissjoni għandha tawtorizza, wara li tkun ikkunsidrat alternattivi raġonevoli kif proposti skont l-arranġamenti ta’ reviżjoni kif stabbiliti fil-premessa 89, lit-trustee taċ-ċessjoni biex ibiegħ in-negozju Ċedut ikkonċernat […]. It-trustee taċ-ċessjoni għandu jinkludi fil-ftehim ta’ bejgħ u xiri dawk it-termini u l-kundizzjonijiet ordinarji u raġonevoli li huma xierqa għal bejgħ effiċjenti. It-trustee taċ-ċessjoni għandu jorganizza l-proċess tal-bejgħ b’konsultazzjoni ma’ KBC sabiex jiżgura ċessjoni fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli, suġġett għall-obbligu tiegħu li jċedi […] fil-perjodu ta’ ċessjoni tat-trustee fil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-premessi 91 u 92. |
|
(xxxii) |
Barra minn hekk, il-miżati u l-ispejjeż kollha tat-trustees tas-sorveljanza u taċ-ċessjoni għandhom jitħallsu minn KBC. |
Tnaqqis tal-portafolli kummerċjali
|
(xxxiii) |
L-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li KBC għandu jieħu l-passi meħtieġa għat-tnaqqis tal-portafolli kummerċjali tal-entitajiet imniżżla isfel li għandhom jitlestew sad-dati fil-mira kif stabbiliti għal kull waħda minn dawn l-entitajiet. Mid-data ta’ din id-Deċiżjoni sat-tlestija tat-tnaqqis, KBC għandu jirrispetta sospensjoni totali fir-rigward tal-ammont tal-RWA (7) rappreżentat minn dawn il-portafolli kummerċjali. Fir-rigward ta’ dan l-impenn, “sospensjoni” tfisser li KBC ma jidħolx fi kwalunkwe negozju ġdid f’dawn il-portafolli kummerċjali u li d-deċiżjoni tal-mexxejja ta’ KBC fir-rigward tal-portafolli kummerċjali jista’ jkollhom biss effett newtrali jew ta’ tnaqqis fuq l-ammont ta’ RWA attribwit għal dawn il-portafolli kummerċjali fiż-żmien ta’ din id-Deċiżjoni. KBC mhux se jkun obbligat li jċedi jew b’xi mod ieħor jiddisponi minn oġġetti fuq il-portafoll jew li jittermina kuntratti eżistenti f’kundizzjonijiet li jirriżultaw f’telfien jew responsabbiltà għal KBC. Għaldaqstant KBC għandu jnaqqas dawn il-portafolli kummerċjali:
bil-ftehim li ċerti kuntratti li jappartjenu għall-portafolli kummerċjali kif imniżżla qabel jistgħu jiskadu u għaldaqstant jibqgħu xorta fil-kotba ta’ KBC […]. |
Tqegħid fil-Boroż tal-ishma ta’ żewġ assi CEE-R
|
(xxxiv) |
L-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li KBC għandu jwettaq it-tqegħid fil-Boroż tal-ishma ta’ ČSOB (Repubblika Ċeka) u K & H bank (Ungerija) […]. |
Sorveljanza
|
(xxxv) |
L-awtoritajiet Belġjani jimpenjaw ruħhom li KBC jipprovdi lill-Kummissjoni rapporti dettaljati fuq bażi ta’ kull sitt xhur permezz tal-awtoritajiet Belġjani. Dawn ir-rapporti għandu jkun fihom informazzjoni dwar il-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni (kif imsemmija fil-punt 40 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni (8)), it-tħaddim tal-miżura ta’ Protezzjoni mill-Istat (kif imsemmi fl-Anness IV tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġjati, minn hawn ‘il quddiem “IAC” (9)), u l-pjan ta’ ristrutturar (kif imsemmi fil-punt 46 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar (10)). L-ewwel rapport, li jikkombina din l-informazzjoni kollha, għandu jiġi sottomess lill-Kummissjoni mhux iżjed tard minn sitt xhur wara d-data ta’ din id-Deċiżjoni. |
(1) Għall-finijiet ta’ dan il-pakkett tal-obbligi, it-tisrif tal-ammonti nominali għandu jitwettaq meta jitħallas lura ammont ta’ EUR 7 biljuni.
(2) Il-fondi proprji bażiċi hawn huma ekwivalenti għal ekwità u riżervi.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-impenn, “CDO” hu tranżazzjoni ta’ sigurtajiet ta’ portafoll tal-kreditu, b’dawn il-karatteristiċi: (i) jinvolvi iggruppar mill-ġdid ta’ portafolli tal-assi, u dawn l-assi jistgħu jkunu bonds, self, derivattivi jew obbligi oħra tad-dejn, (ii) ir-riskju tal-kreditu fir-rigward ta’ dawn l-assi jiġi gruppat mill-ġdid f’diversi porzjonijiet ta’ titoli ta’ senjorità differenti, mibjugħa lill-investituri, u (iii) it-tranżazzjoni hi primarjament immexxija mill-arbitraġġ, i.e. l-għan ewlieni tat-tranżazzjoni hu li jiġu provduti profitti minn differenzi bejn il-prezz tas-suq tal-assi sottostanti u l-prezz li bih ir-riskju tat-titoli jista’ jinbiegħ f’forma strutturata.
(5) Persunal ewlieni ifisser il-persunal kollu meħtieġ biex jinżammu l-vijabbiltà u l-kompetittività tan-Negozji Ċeduti
(6) Hold separate manager hu l-persuna maħtura biex tmexxi n-negozju ta’ kuljum tan-Negozju Ċedut kif issorveljat mit-trustee tas-sorveljanza.
(7) Wara n-newtralizzazzjoni tal-effett pro-ċikliku tan-nuqqasijiet mistennija fil-ħlas lura tal-kreditu.
(8) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja attwali: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu neċessarju u protezzjoni kontra tfixkil mhux dovut tal-kompetizzjoni, (ĠU C 10, 15.1.2009, p. 2).
(9) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-trattament ta’ assi danneġġjati fis-settur bankarju tal-Komunità, (ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1).
(10) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni tal-miżuri tar-ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, (ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9).