|
22.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 155/33 |
DEĊIŻJONI BiH/16/2010 TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ
tal-15 ta’ Ġunju 2010
dwar il-ħatra tal-Kap tal-Element ta’ Kmand tal-UE f’Napli għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina
(2010/344/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta’ Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz ta’ Skambju ta’ Ittri bejn is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli u s-Segretarju Ġenerali tan-NATO fit-28 ta’ Settembru 2004 u fit-8 ta’ Ottubru 2004, rispettivament, il-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana qabel li jqiegħed għad-dispożizzjoni l-Kap Kmandant tal-Kwartieri Ġenerali tal-Kmand tal-Forza Konġunta, Napli bħala Kap tal-Element ta’ Kmand tal-UE f’Napli. |
|
(2) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Logutenent Ġeneral Leandro DE VICENTI, Kap Kmandant tal-Kwartieri Ġenerali tal-Kmand tal-Forza Konġunta f’Napli bħala Kap tal-Element ta’ Kmand tal-UE f’Napli għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina. |
|
(3) |
Il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa r-rakkomandazzjoni. |
|
(4) |
Konformement mal-Artikolu 6 tal-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà biex jeżerċita t-tmexxija politika u strateġika tal-operazzjoni militari tal-UE. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża. |
|
(6) |
Il-Kunsill Ewropew ta’ Kopenħagen tat-12 u t-13 ta’ Diċembru 2002 adotta Dikjarazzjoni li tiddikjara li l-arranġamenti “Berlin plus” u l-implimentazzjoni tagħhom ser japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri tal-UE li huma wkoll jew membri tan-NATO jew partijiet fis-“Sħubija għall-Paċi” u li konsegwentement ikkonkludew ftehimiet bilaterali dwar is-sigurtà man-NATO, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Logutenent Ġeneral Leandro DE VICENTI huwa b’dan maħtur Kap tal-Element ta’ Kmand tal-UE f’Napli għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja-Ħerzegovina.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-15 ta’ Ġunju 2010.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
C. FERNÁNDEZ-ARIAS