|
26.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUSEC/1/2010
tat-18 ta’ Mejju 2010
dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-Missjoni ta’ konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma fis-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo)
(2010/297/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/709/PESK tal-15 ta’ Settembru 2009 dwar il-missjoni ta’ konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 10(3) tal-Azzjoni Konġunta 2009/709/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-istabbiliment ta’ Kumitat ta’ Kontributuri (KtK) għal EUSECL RD Congo. |
|
(2) |
Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Göteborg tal-15 u s-16 ta’ Ġunju 2001 stabbilixxew prinċipji ta’ gwida u modalitajiet għall-kontributi ta’ Stat terz lill-missjonijiet tal-pulizija. Fl-10 ta’ Diċembru 2002, il-Kunsill approva d-dokument intitolat “Konsultazzjonijiet u Modalitajiet għall-Kontributi ta’ Stati mhux fl-UE lill-operazzjonijiet ċivili tal-UE ta’ maniġġar ta’ kriżijiet”, li żviluppaw ulterjorment l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi f’operazzjonijiet ċivili ta’ maniġġar ta’ kriżijiet, inkluż l-istabbiliment ta’ Kumitat ta’ Kontributuri. |
|
(3) |
Il-KtK ser ikollu rwol ewlieni fil-maniġġar ta’ kuljum ta’ EUSEC RD Congo. Huwa ser ikun il-forum prinċipali biex jiġu diskussi l-problemi kollha relatati mal-maniġġar ta’ kuljum tal-Missjoni. Il-KPS, li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni, għandu jieħu kont tal-fehmiet tal-KtK, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Stabbiliment
Kumitat ta’ Kontributuri (KtK) għall-missjoni ta’ konsulenza u assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUSEC RD Congo) huwa b’dan stabbilit.
Artikolu 2
Funzjonijiet
1. Il-KtK jista’ jesprimi fehmiet li għandhom jiġu meqjusa mill-KPS li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ EUSEC RD Congo.
2. It-termini ta’ referenza tal-KtK huma stabbiliti fid-dokument intitolat “Konsultazzjonijiet u modalitajiet għall-kontribut ta’ Stati mhux fl-UE lill-operazzjonijiet ċivili tal-UE ta’ maniġġar ta’ kriżijiet”.
Artikolu 3
Kompożizzjoni
1. L-Istati Membri kollha tal-UE huma intitolati li jkunu preżenti waqt id-diskussjonijiet tal-KtK iżda l-Istati kontribwenti biss għandhom jieħdu sehem fil-maniġġar ta’ kuljum ta’ EUSEC RD CONGO. Ir-rappreżentanti tal-Istati terzi parteċipanti f’EUSEC RD CONGO jistgħu jattendu għal-laqgħat tal-KtK. Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jista’ wkoll jattendi għal-laqgħat tal-KtK.
2. Il-KtK għandu jirċievi informazzjoni regolari mill-Kap tal-Missjoni.
Artikolu 4
Presidenza
Il-KtK għandu jkun ippresedut mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jew ir-rappreżentant tiegħu jew tagħha.
Artikolu 5
Laqgħat
1. Il-KtK għandu jitlaqqa’ mill-President fuq bażi regolari. Fejn jeħtieġu ċ-ċirkostanzi, jistgħu jitlaqqgħu laqgħat ta’ emerġenza fuq l-inizjattiva tal-President, jew fuq it-talba ta’ membru.
2. Il-President għandu jiċċirkola minn qabel aġenda proviżorja u dokumenti relatati mal-laqgħa. Il-President għandu jkun responsabbli biex iwassal l-eżitu tad-diskussjonijiet tal-KtK lill-KPS.
Artikolu 6
Kunfidenzjalità
1. Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 (2), ir-regolamenti tas-sigurtà tal-Kunsill għandhom japplikaw għal-laqgħat u l-proċedimenti tal-KtK. B’mod partikolari, ir-rappreżentanti fil-KtK għandhom ikunu fil-pussess ta’ awtorizzazzjoni ta’ sigurtà adegwata.
2. Id-deliberazzjonijiet tal-KtK għandhom ikunu koperti bl-obbligu tas-segretezza professjonali, ħlief jekk il-KtK jiddeċiedi unanimament mod ieħor.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
C. FERNÁNDEZ-ARIAS