|
24.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 347/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1287/2009
tas-27 ta’ Novembru 2009
li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet relatati magħhom, għal ċerti stokkijiet ta' ħut, applikabbli fil-Baħar l-Iswed għall-2010
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/1996 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għat-tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jeżiġi li l-Kunsill jaddotta l-miżuri neċessarji li jirregolaw l-aċċess għal żoni u riżorsi u sabiex l-attivitajiet tas-sajd jibqgħu jsiru b’mod sostenibbli, b'kont meħud tal-parir xjentifiku disponibbli u, b’mod partikolari, ir-rapport imħejji mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, il-Kunsill jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd relattivament għat-tip ta’ sajd jew gruppi ta’ tipi ta’ sajd u l-allokazzjoni ta’ dawk l-opportunitajiet lill-Istati Membri. |
|
(3) |
Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effettiva tal-opportunitajiet ta’ sajd, għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet speċifiċi għall-operazzjonijiet ta’ sajd. |
|
(4) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jistabbilixxi d-definizzjonijiet rilevanti dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet ta’ sajd. |
|
(5) |
Konformement mal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 huwa meħtieġ li jiġu identifikati l-istokkijiet li huma suġġetti għal miżuri varji previsti f’dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Sabiex isir kontribut għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut, fl-2010 għandhom jiġu implimentati ċerti miżuri supplementari marbuta mal-kundizzjonijiet tekniċi tas-sajd. |
|
(7) |
L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jintużaw skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-suġġett, u b'mod partikolari mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (3) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni taż-żgħar tal-organiżmi tal-baħar (4). |
|
(8) |
Sabiex jitnaqqas ir-rimi, huwa xieraq li tiġi stabbilita projbizzjoni fuq il-high-grading għal kwalunkwe speċi suġġetta għal kwota, jiġifieri projbizzjoni tar-rimi ta' speċijiet suġġetti għal kwota li jistgħu jinbiegħu u jinħattu legalment skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-sajd. |
|
(9) |
Sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Komunità, huwa importanti li dan it-tip ta’ sajd jinfetaħ fl-1 ta’ Jannar 2010. Minħabba l-urġenza tal-kwistjoni, huwa essenzjali li tingħata eċċezzjoni għall-perjodu ta' sitt ġimgħat imsemmi f'paragrafu I (3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, |
ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għas-sena 2010 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut fil-Baħar l-Iswed u l-kondizzjonijiet speċifiċi li taħthom jistgħu jintużaw tali opportunitajiet ta’ sajd.
Artikolu 2
Ambitu
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji (bastimenti Komunitarji) li joperaw fil-Baħar l-Iswed.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, dan ir-Regolament m'għandux japplika għal operazzjonijiet tas-sajd imwettqa biss għal skopijiet ta' investigazzjoni xjentifika u li jsiru bil-permess u taħt l-awtorità tal-Istat Membru kkonċernat u li dwaru ġew infurmati bil-quddiem il-Kummissjoni u l-Istat Membru li fl-ilmijiet tiegħu tkun qed issir ir-riċerka.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Addizzjonalment għad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“GFCM” tfisser il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran. |
|
(b) |
“Il-Baħar l-Iswed” tfisser is-subżona ġeografika tal-GFCM kif definita fir-reżoluzzjoni GFCM/33/2009/2; |
|
(c) |
“qabda totali permissibbli (TAC – Total Allowable Catch)” tfisser il-kwantità li tista’ tittieħed minn kull stokk kull sena; |
|
(d) |
“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC li tkun allokata lill-Komunità, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz. |
KAPITOLU II
L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD U L-KUNDIZZJONIJIET ASSOĊJATI MAGĦHOM
Artikolu 4
Limiti tal-qbid u allokazzjonijiet
Il-limiti tal-qbid, l-allokazzjoni ta’ dawk il-limiti fost l-Istati Membri, u l-kondizzjonijiet addizzjonali applikabbli konformement mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 huma stabbiliti fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet
L-allokazzjoni tal-limiti tal-qbid fost l-Istati Membri kif stabbilit fl-Anness I għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:
|
a) |
skambji skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002; |
|
b) |
allokazzjonijiet mill-ġdid magħmula skont l-Artikoli 21(4) 23(1) u 32(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002; |
|
c) |
ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96; |
|
d) |
tnaqqis magħmul taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. |
Artikolu 6
Kundizzjonijiet għall-qabdiet u għall-qabdiet inċidentali
1. Ħut minn stokkijiet li għalihom hemm stabbiliti limiti ta’ qbid għandhom jinżammu abbord jew jinħattu l-art biss jekk jinqabdu minn bastimenti tas-sajd ta’ Stat Membru li għandu kwota u dik il-kwota ma tkunx ġiet eżawrita;
2. Il-ħatt l-art kollu għandu jittieħed mill-kwota jew, jekk is-sehem Komunitarju ma jkunx tqassam fost l-Istati Membri permezz tal-kwoti, mis-sehem Komunitarju.
Artikolu 7
Projbizzjoni tal-high-grading
Kwalunkwe speċi suġġetta għal kwota, li tinqabad matul l-operazzjonijiet tas-sajd għandha tittella' abbord il-bastiment u sussegwentement tinħatt sakemm dan ma jmurx kontra l-obbligi previsti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-sajd li tistabbilixxi miżuri tekniċi, ta' kontroll u ta' konservazzjoni, u b'mod partikolari dan ir-Regolament u r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u r-Regolament (KE) Nru 2371/2002.
Artikolu 8
Miżuri tekniċi tranżizzjonali
Il-miżuri tekniċi tranżizzjonali għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness II.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 9
It-trażmissjoni tad-data
Meta, taħt l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, l-Istati Membri jibagħtu data lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art ta’ kwantitajiet ta’ ħut maqbuda, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
C. BILDT
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
ANNESS I
Il-limiti tal-qbid u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għall-ġestjoni minn sena għall-oħra tal-limiti tal-qbid applikabbli għall-bastimenti tal-Komunità f’żoni fejn ikunu ġew iffissati il-limiti tal-qbid
It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu it-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, ħlief fejn speċifikat mod ieħor) skont l-istokk, l-allokazzjoni lill-Istati Membri u l-kundizzjonijiet assoċjati għall-ġestjoni tal-kwoti minn sena għall-oħra.
F'kull żona, l-istokkijiet tal-ħut huma msemmija fl-ordni alfabetiku li ġej tal-ismijiet tal-ispeċijiet bil-Latin. Għall-finijiet ta’ dawn it-tabelli l-kodiċijiet użati għall-ispeċijiet differenti huma kif ġejjin:
|
Isem xjentifiku |
Kodiċi Alpha-3 |
Isem komuni |
|
Psetta maxima |
TUR |
Barbun imperjali |
|
Sprattus sprattus |
SPR |
Laċċa kaħla |
|
|
|||||||
|
Il-Bulgarija |
48 (1) |
TAC Prekawzjonarju L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||||
|
Ir-Rumanija |
48 (1) |
|||||||
|
KE |
||||||||
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|||||||
|
|
|||||||
|
KE |
12 750 (3) |
TAC Prekawzjonarju L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika. |
||||||
|
TAC |
Mhux rilevanti |
|||||||
(1) Il-kwoti rispettivi sejrin jonqsu għal 38 tunellata, bi tnaqqis korrispondenti tat-TAC għal 76 tunellata, sakemm ma jiġux preżentati pjanijiet nazzjonali ta' kontroll sal-15 ta' Frar 2010 mill-awtoritajiet nazzjonali relevanti u li jiġu sussegwentement aċċettati mill-Kummissjoni.
(2) Sajd għall-Barbun imperjali m'huwiex awtorizzat qabel il-15 ta' Frar 2010. Kwalunkwe qabda mhux intenzjonata ta' Barbun imperjali f'sajdiet oħra qabel il-15 ta' Frar 2010 għandha tiġi żbarkata u mnaqqsa mill-kwoti nazzjonali.
(3) Jistgħu jinqabdu biss minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Bulgarija jew ir-Rumanija.
ANNESS II
Miżuri tekniċi tranżizzjonali
|
1. |
M’għandha ssir l-ebda attività tas-sajd għall-barbun imperjali mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju fl-ilmijiet tal-Komunità Ewropea tal-Baħar l-Iswed. |
|
2. |
Id-daqs minimu tal-malji permess bil-liġi għal xbieki tal-qiegħ użati biex jinqabad il-barbun imperjali għandu jkun ta' 400 mm. |
|
3. |
Id-daqs minimu ta’ barbun imperjali li jista’ jinħatt l-art m’għandux ikun inqas minn 45 cm tul, imkejjel konformement mal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 850/98. |