|
11.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 240/26 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 829/2009
tad-9 ta' Settembru 2009
li jipprojbixxi s-sajd għar-roundnose grenadier fl-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi ta' Vb, VI, VII min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-politika komuni tas-sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (3) jistipula kwoti għall-2009 u l-2010. |
|
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2009. |
|
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data għandu jkun ipprojbit ukoll li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi v s-Sajd
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
ANNESS
|
Nru |
4/DSS |
|
Stat membru |
Spanja |
|
Stokk |
RNG/5B67- |
|
Speċi |
Roundnose grenadier (Coryphaenoides rupestris) |
|
Żona |
Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi fiż-żoni Vb, VI u VII |
|
Data |
28.7.2009 |