|
24.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/68 |
DEĊIŻJONI ATLANTA/6/2009 TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ
tat-22 ta' Lulju 2009
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)
(2009/559/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 25 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (Atalanta), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE. |
|
(2) |
Fis-17 ta’ Marzu 2009, il-KPS adotta d-Deċiżjoni Atalanta/1/2009 (2) li taħtar lill-Kaptan (Forza Navali) Juan GARAT CARAMÉ bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja. |
|
(3) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda li jinħatar il-Komodor Peter BINDT bħala Kmandant ġdid tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja. |
|
(4) |
Il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Komodor Peter BINDT huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fit-13 ta’ Awwissu 2009.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2009.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
O. SKOOG