24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 21/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta' Diċembru 2008

dwar l-allokazzjoni ta’ kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati li huma permessi għall-użi essenzjali fil-Komunità fl-2009 skont ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8398)

(Huma awtentiċi biss it-testi bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan, bis-Sloven u bl-Ispanjol)

(2009/52/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Komunità diġà temmet il-produzzjoni u l-konsum tal-chlorofluorocarbons, ta’ chlorofluorocarbons oħrajn li huma kompletament aloġenati, halons, carbon tetrachloride, 1,1,1-trichloroethane, hydrobromofluorocarbon u bromo-chloro-methane.

(2)

Kull sena l-Kummissjoni jeħtiġilha tiddetermina l-użi essenzjali ta’ dawn is-sustanzi kkontrollati, il-kwantitajiet li jistgħu jintużaw u l-kumpaniji li jistgħu jużawhom.

(3)

Id-Deċiżjoni IV/25 tal-Partijiet fil-Protokoll ta’ Montreal dwar is-Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu, minn hawn ‘il quddiem “il-Protokoll ta’ Montreal”, tistipula l-kriterji użati mill-Kummissjoni għad-determinazzjoni ta’ kwalunkwe użi essenzjali u tawtorizza l-produzzjoni u l-konsum meħtieġa sabiex tissodisfa l-użi essenzjali tas-sustanzi kkontrollati għal kull Parti.

(4)

Il-Partijiet fil-Protokoll ta’ Montreal awtorizzaw il-produzzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ 22 tunnellata ta’ chlorofluorocarbons (CFCs) fl-2009 għall-manifattura u l-użu ta’ Inalaturi b’Dożaġġ Imkejjel (MDIs) li jikkwalifikaw bħala wieħed mill-użi essenzjali tas-CFCs kif definiti fid-Deċiżjoni IV/25.

(5)

Id-Deċiżjoni XIX/18 tal-Partijiet fil-Protokoll ta’ Montreal tawtorizza l-produzzjoni u l-konsum meħtieġa biex jissodisfaw l-użi essenzjali tas-sustanzi kkontrollati elenkati fl-Annessi A, B u C (Sustanzi ta’ Grupp II u III) tal-Protokoll ta’ Montreal għall-użu fil-laboratorji u skopijiet analitiċi kif elenkati fl-Anness IV għar-rapport tas-Seba’ Laqgħa tal-Partijiet, soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II għar-rapport tas-Sitt Laqgħa tal-Partijiet, kif ukoll id-Deċiżjonijiet VII/11, XI/15 u XV/5 tal-Partijiet fil-Protokoll ta’ Montreal. Id-Deċiżjoni XVII/10 tal-Partijiet fil-Protokoll ta’ Montreal tawtorizza l-produzzjoni u l-konsum tas-sustanza kkontrollata elenkata fl-Anness E għall-Protokoll ta’ Montreal meħtieġa biex jissodisfaw l-użi kritiċi tal-laboratorju u dawk analitiċi tal-methyl bromide.

(6)

Skont il-paragrafu 3 tad-Deċiżjoni XII/2 tal-Partijiet fil-Protokoll ta’ Montreal dwar miżuri ta’ faċilitazzjoni għat-tranżizzjoni lejn MDIs mingħajr chlorofluorocarbons, l-Istati Membri kollha nnotifikaw lill-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent l-ingredjenti attivi li għalihom il-chlorofluorocarbons (CFCs) mhumiex aktar essenzjali fil-manifattura ta’ MDIs għat-tqegħid fis-suq tal-Komunità Ewropea.

(7)

L-Artikolu 4(4)(i)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jipprevjeni li jintużaw jew li jitqiegħdu fis-suq is-CFCs sakemm mhumiex meqjusa essenzjali skont il-kundizzjonijiet deskritti fl-Artikolu 3(1) ta’ dak ir-Regolament. Dawn id-determinazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ essenzjalità għalhekk naqqsu d-domanda għas-CFCs fl-użu fl-MDIs li jitqiegħdu fis-suq tal-Komunità Ewropea. Barra minn hekk, l-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jipprevjeni li prodotti CFC-MDIs jiġu importati jew jitqiegħdu fis-suq sakemm is-CFCs f’dawn il-prodotti ma jitqisux essenzjali skont il-kundizzjonijiet deskritti fl-Artikolu 3(1).

(8)

Il-Kummissjoni ppubblikat Notifika (2) lil dawk il-kumpaniji fl-Istati Membri li talbu għall-kunsiderazzjoni mill-Kummissjoni għall-użu ta’ sustanzi kkontrollati għall-użi essenzjali fil-Komunità fl-2009 u rċeviet dikjarazzjonijiet dwar l-użi essenzjali tas-sustanzi kkontrollati għall-2009.

(9)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni stabbilit bl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp I (chlorofluorocarbons 11, 12, 113, 114 u 115) skont ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jintużaw għal skopijiet mediċi essenzjali fil-Komunità fl-2009 għandha tkun ta’ 21 360,00 kilogramm ODP (3).

2.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp I (chlorofluorocarbons 11, 12, 113, 114 u 115) u tal-Grupp II (chlorofluorocarbons li huma kompletament aloġenati) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jintużaw għal skopijiet essenzjali fil-laboratorju fil-Komunità fl-2009 għandha tkun ta’ 60 280,8 kilogramma ODP.

3.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp III (halons) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju u analitiċi fil-Komunità fl-2009 għandha tkun ta’ 115,7 kilogramma ODP.

4.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-grupp IV (carbon tetrachloride) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju fil-Komunità fl-2009 għandha tkun ta’ 129 390,8 kilogramma Ozone Depleting Potential.

5.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-grupp IV (carbon tetrachloride) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju fil-Komunità fl-2009 għandha tkun ta’ 355,65 kilogramma ODP.

6.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp VI (methyl bromide) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jintużaw għall-użi kritiċi fil-laboratorju u analitiċi fl-Unjoni Ewropea fl-2009 għandha tkun ta’ 36,3 kilogramma ODP.

7.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp VII (hydrobromofluorocarbons) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju fil-Komunità fl-2009 għandha tkun ta’ 57,96 kilogramma ODP.

8.   Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp IX (bromochloromethane) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju fil-Komunità fl-2009 għandha tkun ta’ 11,088 kilogramma ODP.

Artikolu 2

L-inalaturi b’dożaġġ imkejjel bil-chlorofluorocarbons elenkati fl-Anness I ma għandhomx jitqiegħdu fi swieq li fihom l-Awtorità Kompetenti tkun iddeċidiet li mhumiex essenzjali l-chlorofluorocarbons għall-inalaturi b’dożaġġ imkejjel.

Artikolu 3

Matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(1)

L-allokazzjoni tal-kwoti għall-użu mediku essenzjali għall-chlorofluorocarbons 11, 12, 113, 114 u 115 għandha ssir lill-kumpaniji indikati fl-Anness II.

(2)

L-allokazzjoni tal-kwoti għall-użi essenzjali fil-laboratorju u analitiċi għall-chlorofluorocarbons 11, 12, 113, 114 u 115 u ta’ chlorofluorocarbons oħrajn li huma kompletament aloġenati għandha ssir lill-kumpaniji indikati fl-Anness III.

(3)

L-allokazzjoni tal-kwoti għall-użu essenzjali fil-laboratorju u dak analitiku għall-halons għandha ssir lill-kumpaniji indikati fl-Anness IV.

(4)

L-allokazzjoni tal-kwoti għall-użu essenzjali fil-laboratorju u dak analitiku għall-carbon tetrachloride għandha ssir lill-kumpaniji indikati fl-Anness V.

(5)

L-allokazzjoni tal-kwoti għall-użu essenzjali fil-laboratorju u dak analitiku għall-1,1,1-trichloroethane għandha ssir lill-kumpaniji indikati fl-Anness VI.

(6)

L-allokazzjoni tal-kwoti għall-użu kritiku fil-laboratorju u dak analitiku għall-methyl bromide għandha ssir lill-kumpaniji indikati fl-Anness VII.

(7)

L-allokazzjoni tal-kwoti għall-użu essenzjali fil-laboratorju u dak analitiku għall-hydrobromofluorocarbons għandha ssir lill-kumpaniji indikati fl-Anness VIII.

(8)

L-allokazzjoni tal-kwoti għall-użu essenzjali fil-laboratorju u dak analitiku għall-bromochloromethane għandha ssir lill-kumpaniji indikati fl-Anness IX.

(9)

Il-kwoti ta’ użi essenzjali għall-chlorofluorocarbons 11, 12, 113, 114 u 115, chlorofluorocarbons aloġenati kompletament oħrajn, carbon tetrachloride, 1,1,1-trichloroethane, hydrobromofluorocarbons u bromochloromethane u l-kwoti għall-użu fil-laboratorji u tal-użu analitiku kritiku għall-methyl bromide għandhom ikunu kif stipolati fl-Anness X.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009 u tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:

 

Acros Organics bvba

Janssen Pharmaceuticalaan 3a

B-2440 Geel

 

Airbus France

316, route de Bayonne

F-31300 Toulouse

 

Carlo Erba Réactifs-SDS

Z.I. de Valdonne, BP 4

F-13124 Peypin

 

Chiesi Farmaceutici SpA

Via Palermo 26/A

I-43100 Parma

 

CNRS — Groupe de physique des solides

Université Paris 7 Denis Diderot et Paris 6

Pierre et Marie Curie

F-75251 Paris Cedex 5

 

Harp International

Gellihirion Industrial Estate Rhondda,

Cynon Taff

Pontypridd CF37 5SX

UNITED KINGDOM

 

Honeywell Specialty Chemicals

Wunstorfer Straße 40

Postfach 10 02 62

D-30918 Seelze

 

Ineos Fluor Ltd

PO Box 13, The Heath

Runcorn Cheshire WA7 4QF

UNITED KINGDOM

 

Institut scientifique de service public

Rue du Chéra 200

B-4000 Liège

 

LGC Standards GmbH

Mercatorstraße 51

D-46485 Wesel

 

Mallinckrodt Baker BV

Teugseweg 20

7418 AM Deventer

Nederland

 

Merck KGaA

Frankfurter Straße 250

D-64271 Darmstadt

 

Mikro + Polo d.o.o.

Zagrebška cesta 22

SI-2000 Maribor

 

Ministry of Defense

Defence Fuel Lubricants and Chemicals

PO Box 10 000

1780 CA Den Helder

Nederland

 

Panreac Química SA

Pol. Ind. Pla de la Bruguera, C/Garraf, 2

E-08211 Castellar del Vallès

Barcelona

 

Sigma Aldrich Chimie SARL

80, rue de Luzais

L’Isle d’Abeau Chesnes

F-38297 Saint-Quentin-Fallavier

 

Sigma Aldrich Company

The Old Brickyard, New Road

Gillingham SP8 4XT

UNITED KINGDOM

 

Sigma Aldrich Laborchemikalien

Wunstorfer Straße 40

Postfach 10 02 62

D-30918 Seelze

 

Sigma Aldrich Logistik GmbH

Riedstraße 2

D-89555 Steinheim

 

Solvay Organics GmbH

Hans-Böckler-Allee 20

D-30173 Hannover

 

Tazzetti Fluids SRL

Corso Europa 600/a

I-10088 Volpiano (TO)

 

Valeas SpA Pharmaceuticals

Via Vallisneri 10

I-20133 Milano

 

Valvole Aerosol Research Italiana (VARI)

SpA — LINDAL Group Italia

Via del Pino 10

I-23854 Olginate (LC)

 

VWR ISAS

201, rue Carnot

F-94126 Fontenay-sous-Bois

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1.

(2)   ĠU C 114, 9.5.2008, p. 27.

(3)  Potenzjal ta’ Tnaqqis tas-Saff tal-Ożonu.


ANNESS I

Skont il-paragrafu 3 tad-Deċiżjoni XII/2 tat-Tnax-il Laqgħa tal-Partijiet fil-Protokoll ta’ Montreal dwar il-miżuri ta’ faċilitazzjoni għat-transizzjoni lejn MDIs mingħajr “chlorofluorocarbons” (MDIs), il-pajjiżi li ġejjin iddeterminaw li, minħabba l-preżenza ta’ MDIs xierqa li ma fihomx is-CFCs, is-CFCs ma jikkwalifikawx aktar bħala “essenzjali” skont il-Protokoll meta jiġu kkombinati mal-ingredjenti attivi li ġejjin:

LISTA TA’ SUSTANZI MHUX ESSENZJALI

Sors: www.unep.org/ozone/Information_for_the_Parties/3Bi_dec12-2-3.asp

Tabella 1

Bronkodilataturi Agonisti b’Effett Qasir

Pajjiż

Salbutamol

Terbutaline

Fenoterol

Orciprenaline

Reproterol

Carbuterol

Hexoprenaline

Pirbuterol

Clenbuterol

Bitolterol

Procaterol

L-Awstrija

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Belġju

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Bulgarija

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Ċipru

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Ir-Repubblika Ċeka

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Id-Danimarka

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

L-Estonja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Finlandja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Franza

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Ġermanja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Greċja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

L-Ungerija

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

L-Irlanda

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

L-Italja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Latvja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Litwanja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Lussemburgu

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Malta

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

L-Olanda

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Polonja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Il-Portugall

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Ir-Rumanija

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Is-Slovakkja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Is-Slovenja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Spanja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

L-Iżvezja

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Ir-Renju Unit

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X


Tabella 2

Steroids li jittieħdu bl-inalazzjoni

Pajjiż

Beclomethasone

Dexamethasone

Flunisolide

Fluticasone

Budesonide

Triamcinolone

L-Awstrija

X

X

X

X

X

X

Il-Belġju

X

X

X

X

X

X

Il-Bulgarija

X

X

X

X

X

X

Ċipru

X

X

X

X

X

X

Ir-Repubblika Ċeka

X

X

X

X

X

X

Id-Danimarka

X

X

X

X

X

X

L-Estonja

X

X

X

X

X

X

Il-Finlandja

X

X

X

X

X

X

Franza

X

X

X

X

X

X

Il-Ġermanja

X

X

X

X

X

X

Il-Greċja

X

X

X

X

X

X

L-Ungerija

X

X

X

X

X

X

L-Irlanda

X

 

 

X

 

 

L-Italja

X

X

X

X

X

X

Il-Latvja

X

X

X

X

X

X

Il-Litwanja

X

X

X

X

X

X

Il-Lussemburgu

X

X

X

X

X

X

Malta

 

 

 

X

X

 

L-Olanda

X

X

X

X

X

X

Il-Polonja

X

X

X

X

X

X

Il-Portugall

X

X

X

X

X

X

Ir-Rumanija

X

X

X

X

X

X

Is-Slovakkja

X

X

X

X

X

X

Is-Slovenja

X

X

X

X

X

X

Spanja

X

X

X

X

X

X

L-Iżvezja

X

X

X

X

X

X

Ir-Renju Unit

 

 

 

X

 

 


Tabella 3

Aġenti kontra l-infjammazzjoni li mhumiex steroids

Pajjiż

Cromoglicic acid

Nedrocromil

L-Awstrija

X

X

Il-Belġju

X

X

Il-Bulgarija

X

X

Ċipru

X

X

Ir-Repubblika Ċeka

X

X

Id-Danimarka

X

X

L-Estonja

X

X

Il-Finlandja

X

X

Franza

X

X

Il-Ġermanja

X

X

Il-Greċja

X

X

L-Ungerija

X

 

L-Irlanda

 

 

L-Italja

X

X

Il-Latvja

X

X

Il-Litwanja

X

X

Il-Lussemburgu

X

 

Malta

 

X

L-Olanda

X

X

Il-Polonja

X

X

Il-Portugall

X

 

Ir-Rumanija

X

X

Is-Slovakkja

X

X

Is-Slovenja

X

X

Spanja

X

X

L-Iżvezja

X

X

Ir-Renju Unit

X

X


Tabella 4

Bronkodilataturi antikolinerġiċi

Pajjiż

Ipratropium bromide

Oxitropium Bromide

L-Awstrija

X

X

Il-Belġju

X

X

Il-Bulgarija

X

X

Ċipru

X

X

Ir-Repubblika Ċeka

X

X

Id-Danimarka

X

X

L-Estonja

X

X

Il-Finlandja

X

X

Franza

X

X

Il-Ġermanja

X

X

Il-Greċja

X

X

L-Ungerija

X

X

L-Irlanda

X

X

L-Italja

 

X

Il-Latvja

X

X

Il-Litwanja

X

X

Il-Lussemburgu

X

X

Malta

X

X

L-Olanda

X

X

Il-Polonja

X

X

Il-Portugall

X

 

Ir-Rumanija

X

X

Is-Slovakkja

X

X

Is-Slovenja

X

X

Spanja

X

X

L-Iżvezja

X

X

Ir-Renju Unit

X

X


Tabella 5

Bronkodilataturi Beta Agonisti b’effett fit-tul

Pajjiż

Formoterol

Salmeterol

L-Awstrija

X

X

Il-Belġju

X

X

Il-Bulgarija

X

X

Ċipru

X

X

Ir-Repubblika Ċeka

X

X

Id-Danimarka

X

X

L-Estonja

X

X

Il-Finlandja

X

X

Franza

X

X

Il-Ġermanja

X

X

Il-Greċja

X

X

L-Ungerija

X

X

L-Irlanda

X

X

L-Italja

X

X

Il-Latvja

X

X

Il-Litwanja

X

X

Il-Lussemburgu

X

X

Malta

X

X

L-Olanda

X

X

Il-Polonja

X

X

Il-Portugall

X

X

Ir-Rumanija

X

X

Is-Slovakkja

X

X

Is-Slovenja

X

X

Spanja

X

X

L-Iżvezja

X

X

Ir-Renju Unit

X

X


Tabella 6

Għadd ta’ ingredjenti attivi flimkien f’MDI wieħed

Pajjiż

 

 

L-Awstrija

X Il-prodotti kollha

 

Il-Belġju

X Il-prodotti kollha

 

Il-Bulgarija

X Il-prodotti kollha

 

Ċipru

 

 

Ir-Repubblika Ċeka

X Il-prodotti kollha

 

Id-Danimarka

X Il-prodotti kollha

 

L-Estonja

 

 

Il-Finlandja

X Il-prodotti kollha

 

Franza

X Il-prodotti kollha

 

Il-Ġermanja

X Il-prodotti kollha

 

Il-Greċja

 

 

L-Ungerija

X Il-prodotti kollha

 

L-Irlanda

 

 

L-Italja

Budesonide + Fenoterol

Fluticasone + Salmeterol

Il-Latvja

X Il-prodotti kollha

 

Il-Litwanja

X Il-prodotti kollha

 

Il-Lussemburgu

X Il-prodotti kollha

 

Malta

X Il-prodotti kollha

 

L-Olanda

X Il-prodotti kollha

 

Il-Polonja

X Il-prodotti kollha

 

Il-Portugall

X Il-prodotti kollha

 

Ir-Rumanija

X Il-prodotti kollha

 

Is-Slovakkja

X Il-prodotti kollha

 

Is-Slovenja

X Il-prodotti kollha

 

Spanja

 

 

L-Iżvezja

X Il-prodotti kollha

 

Ir-Renju Unit

 

 


ANNESS II

UŻI MEDIĊI ESSENZJALI

Kwota ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp I li jistgħu jintużaw fil-produzzjoni ta’ inalaturi b’dożaġġ imkejjel (MDIs) għat-trattament tal-ażżma u ta’ mard kroniku ieħor ta’ ostruzzjoni pulmonari (COPDs) ġew allokati lil:

 

Chiesi Farmaceutici SpA (IT)

 

Valeas SpA Pharmaceuticals (IT)

 

(VARI) SpA — LINDAL Group Italia (IT)

ANNESS III

UŻI ESSENZJALI FIL-LABORATORJU U ANALITIĊI

Kwoti għal sustanzi kkontrollati tal-Gruppi I u II li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju u analitiċi ġew allokati lil:

 

Carlo Erba Réactifs-SDS (FR)

 

CNRS — Groupe de physique des solides (FR)

 

Harp International (UK)

 

Honeywell Specialty Chemicals (DE)

 

Ineos Fluor (UK)

 

LGC Standards (DE)

 

Mallinckrodt Baker (NL)

 

Merck KGaA (DE)

 

Mikro + Polo (SI)

 

Panreac Química (ES)

 

Sigma Aldrich Chimie (FR)

 

Sigma Aldrich Company (UK)

 

Sigma Aldrich Logistik (DE)

 

Tazzetti Fluids (IT)

ANNESS IV

UŻI ESSENZJALI FIL-LABORATORJU U ANALITIĊI

Kwoti għal sustanzi kkontrollati tal-Grupp III li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju u analitiċi ġew allokati lil:

 

Airbus France (FR)

 

Ineos Fluor (UK)

 

Ministry of Defence (NL)

ANNESS V

UŻI ESSENZJALI FIL-LABORATORJU U ANALITIĊI

Kwoti għal sustanzi kkontrollati tal-Grupp IV li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju u analitiċi ġew allokati lil:

 

Acros Organics (BE)

 

Carlo Erba Réactifs-SDS (FR)

 

Honeywell Specialty Chemicals (DE)

 

Institut Scientifique du Service Publique (BE)

 

Mallinckrodt Baker (NL)

 

Merck KGaA (DE)

 

Mikro + Polo (SI)

 

Panreac Quimica (ES)

 

Sigma Aldrich Chimie (FR)

 

Sigma Aldrich Company (UK)

 

Sigma Aldrich Laborchemikalien (DE)

 

Sigma Aldrich Logistik (DE)

 

VWR ISAS (FR)

ANNESS VI

UŻI ESSENZJALI FIL-LABORATORJI U ANALITIĊI

Kwoti għal sustanzi kkontrollati minn Grupp V li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju u analitiċi ġew allokati lil:

 

Acros Organics (BE)

 

Merck KGaA (DE)

 

Mikro + Polo (SI)

 

Panreac Quimica (ES)

 

Sigma Aldrich Chimie (FR)

 

Sigma Aldrich Chimie (UK)

 

Sigma Aldrich Logistik (DE)

ANNESS VII

UŻI KRITIĊI FIL-LABORATORJU U DAWK ANALITIĊI

Kwota ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp VI li jistgħu jintużaw għall-użi kritiċi fil-laboratorju u għal dawk analitiċi ġew allokati lil:

 

Sigma Aldrich Chimie (FR)

 

Sigma Aldrich Company (UK)

 

Sigma Aldrich Logistik (DE)

ANNESS VIII

UŻI ESSENZJALI FIL-LABORATORJI U ANALITIĊI

Kwoti għal sustanzi kkontrollati tal-Grupp VII li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju u analitiċi ġew allokati lil:

 

Ineos Fluor (UK)

 

Sigma Aldrich Logistik (DE)

 

Solvay Organics (DE)

ANNESS IX

UŻI ESSENZJALI FIL-LABORATORJI U ANALITIĊI

Kwoti għal sustanzi kkontrollati tal-Grupp IX li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju u analitiċi ġew allokati lil:

 

Ineos Fluor (UK)

 

Sigma Aldrich Chimie (FR)

 

Sigma Aldrich Company (UK)

 

Sigma Aldrich Logistik (DE)

ANNESS X

Dan l-Anness mhuwiex ippubblikat minħabba li fih informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.