24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 21/43


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' Diċembru 2008

dwar l-allokazzjoni ta’ kwoti għall-importazzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009 skont ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2037/2000

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8100)

(It-testi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)

(2009/51/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2037/2000 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-limiti kwantitattivi għat-tqegħid fis-suq Komunitarju ta’ sustanzi kkontrollati huma stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 u fl-Anness III tiegħu.

(2)

L-Artikolu 4(3)(i)(f) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jistabbilixxi l-livell totali kkalkulat ta’ idroklorofluworokarboni li l-produtturi u l-importaturi jistgħu jqiegħdu fis-suq jew jużaw għalihom stess fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.

(3)

Il-Kummissjoni ppubblikat avviż lill-importaturi fil-Komunità dwar is-sustanzi kkontrollati li jnaqqsu is-saff tal-ożonu (2) u ma’ dan laqgħet dikjarazzjonijiet dwar importazzjonijiet ippjanati fl-2009.

(4)

Għall-idroflorokarboni, l-allokazzjoni tal-kwoti għall-produtturi u l-importaturi hija skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/195/KE tas-27 ta’ Marzu 2007 (3) li tiddetermina l-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwoti għall-produtturi u l-importaturi għall-idroflorokarboni għas-snin 2003 sal-2009, skont ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2037/2000.

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-operaturi u l-kumpaniji jibbenefikaw fi żmien xieraq mill-kwoti allokati tal-importazzjoni, u b’hekk jiżguraw il-kontinwità meħtieġa tal-operazzjonijiet tagħhom, jixraq li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

(6)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati tal-grupp I (kloroflorokarboni 11, 12, 113, 114 u 115) u tal-grupp II (kloroflorokarboni oħra kompletament aloġenati), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2009 minn sorsi barra l-Komunità, għandha tkun ta’ 11 227 000,00 kilogramma b’potenzjal ta’ tnaqqis tal-ożonu (ODP).

2.   Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati mill-grupp III (aloni), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2009 minn sorsi barra l-Komunità, għandha tkun ta’ 11 231 300,00 kilogramma ODP.

3.   Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati mill-grupp IV (tetraklorur tal-karbon), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2009 minn sorsi barra l-Komunità, għandha tkun ta’ 16 500 330,00 kilogramma ODP.

4.   Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati mill-grupp V (trikloroetan-1,1,1), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2009 minn sorsi barra l-Komunità, għandha tkun ta’ 400 060,00 kilogramma ODP.

5.   Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati mill-grupp VI (bromidju tal-metil), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, li jistgħu jkunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2009 minn sorsi barra l-Komunità, għandha tkun ta’ 1 441 891,20 kilogramma ODP.

6.   Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati tal-grupp VII (idrobromoflorokarboni), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2009 minn sorsi barra l-Komunità, għandha tkun ta’ 120 292,00 kilogramma ODP.

7.   Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati mill-grupp VIII (idrokloroflorokarboni), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, li jistgħu jkunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2009 minn sorsi barra l-Komunità, għandha tkun ta’ 10 115 600,440 kilogramma ODP.

8.   Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati mill-grupp IX (bromoklorometan), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, li jistgħu jkunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2009 minn sorsi barra l-Komunità, għandha tkun ta’ 176 252,00 kilogramma ODP.

Artikolu 2

1.   L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għall-kloroflorokarboni 11, 12, 113, 114 u 115 u għal kloroflorokarboni oħra kompletament aloġenati matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness I.

2.   L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għall-aloni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness II.

3.   L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għat-tetraklorur tal-karbon matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness III.

4.   L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għat-trikloroetanju-1,1,1 matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness IV.

5.   L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għall-bromidju tal-metil matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness V.

6.   L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għall-idrobromoflorokarboni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness VI.

7.   L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għall-idrokloroflorokarboni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness VII.

8.   L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għall-bromoklorometan matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness VIII.

9.   Il-kwoti tal-importazzjoni għall-kloroflorokarboni 11, 12, 113, 114 u 115, kloroflorokarboni oħra kompletament aloġenati, aloni, tetraklorur tal-karbonju, 1,1,1-trikloroetan, bromur tal-metil, idrobromoflorokarboni, idrokloroflorokarboni u bromokloroetan, matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009, għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness IX.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009 u tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:

 

Albemarle Europe SPRL

Parc Scientifique Einstein

Rue du Bosquet 9

B-1348 Louvain-la-Neuve

 

Albemarle Chemicals SAS

28, Étang de la Gafette

F-13521 Port-de-Bouc

 

Alcobre SA

Luis I, nave 6-B

Polígono Industrial Vallecas

E-28031 Madrid

 

ΑΛΦΑ Γεωργικά Εφόδια ΑΕΒΕ

Εθνικής Αντιστάσεως 73

GR-152 31 Χαλάνδρι, Αθήνα

 

ALFA Agricultural Supplies SA

73, Ethnikis Antistaseos str.

GR-152 31 Halandri, Athens

 

Arkema SA

420, rue d’Estienne-d’Orves

F-92705 Colombes Cedex

 

Arkema Química SA

Avenida de Burgos, 12

E-28036 Madrid

 

Avantec SA

26, avenue du Petit Parc

F-94683 Vincennes Cedex

 

Bang & Bonsomer

Baltā iela 3/9

LV-1055 Rīga

LATVIA

 

BASF Agri Production SAS

32, rue de Verdun

F-76410 Saint-Aubin-lès-Elbeuf

 

BaySystems Ibérica SL

Crta. Vilaseca – La Pineda s/n

E-43006 Tarragona

 

Blye Engineering Co Ltd

Naxxar Road

San Gwann SGN 07

MALTA

 

Bromotirrena Srl

Via Torino, 4

I-04022 Fondi (LT)

 

Calorie Fluor SAS

503, rue Hélène-Boucher

BP 33

F-78534 Buc Cedex

 

Chemosyntha NV

Gentstraat 58

B-8760 Meulebeke

 

Dow Deutschland Anlagegesellschaft mbH

Buetzflether Sand

D-21683 Stade

 

DuPont de Nemours (Nederland) BV

Baanhoekweg 22

3313 LA Dordrecht

Nederland

 

Dyneon GmbH & Co KG

Werk Gendorf

D-84504 Burgkirchen

 

Empor d.o.o.

Leskoškova 9a

SI-1000 Ljubljana

 

ERAS Labo

222, RN 90

F-38330 Saint-Nazaire-les-Eymes

 

Etis d.o.o.

Tržaška 333

SI-1000 Ljubljana

 

Fenner Dunlop

Oliemolenstraat 2

9203 ZN Drachten

Nederland

 

Freolitus

Centrinė Str. 1D

Ramučiai, Kauno raj. LT-54464

LITHUANIA

 

Fujifilm Electronic Materials (Europe) NV

Keetberglaan 1A

Havennr 1061

B-2070 Zwijndrecht

 

G.A.L. Cycle-Air Ltd

Σινώπης 3

Στρόβολος

CY-28385 Λευκωσία

 

G.A.L. Cycle-Air Ltd

3, Sinopis Str.,

Strovolos

CY-28385 Nicosia

 

Galco SA

Avenue Carton de Wiart 79

B-1090 Bruxelles

 

Harp International Ltd

Gellihirion Industrial Estate

Rhondda Cynon Taff

Pontypridd CF37 5SX

United Kingdom

 

Honeywell Fluorine Products Europe BV

Laarderhoogtweg 18,

1101 EA Amsterdam

Nederland

 

Hovione Farmaciencia SA

Sete Casas

P-2674-506 Loures

 

ICL-IP Europe BV (ex-Eurobrom)

Fosfaatweeg 48

1013 BM Amsterdam

Nederland

 

Ineos Fluor Ltd

PO Box 13, The Heath

Runcorn

Cheshire WA7 4QX

United Kingdom

 

Kay y Sol Iberia SA

P.I. Can Roca c/Carrerade s/n

E-08107 Martorelles (Barcelona)

 

Laboratorios Miret SA (LAMIRSA)

Géminis, 4

E-08228 Terrassa (Barcelona)

 

Linde Gaz Polska Sp. z o.o.

al. Jana Pawła II 41a

PL-31-864 Kraków

 

Matero Ltd

Ταχ. θυρ. 51744

CY-3508 Λεμεσός

 

Matero Ltd

P.O. Box 51744

CY-3508 Limassol

 

Mebrom NV

Assenedestraat 4

B-9940 Rieme Ertvelde

 

Meridian Technical Services Ltd

PO Box 16919

London SE3 9WE

United Kingdom

 

Poż-Pliszka Sp. z o.o.

ul. Szczecińska 45

PL-80-392 Gdańsk

 

PUPH Solfum Sp. z o.o.

ul. Ziemiańska 21

PL-95-070 Rąbień AB

 

Refrigerant Products Ltd

Banyard Road

Portbury West

Bristol BS20 7XH

United Kingdom

 

Savi Technologie Sp. z o.o.

ul. Wolności 20, Psary

PL-51-180 Wrocław

 

Sigma Aldrich Company Ltd

The Old Brickyard, New Road

Gillingham SP8 4XT

United Kingdom

 

Sigma Aldrich Logistik GmbH

Riedstraße 2

D-89555 Steinheim

 

SJB Energy Trading BV

Slagveld 15

3230 AG Brielle

Nederland

 

Solquimia Iberia SL

México, 3

E-50196 La Muela (Zaragoza)

 

Solvay Fluor GmbH

Hans-Böckler-Allee 20

D-30173 Hannover

 

Solvay Organics GmbH

Hans-Böckler-Allee 20

D-30173 Hannover

 

Solvay Solexis SpA

Viale Lombardia 20

I-20021 Bollate (MI)

 

Syngenta Crop Protection

Surrey Research Park

30 Priestly Road

Guildford

Surrey GU2 7YH

United Kingdom

 

Tazzetti Fluids Srl

Corso Europa n. 600/a

I-10070 Volpiano (TO)

 

Total Feuerschutz GmbH

Industriestraße 13

D-68526 Ladenburg

 

Trédi Séché global solutions

Parc industriel de la Plaine de l’Ain

BP 55

Saint-Vulbas

F-01152 Lagnieu Cedex

 

Unitor Servicios Navales SA

Puerto de Barcelona (P.T.P Delta 1)

Puerto de Miami 4 (MIM5)

E-08039 Barcelona

 

Unitor Trading France SAS

1, avenue Jean-Moulin

F-13110 Port-de-Bouc

 

Veolia Environmental Services

Bridges Road

Ellesmere Port

South Wirrel

Cheshire CH65 4EQ

United Kingdom

 

Vrec-Co Import-Export Kft.

6763 Szatymaz

Kossuth u. 12.

MAGYARORSZÁG

 

Wigmors

ul. Irysowa 5

PL-51-117 Wrocław

 

Wilhelmsen Ships Services AS

Willem Barentszstraat 50,

3165 AB Rotterdam/Albrandswaard

Nederland

 

Zakłady Azotowe w Tarnowie-Mościcach

al. Kwiatkowskiego 8

PL-33-101 Tarnów

 

Zephyr Kereskedelmi és Szolgáltató Kft.

6000 Kecskemét

Tatár sor 18.

MAGYARORSZÁG

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1.

(2)   ĠU C 114, 9.5.2008, p. 15.

(3)   ĠU L 88, 29.3.2007, p. 51.


ANNESS I

GRUPP I U GRUPP II

kwoti tal-importazzjoni għall-kloroflorokarboni 11, 12, 113, 114 u 115 u għal kloroflorokarboni għal kollox aloġenati l-oħra, allokati lill-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu bħala sustanzi użati għall-produzzjoni u għall-qrid għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Impriża

 

Avantec SA (FR)

 

Ineos Fluor Ltd (UK)

 

Honeywell Fluorine Products Europe (NL)

 

Meridian Technical Services (UK)

 

Solvay Fluor (DE)

 

Solvay Solexis SpA (IT)

 

Syngenta Crop Protection (UK)

 

Tazzetti Fluids Srl (IT)

 

Trédi Séché global solutions (FR)

 

Unitor Servicios Navales (ES)

 

Unitor Trading France (FR)

 

Veolia Environmental Services (UK)

 

Wilhelmsen Ships Services (NL)

ANNESS II

GRUPP III

Kwoti tal-importazzjoni tal-aloni allokati lill-produtturi u lill-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu bħala sustanzi użati għall-produzzjoni, għall-qerda u għall-użi kritiċi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Impriża

 

Avantec SA (FR)

 

BASF Agri Production (FR)

 

ERAS Labo (FR)

 

Meridian Technical Services (UK)

 

Trédi Séché global solutions (FR)

 

Unitor Servicios Navales (ES)

 

Unitor Trading France (FR)

 

Poż-Pliszka (PL)

 

Savi Technologie (PL)

 

Total Feuerschutz (DE)

 

Veolia Environmental Services (UK)

 

Wilhelmsen Ships Services (NL)

ANNESS III

GRUPP IV

Kwoti tal-importazzjoni għat-tetraklorur tal-karbon allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu bħala sustanzi għall-produzzjoni, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Impriża

 

Dow Deutschland (DE)

 

Fenner Dunlop (NL)

ANNESS IV

GRUPP V

Kwoti tal-importazzjoni għat-trikloroetanju-1,1,1 allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu bħala sustanzi għall-produzzjoni, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Impriża

 

Arkema SA (FR)

 

Fujifilm Electronic Materials Europe (BE)

ANNESS V

GRUPP VI

Kwoti tal-importazzjoni tal-bromidju tal-metil allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-kwarantina u t-trattamenti ta’ qabel il-kunsinna kif ukoll għall-qrid, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Impriża

 

Albemarle Chemicals (FR)

 

Albemarle Europe (BE)

 

ALFA Agricultural Supplies (ΑΛΦΑ Γεωργικά Εφόδια ΑΕΒΕ) (EL)

 

Bang & Bonsomer (LV)

 

Bromotirrena Srl (IT)

 

ICL-IP Europe (ex-Eurobrom) (NL)

 

Mebrom NV (BE)

 

PUPH Solfum (PL)

 

Sigma Aldrich Logistik (DE)

 

Veolia Environmental Services (UK)

 

Zephyr Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. (HU)

ANNESS VI

GRUPP VII

Kwoti tal-importazzjoni għall-idrobromofluworokarboni allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu bħala sustanzi għall-produzzjoni u għall-qrid, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Impriża

 

Chemosyntha NV (BE)

 

Hovione Farmaciencia (PT)

 

Veolia Environmental Services (UK)

ANNESS VII

GRUPP VIII

Kwoti tal-importazzjoni għall-idrokloroflorokarboni allokati lill-produtturi u lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 u skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 195/2007/KE, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009, għall-użu bħala sustanzi għall-produzzjoni, għall-qrid, għall-użu fil-laboratorju u għal applikazzjonijiet oħra permessi skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, u l-kwoti tal-importazzjoni għall-idrokloroflorokarboni mhux verġni allokati lill-prodotturi għar-reklamazzjoni, jew għall-użi permessi skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000.

Producer

 

Arkema SA (FR)

 

Arkema Quimica (SA)

 

DuPont de Nemours (Nederland) BV (NL)

 

Honeywell Fluorine Products Europe BV (NL)

 

Ineos Fluor Ltd (UK)

 

Solvay Fluor GmbH (DE)

 

Solvay Organics GmbH (DE)

 

Solvay Solexis SpA (IT)
Importer

 

Alcobre SA (ES)

 

Avantec SA (FR)

 

Bay Systems Iberia (ES)

 

Blye Engineering Co Ltd (MT)

 

Calorie Fluor SAS (FR)

 

Dyneon (DE)

 

Empor d.o.o. (SI)

 

Etis d.o.o. (SI)

 

Freolitus (LT)

 

Galco SA (BE)

 

G.AL. Cycle Air Ltd (CY)

 

Harp International Ltd (UK)

 

Linde Gaz Polska Sp. z o.o. (PL)

 

Kay y Sol (ES)

 

Matero Ltd (CY)

 

Mebrom NV (BE)

 

Refrigerant Products Ltd (UK)

 

SJB Energy Trading BV (NL)

 

Sigma Aldrich Company (UK)

 

Solquimia Iberia, SL (ES)

 

Tazzetti Fluids Srl (IT)

 

Unitor Servicios Navales (ES)

 

Unitor Trading France (FR)

 

Veolia Environmental Services (UK)

 

Vrec-Co Export-Import Kft. (HU)

 

Wigmors (PL)

 

Wilhelmsen Ships Services (NL)

 

Zakłady Azotowe (PL)

ANNESS VIII

GRUPP IX

Kwoti tal-importazzjoni għall-bromoklorometan allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu bħala sustanzi għall-produzzjoni kif ukoll għall-qrid, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Impriża

 

Albemarle Europe (BE)

 

Chemosyntha NV (BE)

 

ICL-IP Europe (ex-Eurobrom) (NL)

 

Laboratorios Miret SA (LAMIRSA) (ES)

 

Sigma Aldrich Logistik GmbH (DE)

 

Trédi Séché global solutions (FR)

 

Veolia Environmental Services (UK)

ANNESS IX

(Dan l-Anness mhuwiex ippubblikat, billi fih tagħrif kummerċjali kunfidenzjali).