9.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 268/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 983/2008

tat-3 ta’ Ottubru 2008

li jadotta l-pjan għall-allokazzjoni lill-Istati Membri ta' riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2009 għall-provvista tal-ikel mill-ħażniet tal-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 43(g) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Bi qbil mal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 tad-29 ta’ Ottubru 1992 li jippreskrivi regoli dettaljati għar-riforniment ta’ ikel mill-ħażna ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità (3), il-Kummissjoni għandha tadotta pjan ta' distribuzzjoni li għandu jkun iffinanzjat mir-riżorsi disponibbli fis-sena tal-baġit 2009. Il-pjan għandu jistabbilixxi partikolarment, għal kull Stat Membru li japplika l-miżura, ir-riżorsi finanzjarji massimi disponibbli sabiex iwettaq l-parti tiegħu tal-pjan, u l-kwantità ta' kull tip ta' prodott li għandha tittieħed mill-ħażniet miżmuma mill-aġenziji tal-intervent.

(2)

L-Istati Membri involuti fil-pjan għas-sena tal-baġit 2009 kienu fornew l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92.

(3)

Għall-finijiet tal-allokazzjoni tar-riżorsi, għandhom jiġu kkunsidrati l-esperjenza u sa liema punt l-Istati Membri utilizzaw ir-riżorsi allokati lilhom fis-snin preċedenti.

(4)

Il-punt 1(c) tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92 jipprovdi għall-allokazzjoni tar-riżorsi għax-xiri fis-suq ta' prodotti temporanjament mhux disponibbli fil-ħażniet tal-intervent. Il-ħażniet taċ-ċereali li huma adattati għall-konsum uman u li bħalissa jinsabu miżmuma mill-aġenziji tal-intervent huma baxxi ħafna u diġà ttieħdu l-miżuri fir-rigward tal-bejgħ tagħhom fis-suq. Barra minn hekk, bħalissa l-ebda ħażna ta' ross u ta' trab tal-ħalib xkumat mhi miżmuma mill-aġenziji tal-intervent u l-ebda prospett għall-intervent ta' dawn il-prodotti agrikoli mhu maħsub għas-sena 2008. Għalhekk, l-allokazzjonijiet tar-riżorsi għandhom jiġu stabbiliti sabiex ix-xiri fis-suq taċ-ċereali, tat-trab tal-ħalib xkumat u tar-ross ikun possibbli kif inhu mitlub biex jiġi implimentat il-pjan għall-baġit tas-sena 2009.

(5)

L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92 jipprovdi għat-trasferiment bejn l-Istati Membri ta' prodotti li mhumiex disponibbli fil-ħażniet tal-intervent tal-Istat Membru fejn prodotti bħal dawn huma meħtieġa biex jiġi implimentat il-pjan annwali. Jeħtieġ għalhekk li jiġu awtorizzati t-trasferimenti intrakomunitarji meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan għall-2009, bil-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92.

(6)

Għall-implementazzjoni tal-pjan, l-avveniment operattiv fil-qofol tat-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98 għandu jkun id-data li fiha tibda s-sena finanzjarja għall-amministrazzjoni tal-ħażniet fil-ħażna pubblika.

(7)

Bi qbil mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92, il-Kummissjoni fittxet il-parir tal-organizzazzjonijiet ewlenin li huma familjari mal-problemi tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità meta kienet qed tħejji dan il-pjan.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-2009, it-tqassim tal-ikel lill-persuni li huma l-aktar fil-bżonn fil-Komunità, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandu jsir skont il-pjan annwali ta' distribuzzjoni stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-allokazzjonijiet lill-Istati Membri maħsuba għax-xiri fis-suq taċ-ċereali, tat-trab tal-ħalib xkumat u tar-ross meħtieġa fil-qafas tal-pjan imsemmi fl-Artikolu 1, huma stabbiliti fl-Anness II.

Artikolu 3

It-trasferiment intrakomunitarju tal-prodotti elenkati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament huma awtorizzati skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 3149/92.

Artikolu 4

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-pjan annwali msemmi fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, id-data tal-avveniment operattiv fil-qofol tat-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98 għandha tkun l-1 ta’ Ottubru 2008.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.

(3)   ĠU L 313, 30.10.1992, p. 50.


ANNESS I

PJAN ANNWALI TAD-DISTRIBUZZJONI GĦALL-2009

(a)

Riżorsi finanzjarji li huma disponibbli għall-implimentazzjoni tal-pjan f'kull wieħed mill-Istati Membri:

(f'EUR)

L-Istat Membru

It-tqassim

Belgique/België

6 984 395

България

8 666 207

Eesti

320 646

Éire/l-Irlanda

397 711

Elláda

20 045 000

España

61 957 787

Franza

77 884 234

Italia

129 220 273

Latvija

5 463 353

Lietuva

9 392 047

Il-Lussemburgu

128 479

Magyarország

13 417 068

Malta

725 419

Polska

102 177 040

Il-Portugall

24 718 296

România

28 202 682

Slovenija

2 279 813

Suomi/il-Finlandja

4 019 550

Totali

496 000 000

(b)

Il-kwantità ta' kull tip ta' prodott li għandu jittieħed mill-ħażniet tal-intervent tal-Komunità għad-distribuzzjoni f'kull Stat Membru skond l-ammonti massimi stabbiliti f’(a):

(f'tunnellati)

L-Istat Membru

Zokkor

Belgique/België

4 000

България

5 700

España

8 450

France

4 995

Italia

12 556

Lietuva

5 614

Magyarország

5 000

Malta

571

Polska

49 554

Portugal

2 158

România

20 000

Slovenija

1 100

Totali

119 687


ANNESS II

Allokazzjonijiet lill-Istati Membri maħsuba għax-xiri ta' prodotti fis-suq Komunitarju skont il-limiti tal-ammonti stabbiliti fl-Anness 1(a):

(f'EUR)

L-Istat Membru

Ċereali

Ross

Trab tal-ħalib xkumat

Belgique/België

2 026 200

300 000

3 000 000

България

3 545 850

2 400 000

424 500

Eesti

303 930

0

0

Éire/l-Irlanda

0

0

376 977

Elláda

6 000 000

3 000 000

10 000 000

España

13 170 300

2 340 000

40 483 716

France

16 412 220

7 897 500

47 898 216

Italia

34 458 775

3 000 000

80 962 837

Latvija

3 312 432

0

1 866 102

Lietuva

3 317 885

1 543 920

2 224 368

Luxembourg

0

0

121 781

Magyarország

9 000 000

0

2 100 000

Malta

80 964

34 250

387 714

Polska

36 471 600

0

44 350 200

Portugal

2 623 162

3 074 726

17 033 678

România

20 262 000

0

0

Slovenija

486 288

300 000

1 018 800

Suomi/il-Finlandja

2 640 000

0

1 170 000

Totali

154 111 606

23 890 396

253 418 889


ANNESS III

Trasferimenti intrakomunitarji ta' zokkor awtorizzati fil-qafas tal-pjan għall-baġit tal-2009:

 

Il-kwantità

(tunnellati)

Id-detentur

Id-destinatarju

1.

8 450

OFI, l-Irlanda

FEGA, España

2.

2 158

OFI, l-Irlanda

Ministério das Finanças, Direcção-Geral das Alfândegas e dos Impostos Especiais sobre o Consumo, Direcção de Serviços de Licenciamento, Portugal

3.

4 995

BIRB, Belgique

ONIGC, Franza

4.

5 614

Statní Zemědělský Intervenční Fond, Česká Republika

NMA, Lietuva

5.

23 000

Statní Zemědělský Intervenční Fond, Česká Republika

ARR, Polska

6.

14 000

Pôdohospodárska Platobná Agentúra, Slovensko

ARR, Polska

7.

12 544

AGEA, Italia

ARR, Polska

8.

20 000

Pôdohospodárska Platobná Agentúra, Slovensko

Agentia de Plati si Interventie pentru Agricultura, România

9.

571

AGEA, Italia

AP, Malta

10.

1 100

AGEA, Italia

Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja, Slovenija

11.

5 700

AGEA, Italia

Държавен фонд „Земеделие”-Разплащателна агенция, България