|
29.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 56/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 182/2008
tat-28 ta’ Frar 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1146/2007 li jadotta pjan ta' allokazzjoni lill-Istati Membri ta' riżorsi li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-sena 2008 għall-provvista ta' l-ikel mill-ħażniet ta' l-intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar OKS Singolu) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 43(g) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-dawl taż-żieda sinifikanti fil-prezzijiet ta' l-ikel matul it-tieni nofs ta' l-2007, ir-riżorsi finanzjarji li tqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' l-Istati Membri għall-pjan annwali ta' tqassim għall-2008 fil-baġit finali kienu akbar mir-riżorsi previsti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1146/2007 (2). Dawn ir-riżorsi li saru disponibbli reċentement għandhom ikunu allokati lill-Istati Membri abbażi ta' l-applikazzjonijiet u l-ħtiġijiet tagħhom skond l-Artikoli 1(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3149/92 tad-29 ta’ Ottubru 1992 li jippreskrivi regoli dettaljati għar-riforniment ta’ ikel mill-ħażna ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità (3). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1146/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(3) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli ma tax opinjoni fiż-żmien stipulat mill-president tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 1146/2007 huma emendati skond l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Frar 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 257, 3.10.2007, p. 3.
(3) ĠU L 313, 30.10.1992, p. 50. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1127/2007 (ĠU L 255, 29.9.2007, p. 18).
ANNESS
L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 1146/2007 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Fl-Anness II, it-tabella għandha tinbidel b'din li ġejja:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3) |
L-Anness III għandu jinbidel b’dan li ġej: “ANNESS III Trasferimenti fi ħdan il-Komunità awtorizzati fil-qafas tal-pjan għall-baġit ta' l-2008
|