|
20.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 81/69 |
DIRETTIVA 2008/36/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2008
li temenda d-Direttiva 92/49/KEE tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 47(2) u 55 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 92/49/KEE (3) tistipula li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni Nru 2006/512/KE li daħħlet proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni ta’ firxa ġenerali bil-għan li jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ att bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jħassru xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentan l-att biż-żieda ta’ elementi mhux essenzjali ġodda. |
|
(3) |
Skond id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (5) dwar id-Deċiżjoni Nru 2006/512/KE, għall-proċedura regolatorja bi skrutinju applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat diġa’ fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli. |
|
(4) |
Għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tad-Direttivi 73/239/KEE (6), 88/357/KEE (7) u 92/49/KEE, sabiex din tkun tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-settur ta’ l-assigurazzjoni jew fis-swieq finanzjarji u tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ dawk id-Direttivi. Ukoll, dawn il-miżuri huma maħsuba biex jestendu l-lista’ ta’ forom legali, jemendaw il-listi ta’ klassijiet ta’ assigurazzjoni jew jadattaw it-terminoloġija użata f’dik il-lista, jikkjarifikaw l-elementi li jikkostitwixxu l-marġni ta’ solvenza, jimmodifikaw l-ammont minimu tal-fond ta’ garanzija, jemendaw il-lista’ ta’ assi aċċettabbli bħala kopertura għal dispożizzjonijiet tekniċi u r-regoli dwar it-tixrid ta’ l-investimenti, jimmodifikaw ir-rilassamenti fir-regoli li jaqblu u jikkjarifikaw id-definizzjonijiet. Peress illi dawn il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttivi 73/239/KEE, 88/357/KEE u 92/49/KEE, inter alia billi jissupplimentawhom b’elementi ġodda, dawn għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju skond l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE. |
|
(5) |
Id-Direttiva Nru 92/49/KE għalhekk għandha tiġi emendata kif xieraq. |
|
(6) |
Peress illi l-emendi li għandhom isiru fid-Direttiva Nru 92/49/KEE huma ta’ natura teknika u jikkonċernaw biss il-proċedura ta’ kumitat, dawn ma jinħtiġux traspożizzjoni fl-Istati Membri. Għaldaqstant, mhux neċessarju li jkunu inklużi dispożizzjonijiet f’dan is-sens, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi
Fl-Artikolu 51 tad-Direttiva 92/49/KEE, il-frażi ta’ introduzzjoni għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
“L-aġġustamenti tekniċi li ġejjin maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE u ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawhom, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 91/675/KEE:”.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.
Għall-Parlament Ewropew,
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill,
Il-President
J. LENARČIČ
(1) ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.
(3) ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1).
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(5) ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.
(6) L-ewwel direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-direttiva 2006/101/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 238).
(7) It-tieni direttiva tal-Kunsill 88/357/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta ta’ xort’oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li jistipulaw id-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 73/239/KEE (ĠU L 172, 4.7.1988, p. 1). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14).