|
20.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 81/57 |
DIRETTIVA 2008/31/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2008
li temenda d-Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 98/8/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tipprovdi li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jħassru xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw l-istrument b’elementi mhux essenzjali ġodda. |
|
(3) |
Konformement mad-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE (5), sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li jkunu diġà fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta kundizzjonijiet komuni dwar ir-riċerka u żvilupp, sabiex tadatta l-annessi u sabiex tadotta l-programm ta’ reviżjoni. Billi dawk il-miżuri għandhom ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 98/8/KE, inter alia billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
|
(5) |
Id-Direttiva 98/8/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ. |
|
(6) |
Ladarba l-emendi lid-Direttiva 98/8/KE permezz ta’ din id-Direttiva huma ta’ natura teknika u jikkonċernaw biss il-proċedura ta’ kumitat, ma jinħtiġux traspożizzjoni fl-Istati Membri. Għaldaqstant, m’huwiex meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għal dan il-għan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi
Id-Direttiva 98/8/KE hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 10(5) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Artikolu 11(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “4. Mar-riċezzjoni ta’ l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha, skond l-Artikolu 27, tipprepara proposta mingħajr dewmien sabiex tittieħed deċiżjoni mhux aktar tard minn tnax-il xahar mir-riċezzjoni ta’ l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Dik id-deċiżjoni, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).”; |
|
(3) |
l-Artikolu 16(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “2. Wara l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tibda programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin għall-eżami sistematiku tas-sustanzi attivi kollha li diġà jkunu fis-suq fid-data msemmija fl-Artikolu 34(1) bħala sustanzi attivi ta’ prodott bijoċidali għal għanijiet oħra għajr dawk definiti fl-Artikoli 2(2)(ċ) u (d). Għandu jsir provvediment, permezz ta’ regolamenti, għat-twaqqif u għall-implimentazzjoni tal-programm inkluż l-istabbiliment tal-prijoritajiet għall-evalwazzjoni tas-sustanzi attivi differenti u ta’ skeda ta’ żmien. Dawk ir-regolamenti, imfasslin sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4). Mhux aktar tard minn sentejn qabel it-tlestija tal-programm ta’ ħidma, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport dwar il-progress miksub permezz tal-programm. Matul dak il-perijodu ta’ għaxar snin u mid-data msemmija fl-Artikolu 34(1), jista jiġi deċiż li sustanza attiva għandha tiġi inkluża fl-Annessi I, IA jew IB u taħt liema kundizzjonijiet, jew, f’każi fejn il-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 10 ma jkunux sodisfatti jew l-informazzjoni u d-data mitluba ma jkunux ġew preżentati fiż-żmien stipulat, li tali sustanza attiva ma tiġix inkluża fl-Annessi I, IA jew IB. Miżuri bħal dawn, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).”; |
|
(4) |
l-Artikolu 17(5) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “5. Għandhom jiġu adottati kundizzjonijiet komuni għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari l-kwantitajiet massimi ta’ sustanzi attivi jew prodotti bijoċidali tagħhom ikun hemm ċans ta’ rilaxx waqt esperimenti u d-data minima li trid tiġi preżentata sabiex tippermetti evalwazzjoni skond il-paragrafu 2. Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġi adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).”; |
|
(5) |
l-Artikolu 27(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “2. Fit-tmiem tal-perijodu maħsub għall-kummenti, il-Kummissjoni għandha tipprepara abbozz għal deċiżjoni skond il-proċedura rilevanti msemmija fl-Artikolu 28(2) jew (4) fuq il-bażi ta’ l-elementi kollha li ġejjin:
|
|
(6) |
l-Artikolu 28 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(7) |
l-Artikolu 29 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 29 Adattament għall-progress tekniku Għandhom jiġu adottati il-miżuri meħtieġa sabiex l-Annessi IIA, IIB, IIIA, IIIB, IVA jew IVB jew id-deskrizzjonijiet tat-tipi ta’ prodotti fl-Anness V jiġu adattati għall-progress tekniku jew sabiex jiġu speċifikati rekwiżiti ta’ data għal kull wieħed minn dawn it-tipi ta’ prodotti. Dawn il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġi adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 28(4).”. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J. LENARČIČ
(1) ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.
(3) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/16/KE (ĠU L 42, 16.2.2008, p. 48).
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).