22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 340/86


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1575/2007

tal-21 ta' Diċembru 2007

li jiffissa l-valuri standard li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kumpens finanzjarju u l-ħlas bil-quddiem li għandu x’jaqsam miegħu fir-rigward tal-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq tul is-sena tas-sajd 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(5) u (8) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi biex jitħallas kumpens finanzjarju lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi li jirtiraw taħt ċerti kondizzjonijiet, il-prodotti elenkati fl-Anness I(A) u (B) ta’ dak ir-Regolament. L-ammont ta’ kumpens finanzjarju bħal dan għandu jkun imnaqqas bil-valuri standard fil-każ tal-prodotti maħsuba għal skopijiet għajr dak tal-konsum mill-bniedem.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2493/2001 tad-19 ta’ Diċembru 2001 dwar it-tneħħija ta’ ċerti prodotti tas-sajd li jkunu ġew irtirati mis-suq (2) jispeċifika l-modi ta’ tneħħija tal-prodotti rtirati mis-suq. Il-valur ta’ dawn il-prodotti għandu jkun iffissat fuq livell standard għal kull wieħed minn dawn il-modi ta’ tneħħija, billi jitqies id-dħul medju li jista’ jinkiseb minn din it-tneħħija fl-Istati Membri varji.

(3)

Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2509/2000 tal-15 ta’ Novembru 2000 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar kumpens finanzjarju għall-irtirar ta’ ċerti prodotti tas-sajd (3), ir-regoli speċjali jipprovdu illi, meta organizzazzjoni ta’ produtturi jew wieħed mill-membri tagħha tqiegħed il-prodotti tagħha għall-bejgħ fi Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż li fih tkun irrikonoxxuta, dak il-korp responsabbli għall-għoti tal-kumpens finanzjarju jrid ikun infurmat. Dan il-korp huwa dak fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni ta’ produtturi tkun irrikonoxxuta. Il-valur standard li jista’ jitnaqqas għandu għalhekk ikun il-valur applikat f’dak l-Istat Membru.

(4)

L-istess metodu ta’ kalkolu għandu jkun applikat għall-ħlasijiet bil-quddiem fuq kumpens finanzjarju kif jipprovdi għalih l-Artiklu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2509/2000.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-sajd 2008, il-valuri standard li jridu jintużaw biex jiġu kkalkulati l-kumpens finanzjarju u l-ħlasijiet bil-quddiem marbuta miegħu fuq il-prodotti tas-sajd irtirati mis-suq minn organizzazzjonijiet ta’ produtturi u maħsuba għal skopijiet għajr dak tal-konsum mill-bniedem, kif jirreferi għalihom l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 huma mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-valur standard li jrid jitnaqqas mill-kumpens finanzjarju u l-ħlasijiet bil-quddiem marbuta miegħu għandu jkun dak applikat fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni ta’ produtturi tkun irrikonoxxuta.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru1759/2006 (ĠU L 335, 1.12.2006, p. 3).

(2)   ĠU L 337, 20.12.2001, p. 20.

(3)   ĠU L 289, 16.11.2000, p. 11.


ANNESS

Valuri standard

L-użu ta’ prodotti rtirati mis-suq

(EUR/tunnellata)

1.

Użu wara l-ipproċessar f’għalf ta’ l-annimali.

 

(a)

Aringi ta’ l-ispeċi Clupea harengus u kavalli ta’ l-ispeċi Scomber scombrus u Scomber japonicus:

 

id-Danimarka u l-Iżvezja

55

ir-Renju Unit

50

Stati Membri oħra,

17

Franza

2

(b)

Gambli ta’ l-ispeċi Crangon crangon u gambli tal-fond (Pandalus borealis):

 

id-Danimarka u l-Iżvezja

0

Stati Membri oħra,

10

(ċ)

Prodotti oħra:

 

id-Danimarka:

40

l-Iżvezja, il-Portugall u l-Irlanda

20

ir-Renju Unit

28

Stati Membri oħra

1

2.

Użu frisk jew preżervat (għalf ta’ l-annimali.)

 

(a)

Sardin ta’ l-ispeċi Sardina pilchardus u inċova (Engraulis spp.):

 

l-Istati Membri kollha

8

(b)

Prodotti oħrajn:

 

l-Iżvezja

0

Franza

50

Stati Membri oħra

30

3.

Użu bħala lixka

 

Franza

60

Stati Membri oħra

20

4.

Użata għal skopijiet oħra għajr għall-għalf ta’ l-annimali.

0