29.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 102/2007

tat-2 ta’ Frar 2007

li jadotta l-ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc 2008 dwar is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol tal-migranti u d-dixxendenti immedjati tagħhom, kif previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 430/2005

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol fil-Komunità (1), b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-laqgħa li kellu f'Tessalonika f'Ġunju 2003, il-Kunsill Ewropew kien tal-fehma li l-integrazzjoni b'wiċċ il-ġid tal-migranti tikkontribwixxi għal koeżjoni soċjali u benessri ekonomiku u sabiex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi u ekonomiċi li qiegħda tiffaċċja l-Unjoni Ewropea, u għamel sejħa għal aktar progress f'dan ir-rigward. Barra minn hekk, b'mod espliċitu għamel sejħa għal analiżi preċiża u oġġettiva ta' dawn il-kwistjonijiet sabiex jgħin fl-iżvilupp u l-promozzjoni ta' inizjattivi ta' strateġija għal treġija aktar effettiva tal-migrazzjoni fl-Ewropa. Il-ħtieġa ta' strateġiji effettivi ta' integrazzjoni ġiet enfasizzata għal darb'oħra fil-“Programm ta' The Hague” adottat mill-Kunsill Ewropew fi Brussell f'Novembru 2004.

(2)

Kif ġie enfasizzat fl-ewwel Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (2), in-nuqqas ta' aċċess għall-impjieg ġie identifikat bħala l-akbar ostaklu għall-integrazzjoni u, għalhekk, l-aktar prijorità politika importanti fi ħdan l-istrateġiji ta' integrazzjoni nazzjonali.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ sett ta' data komprensiv u paragunabbli dwar il-qagħda tas-suq tax-xogħol tal-migranti u d-dixxendenti immedjati tagħhom sabiex tinżamm stampa tal-progress lejn l-objettivi komuni ta' l-Istrateġija Ewropea ta' l-Impjiegi u tal-Proċess ta' Inklużjoni Soċjali.

(4)

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm tal-Komunità għall-Impjiegi u s-Solidarjetà Soċjali — PROGRESS (3) tistipula fit-Taqsima 1. Impjiegi, l-iffinanzjar ta' l-azzjonijiet rilevanti inklużi azzjonijiet statistiċi. Ir-Regolament preżenti għandu jimplimenta dawn l-azzjonijiet.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/2005 tas-7 ta’ Marzu 2005 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopru s-snin 2007-2009, għall-istħarriġ kampjun tal-forza tax-xogħol stipulat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (4) diġa kien jinkludi modulu ad hoc dwar il-qagħda tas-suq tax-xogħol tal-migranti u d-dixxendenti immedjati tagħhom. Il-lista ta' varjabbli għal dan il-modulu għandha tiġi ddefinita qabel Diċembru 2006.

(6)

Ir-Regolament 384/2005 jistipula wkoll li l-implimentazzjoni tal-modulu 2008 se tiddependi fuq ir-riżultati ta' l-istudji ta' fattibilità li għandhom jitlestew qabel l-aħħar ta' l-2005. L-Eurostat ippreżentat ir-riżultati ta' dawn l-istudji ta' fattibilità fil-laqgħa tad-Diretturi ta' l-Istatistika Soċjali ta' l-Istati Membri f'Settembru 2005. Il-konklużjoni kienet li l-Istati Membri u l-Eurostat għandhom imexxu bit-tħejjija tal-modulu 2008.

(7)

Għal raġunijiet ta' affidabilità u kwalità tad-data li trid tiġi pprovduta, xi varjabbli deskritti fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu b'għażla għall-Istati Membri b'daqs żgħir ta' kampjun għall-migranti.

(8)

Jeħtieġ li jiġu emendati l-kolonni 19/20 ta' l-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 430/2005 tal-15 ta' Marzu 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjun tal-forza tax-xogħol fil-Komunità f'dak li għandu x'jaqsam mal-kodifikazzjoni li trid tintuża fit-trażmissjoni tad-data mill-2006 'l quddiem u l-użu ta' sotto-kampjun għall-ġbir tad-data fuq il-varjabbli strutturali (5) sabiex tiżdied ir-rilevanza ta' l-analiżi tal-qagħda tas-suq tax-xogħol tal-migranti bil-ksib ta' tagħrif dwar is-sena tal-wasla fil-pajjiż li jospita u dwar l-età fiż-żmien tal-wasla, li jibqgħu żewġ varjabbli ewlenin ta' spjegazzjoni għall-analiżi tal-proċess ta' integrazzjoni fis-suq tax-xogħol.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolment huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Il-lista fid-dettall ta' varjabbli li jridu jinġabru fl-2008 mill-modulu ad hoc dwar il-qagħda tas-suq tax-xogħol tal-migranti u d-dixxendenti immedjati tagħhom għandha tkun kif stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Il-Kolonni 213, 214, 215, 216, 217, 218 u 219 ta' l-Anness għandhom ikunu b'għażla għar-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Finlandja.

Artikolu 3

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 430/2005 huwa emendat kif ġej: Fl-Anness II, il-kolonni 19/20 jinbidlu bit-test li ġej:

“YEARESID

19/20

KULL SENA

 

Numru ta' snin ta' residenza f'dan il-pajjiż

Kulħadd”

00

Imwieled/da f'dan il-Pajjiż

01-99

Numru ta' snin ta' residenza f'dan il-pajjiż

Vojt

Ebda tweġiba

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Joaquin ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3. Ir-Regolament hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2257/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 336, 23.12.2003, p. 6).

(2)  COM(2004) 508.

(3)  COM(2004) 488.

(4)   ĠU L 61, 8.3.2005, p. 23. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 341/2006 (ĠU L 55, 25.2.2006, p. 9).

(5)   ĠU L 71, 17.3.2005, p. 36.


ANNESS

STĦARRIĠ TAL-FORZA TAX-XOGĦOL

Speċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc 2008 dwar il-qagħda tas-suq tax-xogħol tal-migranti u d-dixxendenti immedjati tagħhom

1.

L-Istati Membri u r-reġjuni interessati: kollha

2.

Il-varjabbli għandhom ikunu kkodifikati kif ġej:

In-numerazzjoni tal-varjabbli tal-kampjun tal-forza tax-xogħol fil-kolonna “Filtru” (C11/14, C17/18, C19/20, C24, C99, C116, C162/165 u C170/171) tirreferi għall-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 430/2005.

Il-kodifikazzjoni li trid tintuża għall-kolonni 207/208 u 209/210 għandha tkun l-istess bħal dik għall-kolonni 17/18, 21/22, 39/40 u 150/151 ta' l-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 430/2005.

Kolonna

Kodiċi

Deskrizzjoni

Filtru

203/206

 

Sena li fiha nkisbet iċ-ċittadinanza

Kull min huwa ta' età bejn 15-74 u C17/18 = C170/171

 

4 ċifri

9996

In-sena mhux magħrufa iżda ċittadinanza miksuba

9997

Ċittadinanza mit-twelid

9998

Ċittadinanza mill-ħolqien tal-pajjiż/definizzjoni mill-ġdid tal-fruntieri

9999

Mhux applikabbli (persuna ta' età taħt il-15 jew 'il fuq minn 74 jew (persuna ta' età 15-74 u C17/18 ≠ C170/171))

Vojt

Ebda tweġiba

207/208

 

Art twelid il-missier

(Għall-Ġermanja: ċittadinanza/ċittadinanza ta' qabel tal-missier meta fil-ġimgħa ta' referenza għandu ċ-ċittadinanza Ġermaniża)

Kull min huwa ta' età bejn il-15 u l-74 sena

 

Għall-kodifikazzjoni, ara l-klassifika ISO tal-pajjiżi

98

Pajjiż mhux magħruf iżda l-missier imwieled barra

99

Mhux applikabbli (persuna ta' età taħt il-15 jew 'il fuq minn 74)

Vojt

Ebda tweġiba

209/210

 

Art twelid l-omm

(Għall-Ġermanja: ċittadinanza/ċittadinanza ta' qabel ta' l-omm meta fil-ġimgħa ta' referenza għandha ċ-ċittadinanza Ġermaniża)

Kull min huwa ta' età bejn il-15 u l-74 sena

 

Għall-kodifikazzjoni, ara l-klassifika ISO tal-pajjiżi

98

Pajjiż mhux magħruf iżda l-omm imwielda barra

99

Mhux applikabbli (persuna ta' età taħt il-15 jew 'il fuq minn 74)

Vojt

Ebda tweġiba

211/212

 

Għadd totali ta' snin ta' residenza fil-pajjiż li jospita

Kull min huwa ta' età bejn il-15 u l-74 sena u C19/20 ≠ 00

01-98

2 ċifri

99

Mhux applikabbli (persuna ta' età taħt il-15 jew 'il fuq minn 74 jew (persuna ta' età 15-74 u C19/20 = 00))

Vojt

Ebda tweġiba

213

 

Raġuni ewlenija għaliex il-persuna emigrat (l-aħħar migrazzjoni)

Kull min huwa ta' età bejn il-15 u l-74 sena u C19/20 ≠ 00 u (C162/165 — C11/14 — C19/20) >= 15

1

Impjieg, trasferiment intra-korporazzjoni

2

Impjieg, xogħol misjub qabel l-emigrazzjoni għajr għal kodiċi 1

3

Impjieg, ebda xogħol misjub qabel l-emigrazzjoni

4

Studju

5

Protezzjoni internazzjonali

6

Familja li takkumpanja/tlaqqigħ mill-ġdid mal-familja

7

Formazzjoni tal-familja

8

Oħrajn

9

Mhux applikabbli (persuna taħt il-15 jew 'il fuq minn 74 jew (persuna ta' età bejn 15-74 u C19/20 = 00) jew (persuna ta' età bejn 15-74 u C19/20 ≠ 00 u (C162/165 — C11/14 — C19/20) < 15))

Vojt

Ebda tweġiba

214

 

Jekk l-iskadenza taċ-ċertifikat/visa/permess ta' residenza kurrenti hix limitata (fakultattiva għal Franza)

Kull min huwa ta' età bejn il-15 u l-74 sena u C17/18 ≠ C170/171

0

Iva, anqas minn sena

1-5

Iva, numru ta' snin

6

Iva, skadenza limitata ta' aktar minn 5 snin

7

Iva, iżda ma nafx dwar l-iskadenza

8

Le

9

Mhux applikabbli (persuna ta' età taħt il-15 jew 'il fuq minn 74 jew (persuna ta' età 15-74 u C17/18 = C170/171))

Vojt

Ebda tweġiba

215

 

Jekk l-aċċess legali kurrenti għas-suq tax-xogħol huwiex ristrett

Kull min huwa ta' età bejn il-15 u l-74 sena u C17/18 ≠ C170/171 u (C24 = 1, 2 jew C99 = 1, 2, 4 jew (C99 = 3 u C116 = 1))

1

Iva, l-aċċess huwa ristrett għall-impjieg għal min iħaddem/setturi/okkupazzjonijiet speċifiċi

2

Iva, l-aċċess ristrett għall-impjieg ta' min jaħdem għal rasu

3

Iva, l-aċċess ma jippermettix impjieg ta' min jaħdem għal rasu

4

Iva, taħlita ta' 1 u 2

5

Iva, taħlita ta' 1 u 3

6

Iva, restrizzjonijiet oħra legali

7

Le

8

Ma jafx

9

Mhux applikabbli (persuna taħt il-15 jew 'il fuq minn 74 jew (persuna ta' età bejn 15-74 u C17/18 = C170/171) jew (persuna ta' età bejn 15-74 u C17/18 ≠ C170/171 u C116 =2, vojt))

Vojt

Ebda tweġiba

216

 

Użu tal-faċilitajiet biex jiġi stabbilit ma xiex taqbel l-aktar kwalifika għolja fil-pajjiż li jospita sistema tal-pajjiż

Kull min huwa ta' età bejn il-15 u l-74 sena u C19/20 ≠ 00 u (C24 = 1,2, jew C99 = 1, 2, 4 jew (C99 = 3 u C116 = 1))

1

Iva, ġie stabbilit ma xiex taqbel il-kwalifika

2

Iva, iżda ma ġiex stabbilit ma xiex taqbel il-kwalifika jew inkella l-proċedura għadha mhix kompluta

3

Le, m'hemmx bżonn għaliex l-ogħla kwalifika nkisbet fil-pajjiż li jospita

4

Le, raġuni mhux meħtieġa għajr għall-kodiċi 3

5

Le, għal raġuni oħra

9

Mhux applikabbli (persuna taħt il-15 jew 'il fuq minn 74 jew (persuna ta' età bejn 15-74 u C19/20 = 00) jew (persuna ta' età bejn 15-74 u C19/20 ≠ 00 u C116 =2, vojt))

Vojt

Ebda tweġiba

217

 

Ħtieġa ta' titjib ta' ħila fil-lingwa tal-pajjiż li jospita biex jinstab impjieg

Kull min huwa ta' età bejn il-15 u l-74 sena u C19/20 ≠ 00 u (C24 = 1, 2 jew C99 = 1, 2, 4 jew (C99 = 3 u C116 = 1))

1

Iva

2

Le

9

Mhux applikabbli (persuna taħt il-15 jew 'il fuq minn 74 jew (persuna ta' età bejn 15-74 u C19/20 = 00) jew (persuna ta' età bejn 15-74 u C19/20 ≠ 00 u C116 =2, vojt))

Vojt

Ebda tweġiba

218

 

Għajnuna ewlenija fil-pajjiż li jospita biex instab ix-xogħol preżenti jew biex individwu waqqaf in-negozju tiegħu

Kull min huwa ta' età bejn 15-74 u C24 = 1, 2

1

Qraba/ħbieb

2

Uffiċċju pubbliku għall-impjiegi

3

Aġenziji privati għall-impjiegi

4

Għaqda etnika jew ta' l-emigrant

5

Oħrajn

6

Xejn

9

Mhux applikabbli (persuna ta' età taħt il-15 jew 'il fuq minn 74 jew (persuna ta' età 15-74 u C24 = 3, 4, 5))

Vojt

Ebda tweġiba

219/220

 

Użu tas-servizzi għall-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol fis-sentejn wara l-aħħar wasla

Kull min huwa ta' età bejn il-15 u l-74 sena u C19/20 ≠ 00 u C19/20 <= 10 u (C162/165 — C11/14 — C19/20) >= 15

01

Iva, kuntatt ma' konsulent għal gwida/parir dwar impjiegi jew għajnuna fit-tfittxija ta' xogħol

02

Iva, parteċipazzjoni fi programmi/taħriġ dwar is-suq tax-xogħol

03

Iva, parteċipazzjoni f'tagħlim tal-lingwa tal-pajjiż li jospita

04

Iva, taħlita ta' 1 u 2

05

Iva, taħlita ta' 1 u 3

06

Iva, taħlita ta' 2 u 3

07

Iva, taħlita ta' 1, 2 u 3

08

Le, mhux intitolat

09

Le, għal raġuni għajr dik tal-kodiċi 08

99

Mhux applikabbli (persuna taħt il-15 jew 'il fuq minn 74 jew (persuna ta' età bejn 15-74 u C19/20 = 00) jew (persuna ta' età bejn 15-74 u C19/20 ≠ 00 u C19/20 >10) jew (persuna ta' età bejn 15-74 u C19/20 ≠ 00 u C19/20 <= 10 u (C162/165 — C11/14 — C19/20) < 15))

Vojt

Ebda tweġiba

221/226

 

Fattur li jwieżen għall-modulu LFS ta' l-2008 (fakultattiv)

Kull min huwa ta' età bejn il-15 u l-74 sena

0000-9999

Il-Kolonni 220-223 fihom numri sħaħ

00-99

Il-Kolonni 224-225 fihom il-punti deċimali