|
8.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
50 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) Nru 89/2007
tat-30 ta’ Jannar 2007
li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2728/94 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għal azzjonijiet esterni
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 203 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri (2),
Billi:
|
(1) |
L-effiċjenza ta' l-użu li sar mill-mezzi baġitarji riservati għall-Fond ta' Garanzija stabbiliti bir-Regolament (KE Euratom) Nru 2728/94 (3) għandha tittejjeb u l-ħidma amministrattiva relatata mal-ġestjoni baġitarja tal-Fond ta' Garanzija għandha titnaqqas. |
|
(2) |
It-trasparenza u l-programmazzjoni ta' transazzjonijiet baġitarji relatati mal-forniment tal-Fond ta' Garanzija għandhom jissaħħu. |
|
(3) |
Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda (4) adottat fis-17 ta' Mejju 2006 jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali ta' l-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2007-2013. Skond il-Ftehim Interistituzzjonali, il-finanzjament tal-Fond ta' Garanzija huwa previst bħala nefqa obbligatorja mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għal dak il-perijodu. |
|
(4) |
Il-funzjoni ewlenija tal-Fond ta' Garanzija, jiġifieri li jipproteġi l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea minn xokkijiet li jiġu minn mankanzi f'self jew f'self garantit kopert mill-Fond, għandha tinżamm. |
|
(5) |
Il-Fond ta' Garanzija jkopri mankanzi taħt self maħruġ mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment (minn hawn 'il quddiem il-“BEI”) li għalih il-Komunità tipprovdi garanzija taħt il-mandat estern tal-BEI. Barra minn hekk, f'konformità mal-mandat estern tal-BEI li jibda jkollu effett mill-1 ta' Frar 2007, il-Fond għandu jkopri wkoll mankanzi taħt garanziji ta' self maħruġa mill-BEI li għalihom il-Komunità tipprovdi garanzija. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2728/94 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
|
(7) |
It-Trattati ma jipprovdu ebda poteri, għajr dawk fl-Artikolu 308 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 203 tat-Trattat ta' l-Euratom, għall-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2728/94 huwa b’dan emendat kif ġej:
|
1) |
Fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: “Fond ta' Garanzija, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-‘Fond’, għandu jiġi stabbilit, u r-riżorsi tiegħu għandhom jintużaw biex jitħallsu lura l-kredituri tal-Komunità fil-każ ta' mankanza mill-benefiċjarju ta' self mogħti jew garantit mill-Komunità jew ta' garanzija ta' self maħruġa mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment li għalih il-Komunità tipprovdi garanzija.” |
|
2) |
Fl-Artikolu 2, l-ewwel inċiż għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
|
3) |
Fl-Artikolu 3, it-tielet paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: “Abbażi tad-differenza ‘n–1’ fl-aħħar tas-sena bejn l-ammont ta' mira u l-valur ta' l-assi net tal-Fond, ikkalkolati fil-bidu tas-sena ‘n’, kwalunkwe ammont żejjed għandu jitħallas fi transazzjoni waħda f'intestatura speċjali fid-dikjarazzjoni tad-dħul fil-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea tas-sena ‘n+1’.”; |
|
4) |
L-Artikolu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 4 Abbażi tad-differenza ‘n–1’ fl-aħħar tas-sena bejn l-ammont ta' mira u l-valur ta' l-assi net tal-Fond, ikkalkolati fil-bidu tas-sena ‘n’, l-ammont ta' forniment meħtieġ għandu jitħallas fil-Fond fi transazzjoni waħda fis-sena ‘n+1’ mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.”; |
|
5) |
L-Artikolu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 5 1. Jekk, bħala riżultat ta' mankanza waħda jew aktar, l-attivazzjoni ta' garanziji tul is-sena ‘n–1’ taqbeż EUR 100 miljun, l-ammont li jaqbeż EUR 100 miljun għandu jitħallas lura fil-Fond f'lottijiet annwali li jibdew fis-sena ‘n+1’ u li jkomplu matul is-snin ta' wara sakemm isir il-ħlas kollu (‘mekkaniżmu ta' bla xkiel’). Id-daqs tal-lott annwali huwa l-inqas wieħed minn dan li ġej:
Kwalunkwe ammont li jirriżulta mill-attivazzjoni ta' garanziji fis-snin li jippreċedu s-sena ‘n–1’, li ma jkunx tħallas kollu lura, dovut għall-mekkaniżmu ta' bla xkiel, għandu jitħallas lura qabel il-mekkaniżmu ta' bla xkiel għal mankanzi li jsiru fis-sena ‘n–1’ jew fi snin sussegwenti jista' jibda jkollu effett. Tali ammonti li jkun għad fadal għandhom ikomplu jiġu mnaqqsa mill-ammont annwali massimu li għandu jiġi rkuprat mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea taħt il-mekkaniżmu ta' bla xkiel sakemm l-ammont sħiħ ikun tħallas lura fil-Fond. 2. Il-kalkoli bbażati fuq il-mekkaniżmu ta' bla xkiel għandhom isiru b'mod separat mill-kalkoli msemmijin fit-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 3 u fl-Artikolu 4. Madankollu, huma għandhom flimkien jirriżultaw bħala trasferiment annwali wieħed. L-ammonti li għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea taħt il-mekkaniżmu ta' bla xkiel għandhom jiġu ttrattati bħala assi net tal-Fond għall-kalkolu skond l-Artikoli 3 u 4. 3. Jekk, bħala riżultat ta' l-attivazzjoni ta' garanziji wara mankanza maġġuri waħda jew iżjed, ir-riżorsi tal-Fond jaqgħu taħt 80 % ta' l-ammont ta' mira, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità baġitarja b'dan. 4. Jekk, bħala riżultat ta' l-attivazzjoni ta' garanziji wara mankanza maġġuri waħda jew iżjed, ir-riżorsi fil-Fond jaqgħu taħt 70 % ta' l-ammont ta' mira, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar miżuri eċċezzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa biex jerġa' jimtela' l-Fond.” |
|
6) |
L-Anness għandu jitħassar. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Hu għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri b'mod konformi mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Jannar 2007.
Ghall-Kunsill
Il-President
P. STEINBRÙCK
(1) Opinjoni mogħtija fl-14 ta' Marzu 2006 (għadha mhijiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 313, 9.12.2005, p. 6.
(3) ĠU L 293, 12.11.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2273/2004 (ĠU L 396, 31.12.2004, p. 28).