|
13.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 294/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta’ Novembru 2007
li tawtorizza lir-Repubblika tas-Slovenja sabiex tirratifika, fl-interess tal-Komunità Ewropea, il-Protokoll tat-12 ta’ Frar 2004 li jemenda l-Konvenzjoni ta’ Pariġi tat-29 ta’ Lulju 1960 dwar ir-Responsabbiltà ta’ Terzi Persuni fil-Qasam ta’ l-Enerġija Nukleari
(2007/727/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 61(ċ) u l-Artikolu 67 flimkien ma’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 300(3), it-tieni subparagrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi
|
(1) |
Il-Protokoll tat-12 ta’ Frar 2004 (minn hawn ’il quddiem “il-Protokoll”) li jemenda l-Konvenzjoni ta’ Pariġi tat-29 ta’ Lulju 1960 dwar ir-Responsabbiltà ta’ Terzi Persuni fil-Qasam ta’ l-Enerġija Nukleari, kif emendat mill-Protokoll Addizzjonali tat-28 ta’ Jannar 1964 u mill-Protokoll tas-16 ta’ Novembru 1982 (minn hawn ’il quddiem “il-Konvenzjoni ta’ Pariġi”), fih dispożizzjonijiet li jinċidu fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1). Dan hu qasam fejn il-Komunità għandha kompetenza esklussiva. |
|
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2003/882/KE (2), il-Kunsill awtorizza lill-Istati Membri li huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Pariġi sabiex jiffirmaw il-Protokoll fl-interess tal-Komunità. |
|
(3) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2004/294/KE (3), il-Kunsill awtorizza lill-istess Stati Membri sabiex jirratifikaw il-Protokoll fl-interess tal-Komunità jew sabiex jaderixxu miegħu. Skond l-Artikolu 2 ta’ dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri kellhom jieħdu l-passi neċessarji sabiex simultanjament jiddepożitaw l-istrumenti ta’ ratifika tagħhom tal-Protokoll, jew ta’ l-adeżjoni miegħu, jekk possibbli qabel il-31 ta’ Diċembru 2006. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2004/294/KE kienet indirizzata lil dawk l-Istati Membri li kienu parti mill-Komunità fit-8 ta’ Marzu 2004, bl-eċċezzjoni ta’ l-Awstrija, id-Danimarka, l-Irlanda u l-Lussemburgu, kif inhu ċar mill-applikazzjoni konġunta ta’ l-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 4 ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(5) |
Ir-Repubblika tas-Slovenja hija Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Pariġi u ffirmat il-Protokoll f’isimha fit-12 ta’ Frar 2004. Minħabba li d-Deċiżjoni 2004/294/KE kienet indirizzata biss lil ċerti Stati Membri, ir-Repubblika tas-Slovenja ma setgħetx ma’ l-adeżjoni tagħha ma’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 tkun ikkonsidrata bħala indirizzata minnha taħt l-Artikolu 53 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003. |
|
(6) |
Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta bir-Regolament (KE) Nru 44/2001 u għalhekk qegħdin jieħdu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(7) |
Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(8) |
Ir-ratifika mir-Repubblika tas-Slovenja tal-Protokoll hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni ta’ l-Istati Membri tal-Komunità li mhumiex Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Pariġi, |
ADOTTA DIN ID-DECIZJONI:
Artikolu 1
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Komunità, ir-Repubblika tas-Slovenja għandha tirratifika, fl-interess tal-Komunità, il-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni ta’ Pariġi.
Tali ratifika għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni ta’ dawk l-Istati Membri tal-Komunità li mhumiex Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Pariġi.
Artikolu 2
Ir-Repubblika tas-Slovenja għandha tieħu l-passi neċessarji sabiex tiddepożita l-istrument ta’ ratifika tagħha tal-Protokoll, jekk possibbli simultanjament ma’ l-Istati Membri indirizzati mid-Deċiżjoni 2004/294/KE.
Artikolu 3
Meta tirratifika l-Protokoll, ir-Repubblika tas-Slovenja għandha tinforma bil-miktub lis-Segretarju Ġenerali ta’ l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u Żvilupp Ekonomiċi li r-ratifikazzjoni seħħet skond din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tas-Slovenja.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
R. PEREIRA
(1) ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).