|
7.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 179/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Ġunju 2007
dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika Ċeka, fir-Repubblika ta’ l-Estonja, fir-Repubblika tal-Latvja, fir-Repubblika tal-Litwanja, fir-Repubblika ta’ l-Ungerija, fir-Repubblika ta’ Malta, fir-Repubblika tal-Polonja, fir-Repubblika tas-Slovenja u fir-Repubblika Slovakka
(2007/471/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Att dwar il-kondizzjonijiet ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hi mwaqqfa l-Unjoni Ewropea, (minn hawn 'il quddiem, “l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003”), u b’ mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 3(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003 jipprevedi li d-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen minbarra dawk imsemmija fl-Anness I għall-Att imsemmi għandhom japplikaw biss fi Stat Membru ġdid fis-sens ta’ dak l-istrument skond Deċiżjoni tal-Kunsill għal dak l-effett wara verifika li jkunu ntlaħqu l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dak l-acquis. |
|
(2) |
Il-Kunsill ivverifika jekk ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (minn hawn 'il quddiem, “l-Istati Membri konċernati”) jiżgurawx livelli sodisfaċenti ta’ protezzjoni tad-data permezz ta’ dawn il-passi: Bit-trasmissjoni ta’ kwestjonarju sħiħ lill-Istati Membri konċernati, li t-tweġibiet tagħhom ġew reġistrati, u bi żjajjar ta’ verifika u evalwazzjoni magħmula fl-Istati Membri kollha konċernati, skond il-proċeduri ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen applikabbli kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv li stabbilixxiet Kumitat Permanenti dwar l-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (SCH/Com-ex (98) 26 def.) (1), fil-qasam tal-Protezzjoni tad-Data. |
|
(3) |
Fil-5 ta’ Diċembru 2006, il-Kunsill ikkonkluda li l-kondizzjonijiet f'dan il-qasam kienu ġew sodisfatti mir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika tas-Slovenja. Fil-11 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill ikkonkluda li l-kondizzjonijiet f'dan il-qasam kienu ġew sodisfatti mir-Repubblika ta’ l-Estonja u mir-Repubblika Slovakka. Għaldaqstant huwa possibbli li tiġi stabbilita data minn meta l-acquis ta’ Schengen relatat mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) jista' japplika f'dawk l-Istati Membri. |
|
(4) |
Id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni għandu jippermetti li tiġi trasferita data reali tas-SIS lill-Istati Membri konċernati. L-użu konkret ta’ din id-data għandu jippermetti lill-Kunsill, permezz tal-proċeduri ta’ evalwazzjoni applikabbli ta’ Schengen kif imniżżel fl-SCH/Com-ex (98) 26 def., biex jivverifika l-applikazjoni korretta tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen relatati mas-SIS fl-Istati Membri konċernati. Ladarba dawn l-evalwazzjonijiet jkunu ġew mwettqa, il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar it-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni ma’ l-Istati Membri konċernati. |
|
(5) |
Huwa meħtieġ li tittieħed Deċiżjoni tal-Kunsill, separata, li tistabbilixxi data għat-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni. Sa meta tasal id-data, tat-tneħħija tal-kontrolli, stabbilita f'dik id-Deċiżjoni, huwa meħtieġ li jiġu imposti ċerti restrizzjonijiet fuq l-użu tas-SIS. |
|
(6) |
Fir-rigward ta' l-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen (2), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt G ta' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE (3) dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim, |
IDDEĊIDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen relatati mas-SIS, kif imsemmi fl-Anness I, għandhom japplikaw għar-Repubblika Ċeka, għar-Repubblika ta’ l-Estonja, għar-Repubblika tal-Latvja, għar-Repubblika tal-Litwanja, għar-Repubblika ta’ l-Ungerija, għar-Repubblika ta’ Malta, għar-Repubblika tal-Polonja, għar-Repubblika tas-Slovenja u għar-Repubblika Slovakka bejniethom u fir-relazzjonijiet tagħhom mar-Renju tal-Belġju, mar-Renju tad-Danimarka, mar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, mar-Repubblika Ellenika, mar-Renju ta’ Spanja, mar-Repubblika ta’ Franza, mar-Repubblika Taljana, mal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, mar-Renju ta’ l-Olanda, mar-Repubblika ta’ l-Awstrija, mar-Repubblika Portugiża, mar-Repubblika tal-Finlandja u mar-Renju ta’ l-Iżvezja, kif ukoll mar-Repubblika ta’ l-Islanda u mar-Renju tan-Norveġja mill-1 ta’ Settembru 2007.
2. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen relatati mas-SIS, kif imsemmi fl-Anness II, għandhom japplikaw għar-Repubblika Ċeka, għar-Repubblika ta’ l-Estonja, għar-Repubblika tal-Latvja, għar-Repubblika tal-Litwanja, għar-Repubblika ta’ l-Ungerija, għar-Repubblika ta’ Malta, għar-Repubblika tal-Polonja, għar-Repubblika tas-Slovenja u għar-Repubblika Slovakka bejniethom u fir-relazzjonijiet tagħhom mar-Renju tal-Belġju, mar-Renju tad-Danimarka, mar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, mar-Repubblika Ellenika, mar-Renju ta’ Spanja, mar-Repubblika ta’ Franza, mar-Repubblika Taljana, mal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, mar-Renju ta’ l-Olanda, mar-Repubblika ta’ l-Awstrija, mar-Repubblika Portugiża, mar-Repubblika tal-Finlandja u mar-Renju ta’ l-Iżvezja, kif ukoll mar-Repubblika ta’ l-Islanda u mar-Renju tan-Norveġja mid-data prevista f'dawk id-dispożizzjonijiet.
3. Mis-7 ta’ Lulju 2007, tista' tiġi ttrasferita data reali tas-SIS lill-Istati Membri konċernati.
Mill-1 ta’ Settembru 2007, l-Istati Membri konċernati, bħall-Istati Membri li fir-rigward tagħhom l-acquis ta’ Schengen diġà ġie implimentat, ser ikunu jistgħu jdaħħlu d-data fis-SIS u jużaw id-data fis-SIS, suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4.
4. Sad-data tat-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni ma’ l-Istati Membri konċernati, dawk l-Istati Membri:
|
(a) |
ma’ għandhomx ikunu obbligati jirrifjutaw id-dħul fit-territorju tagħhom jew li jkeċċu ċittadini ta’ Stati terzi li għalihom ikun ħareġ allert tas-SIS minn Stat Membru ieħor għall-finijiet tar-rifjut għad-dħul; |
|
(b) |
m'għandhomx idaħħlu d-data koperta mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 96 tal-Konvenzjoni tad-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta’ l-Istati ta’ l-unjoni ekonomika tal-Benelux, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (minn hawn 'il quddiem, “il-Konvenzjoni ta’ Schengen”) (4). |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, 12 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
W. SCHÄUBLE
(1) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 138.
(2) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(3) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(4) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19. Konvenzjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4).
ANNESS 1
Lista tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen relatati mas-SIS fis-sens ta' l-Artikou 3(2) ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 li għandhom isiru applikabbli għall-Istati Membri konċernati
|
(1) |
Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Schengen: l-Artikolu 64 u l-Artikoli 92 sa 119 tal-Konvenzjoni ta' Schengen; |
|
(2) |
Dispożizzjonijiet oħrajn li jikkonċernaw is-SIS:
|
(1) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 444. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/472/KE (Ara paġna 50 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 458.
(3) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 459.
(4) ĠU L 85, 6.4.2000, p. 12. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/155/KE (ĠU L 68, 8.3.2007, p. 5).
(5) Xi partijiet mill-Manwal Sirene ġew pubblikati fil-ĠU C 38, 17.2.2003, p. 1. Il-Manwal ġie emendat mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2006/757/KE (ĠU L 317, 16.11.2006, p. 1) u 2006/758/KE (ĠU L 317, 16.11.2006, p. 41).
(6) ĠU L 162, 30.4.2004, p. 29.
(7) ĠU L 68, 15.3.2005, p. 44.
ANNESS II
Lista tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen relatati mas-SIS fis-sens ta' l-Artikolu 3(2) ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 li għandhom isiru applikabbli għall-Istati Membri konċernati mid-data prevista f'dawk id-dispożizzjonijiet
|
(1) |
Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għas-Sistema ta' Informazzjoni Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' reġistrazzjoni tal-vetturi (1); |
|
(2) |
Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta' informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (2); |
|
(3) |
Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/…/KE ta' … 2007 dwar l-istabbiliment, l-operazzjoni u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (3). |
(1) ĠU L 381, 28.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.
(3) Ara d-dokument tal-Kunsill 14914/06. Id-Deċiżjoni għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali, izda adottata fit-12 ta’ Ġunju 2007, ħlief bil-Bulgaru u bir-Rumen (l-adozzjoni f’dawn il-lingwi hija pprogrammata għall-10 ta’ Lulju 2007).