|
24.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
427 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta' Marzu 2007
li tiddikjara li l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali tal-Flotta ta' l-Ibħra Miftuħa/Vjaġġi Twal taħt il-Politika Komuni tas-Sajd, beda jopera
(2007/206/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE tad-19 ta' Lulju 2004 li tistabbilixxi Kunsilli Konsultattivi Reġjonali taħt il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 3(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni trażmessa minn Spanja fis-7 ta' Novembru 2006 f'isem id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Litwanja, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall u r-Renju Unit,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (2) u d-Deċiżjoni 2004/585/KE jipprovdu l-qafas għall-istabbiliment u l-operat tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali. |
|
(2) |
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2004/585/KE jistabbilixxi Kunsill Konsultattiv Reġjonali biex ikopri l-flotta ta' l-Ibħra Miftuħa/Vjaġġi Twal fl-ibħra kollha li mhumiex tal-KE. |
|
(3) |
Skond l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2004/585/KE, rappreżentanti tas-settur tas-sajd u gruppi oħra li għandhom interess ressqu talba dwar l-operat ta' dak il-Kunsill Konsultattiv Reġjonali lid-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Litwanja, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall u r-Renju Unit. |
|
(4) |
Kif meħtieġ minn Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2004/585/KE, l-Istati Membri kkonċernati stabbilixxew jekk l-applikazzjoni rigward il-Kunsill Konsultattiv Reġjonali tal-Flotta ta' l-Ibħra Miftuħa/Vjaġġi Twal hijiex skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dik id-Deċiżjoni. Fis-7 ta' Novembru 2006, l-Istati Membri konċernati ttrażmettew rakkomandazzjoni dwar dak il-Kunsill Konsultattiv Reġjonali lill-Kummissjoni. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni evalwat l-applikazzjoni tal-partijiet interessati u r-rakkomandazzjoni fid-dawl tad-Deċiżjoni 2004/585/KE u l-għanijiet u l-prinċipji tal-Politika Komuni tas-Sajd, u tqis li l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali tal-Flotta ta' l-Ibħra Miftuħa/Vjaġġi Twal huwa lest biex jibda jopera. |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-Kunsill Konsultattiv Reġjonali tal-Flotta ta' l-Ibħra Miftuħa/Vjaġġi Twal, stabbilit minn Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni 2004/585/KE, għandu jibda jopera mit-30 ta' Marzu 2007.
Magħmul fi Brussell, 29 ta' Marzu 2007.
Għall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummissjoni