8.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

240


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Marzu 2007

li taħtar membru supplenti Olandiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2007/181/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Olandiż,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal- 25 ta' Jannar 2010.

(2)

Post ta' membru supplenti sar vakanti wara r-riżenja tas-Sinjura P.C. KRIKKE.

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Huwa maħtur membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

Is-Sur Bas VERKERK, burgemeester van Delft

biex jissostitwixxu lis-Sinjura Pauline KRIKKE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, fi Brussell, 19 ta' Marzu 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

Horst SEEHOFER


(1)   ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.