8.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

215


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta' Frar 2007

li taħtar il-Viċi President ta' l-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet tal-Pjanti

(2007/168/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 dwar id-drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-lista ta' kandidati proposta mill-Kummissjoni fit-22 ta' Novembru 2006, wara li nkisbet l-opinjoni tal-Kunsill Amministrattiv ta' l-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet tal-Pjanti u wara konsultazzjoni tal-President ta' l-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet tal-Pjanti,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Is-Sur Carlos Pereira Godinho huwa b'dan maħtur Viċi President ta' l-L-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet tal-Pjanti (minn hawn 'il quddiem l-“Uffiċċju”) għal perijodu ta' ħames snin.

2.   Il-mandat tas-Sur Carlos Pereira Godinho għandu jiddekorri mid-data li fiha huwa jassumi d-doveri tiegħu, u din id-data għandha tiġi miftiehma bejn il-President u l-Kunsill Amministrattiv ta' l-Uffiċċju.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill Amministrattiv ta' l-Uffiċċju huwa b'dan mogħti s-setgħa li jiffirma l-kuntratt ta' impjieg mas-Sur Carlos Pereira Godinho.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 22 ta' Frar 2007

Għall-Kunsill

Il-President

F. MÜNTEFERING


(1)   ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 873/2004 (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 38).