|
6.
|
L-Anness VI qed ikun emendat kif ġej:
|
(a)
|
It-taqsima “E. L-ESTONJA”, għandha tinbidel b’dan li ġej:
“E. ESTONIA
Għall-iskop tal-kalkulazzjoni tal-benefiċċju tal-ġenituri l-perjodi ta’ l-impjieg fl-Istati Membri barra l-Estonja għandhom ikunu kkunsidrati li huma bbażati fuq l-istess ammont medju ta’ taxxa soċjali li tkun tħallset matul il-perjodi ta’ l-impjieg fl-Estonja, li magħhom ikunu aggregati. Jekk matul is-sena ta’ referenza l-persuna kienet impjegata biss fi Stati Membri oħra l-kalkulazzjoni tal-benefiċċju għandha tkun kkunsidrata li hi bbażata fuq it-taxxa soċjali medja li tkun tħallset fl-Estonja bejn is-sena ta’ referenza u l-leave tal-maternità.”;
|
|
(b)
|
Fit-taqsima“Q. L-OLANDA”, il-punt 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
“1.
|
L-assigurazzjoni tal-kura tas-saħħa
|
(a)
|
Għal dak li għandu x’jaqsam mal-jedd għal benefiċċji f’beni taħt il-leġiżlazzjoni ta’ l-Olanda, persuni intitolati għal benefiċċji f’beni għall-iskop ta’ l-implimentazzjoni tal-Kapitoli 1 u 4 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament għandha tfisser:
|
(i)
|
persuni li, skond l-Artikolu 2 taz-Zorgverzekeringswet (l-Att ta’ l-Assigurazzjoni tal-Kura tas-Saħħa), huma obbligati li jkunu koperti b’assigurazzjoni ma’ kumpanija tal-assigurazzjoni tal-kura tas-saħħa,
|
u
|
(ii)
|
sakemm ma jkunux jaqgħu diġà taħt il-punt (i), persuni li huma residenti fi Stat Membru ieħor u li, taħt ir-Regolament, huma intitolati għall-kura tas-saħħa fl-istat tar-residenza tagħhom, billi l-Olanda tkun qegħda tagħmel tajjeb għall-ispejjeż.
|
|
|
(b)
|
Il-persuni li hemm referenza għalihom fil-punt (a)(i) għandhom, skond id-dispożizzjonijiet taz-Zorgverzekeringswet (l-Att ta’ l-Assigurazzjoni tal-Kura tas-Saħħa) ikun assigurati ma’ kumpanija ta’ l-assigurazzjoni tal-kura tas-saħħa, u l-persuni li hemm referenza għalihom fil-punt a(ii) għandhom ikunu rreġistrati mal-College voor zorgverzekeringen (il-Bord ta’ l-Assigurazzjoni tal-Kura tas-Saħħa).
|
|
(ċ)
|
Id-dispożizzjonijiet taz-Zorgverzekeringswet (l-Att ta’ l-Assigurazzjoni tal-Kura tas-Saħħa) u l-Algemene wet bijzondere ziektekosten (il-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Ġenerali Kontra Spejjeż Mediċi Speċjali) li jikkonċernaw l-obbligu ta’ ħlas ta’ kontribuzzjonijiet għandhom jiġu applikati għall-persuni li hemm referenza għalihom taħt il-punt (a) u l-membri tal-familji tagħhom. Għal dak li għandu x’jaqsam mal-membri tal-familja, il-kontribuzzjonijiet għandhom jinġabru mingħand il-persuna li minnha jkun ġej id-dritt għall-kura tas-saħħa.
|
|
(d)
|
Id-dispożizzjonijiet taz-Zorgverzekeringswet (l-Att ta’ l-Assigurazzjoni tal-Kura tas-Saħħa) li jikkonċernaw assigurazzjoni trattenuta għandhom japplikaw mutatis mutandis fil-każ ta’ reġistrazzjoni trattenuta mal-College voor zorgverzekeringen (il-Bord ta’ l-Assigurazzjoni tal-Kura tas-Saħħa) għal dak li għandu x’jaqsam mal-persuni li hemm referenza għalihom fil-punt a(ii).
|
|
(e)
|
Persuni intitolati għal benefiċċji f’beni bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru barra dak ta’ l-Olanda li jkunu joqogħdu l-Olanda jew ikunu qegħdin joqogħdu l-Olanda għal żmien temporanju għandhom ikunu intitolati għal benefiċċji f’beni skond il-polza li tkun ipprovduta lill-persuni assigurati fl-Olanda mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza jew tal-post taż-żjara, fil-waqt li jkunu kkunsidrati l-Artikolu 11(1), (2) u (3) u l-Artikolu 19(1) taz-Zorgverzekeringswet (l-Att ta’ l-Assigurazzjoni tal-Kura tas-Saħħa), kif ukoll għal benefiċċji f’beni li dwarhom hemm dispożizzjonijiet fl-Algemene wet bijzondere ziektekosten (il-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Ġenerali Kontra Spejjeż Mediċi Speċjali).
|
|
(f)
|
Għall-iskopijiet ta’ l-Artikoli 27 u 34 ta’ dan ir-Regolament, il-pensjonijiet li għandhom ikunu trattati bħala pensjonijiet li jitħallsu skond id-dispożizzjonijiet legali msemmija fis-subparagrafi b (invalidità) u c (xjuħija) tad-dikjarazzjoni tar-Renju ta' l-Olanda skond l-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu:
|
—
|
il-pensjonijiet li qed jingħataw skond il-Liġi tas-6 ta’ Jannar 1996 dwar il-pensjonijiet għall-ħaddiema tal-gvern u s-superstiti tagħhom (l-Algemene burgerlijke pensioenwet) (l-Att ta’ Pensjonijiet għas-Servizz Ċivili ta’ l-Olanda);
|
|
—
|
il-pensjonijiet li qed jingħataw skond il-Liġi tas-6 ta’ Ottubru 1966 dwar il-pensjonijiet għall-personàl militari u s-superstiti tagħhom (l-Algemene militaire pensioenwet) (l-Att tal-Pensjonijiet Militari);
|
|
—
|
il-pensjonijiet li qed jingħataw skond il-Liġi tal-15 ta’ Frar 1967 dwar pensjonijiet għall-impjegati tal-Kumpanija tal-Ferroviji ta’ l-Olanda (NV Nederlandse Spoorwegen) u s-superstiti tagħhom (l-iSpoorwegpensioenwet) (l-Att tal-Pensjonijiet tal-Ferroviji);
|
|
—
|
il-pensjonijiet li qed jingħataw skond ir-Reglement Dienstvoorwaarden Nederlandse Spoorwegen (ir-Regolament li jiddetermina l-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg tal-Kumpanija tal-Ferroviji ta’ l-Olanda);
|
|
—
|
il-benefiċċji li qed jingħataw lill-persuni rtirati mix-xogħol qabel ikunu laħqu l-età tal-pensjoni ta’ 65 sena taħt skema tal-pensjoni mfassla biex tipprovdi dħul għal persuni fix-xjuħija tagħhom li qabel kienu impjegati, jew benefiċċji pprovduti fil-każ ta’ ħruġ prematur mis-suq tax-xogħol taħt skema mfassla mill-istat jew minn ftehim industrijali għall-persuni li għandhom 55 sena jew iktar;
|
|
—
|
benefiċċji li jingħataw lil persunal militari u lill-ħaddiema taċ-ċivil skond skema applikabbli fil-każ ta' redundancy, superannwazzjoni u irtirar kmieni;
|
|
|
(g)
|
Għall-iskopijiet tal-Kapitoli 1 u 4 tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament, ir-rifużjoni li tingħata meta ma ssir l-ebda talba li hemm provvedimenti għaliha fl-iskema Olandiża fil-każ ta’ użu limitat ta’ faċilitajiet tal-kura tas-saħħa għandha titqies bħala benefiċċju tal-mard fi flus kontanti.”
|
|
|
|
(ċ)
|
Fit-taqsima “W. IL-FINLANDJA”, il-punti 1 u 2 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:
|
“1.
|
Meta jkun qed jiġi applikat l-Artikolu 46(2)(a) għall-iskop tal-kalkulazzjoni tal-qligħ għall-perjodu akkreditat taħt il-leġiżlazzjoni Finlandiża dwar pensjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-qligħ, fejn individwu għandu perjodi ta’ assigurazzjoni tal-pensjoni bbażati fuq impjieg fi Stat Membru ieħor għall-parti mill-perjodu ta’ referenza skond il-leġiżlazzjoni Finlandiża, il-qligħ għall-perjodu akkreditat għandu jkun ekwivalenti għas-somma tal-qligħ akkwistat matul il-parti tal-perjodu ta’ referenza fil-Finlandja diviża bin-numru tax-xhur li għalihom kien hemm perjodi ta’ assigurazzjoni fil-Finlandja matul il-perjodu ta’ referenza.”
|
Il-punti 3, 4 u 5 għandhom ikunu enumerati mill-ġdid bħala punti 2, 3 u 4 rispettivament;
|
|
(d)
|
It-taqsima “X. L-ISVEZJA” qed tkun emendata kif ġej:
|
(i)
|
Il-punt 1għandu jitħassar.
|
|
(ii)
|
Il-punt 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
“1.
|
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar l-aggregazzjoni ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni jew ta' perjodi ta' residenza m’għandhomx japplikaw għad-dispożizzjonijiet transitorji fil-leġiżlazzjoni Svediża dwar il-jedd ta’ pensjoni ggarantita ta’ persuni mwielda fl-1937 jew qabel li kienu residenti fl-Isvezja għall-perjodu speċifikat qabel applikaw għal pensjoni (l-Att 2000:798).”
|
|
|
(iii)
|
Il-punt 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
“2.
|
Għall-iskop ta’ kalkolu ta’ dħul spekulattiv għal kumpens tal-mard li għandu x’jaqsam mad-dħul u l-kumpens ta’ l-attività skond il-Kapitolu 8 tal-Lag (1962:381) om allmän försäkrings (l-Att tas-Sigurtà Nazzjonali), għandu jiġi applikat dan li ġej:
|
(a)
|
fejn il-persuna assigurata, matul il-perjodu ta’ referenza, kienet ukoll suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew iktar minħabba attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, id-dħul fl-Istat(i) Membru(i) ikkonċernat(i) għandu jitqies bħala ekwivalenti għad-dħul gross medju tal-persuna assigurata fl-Isvezja matul il-parti tal-perjodu ta’ referenza fl-Isvezja, ikkalkulat billi jiġi diviż il-qligħ fl-Isvezja bin-numru tas-snin li fihom ikun akkumula dan il-qligħ;
|
|
(b)
|
meta l-benefiċċji huma kkalkulati konformi ma’ l-Artikolu 40 tar-Regolament u l-persuni mhumiex assigurati fl-Isvezja, il-perjodu ta’ referenza għandu jkun iddeterminat skond il-Kapitolu 8(2) u (8) ta’ l-Att imsemmi hawn fuq daqs li kieku l-persuna kkonċernata kienet assigurata fl-Isvezja. Jekk il-persuna kkonċernata ma jkollhiex dħul li jista’ jiġġenera pensjoni matul dan il-perjodu skond l-Att dwar il-pensjoni tax-xjuħija li għandha x’taqsam mad-dħul (1998:674), il-perjodu ta’ referenza jitħalla jibda mill-punt fiż-żmien iktar kmieni meta l-persuna assigurata kellha d-dħul minn attività bi qligħ fl-Isvezja.”
|
|
|
|
(iv)
|
Il-punt 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
“3.
|
|
(a)
|
Għall-iskop tal-kalkolu ta' l-attiv spekulattiv għal pensjoni ta’ persuna superstiti li għandha x’taqsam mad-dħul (l-Att 2000:461), jekk ma tkunx issodisfata l-kondizzjoni meħtieġa fil-leġiżlazzjoni Svediża għall-jedd tal-pensjoni għal dak li għandu x’jaqsam ma’ mill-inqas tlieta minn ħames snin kalendarji eżatt qabel il-mewt tal-persuna assigurata (il-perjodu ta’ referenza), għandhom ikunu rrikonoxxuti ukoll il-perjodi ta’ assigurazzjoni li wieħed ikun għamel fi Stati Membri oħra daqs li kieku jkun għamilhom fl-Isvezja. Il-perjodi ta’ assigurazzjoni fi Stati Membri oħra għandhom jitqiesu li huma bbażati fuq il-medja tal-bażi tal-pensjoni Svediża. Jekk il-persuna kkonċernata għandha fl-Isvezja biss sena b’bażi ta’ pensjoni, kull perjodu ta’ assigurazzjoni fi Stat Membru ieħor għandu jitqies li jikkostitwixxi l-istess ammont.
|
|
(b)
|
Għall-iskop tal-kalkulazzjoni ta’ krediti ta’ pensjoni spekulattiva għall-pensjonijiet tar-romol li għandhom x’jaqsmu ma’ mwiet fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, jekk ma tkunx issodisfata l-kondizzjoni meħtieġa fil-leġiżlazzjoni Svediża għall-krediti tal-pensjoni għal dak li għandu x’jaqsam ma’ mill-inqas tnejn mill-erba’ snin eżatt qabel il-mewt tal-persuna assigurata (il-perjodu ta’ referenza) u wieħed ikun għamel il-perjodi ta’ l-assigurazzjoni fi Stat Membru ieħor matul il-perjodu ta’ referenza, dawk is-snin għandhom jitqiesu bħala bbażati fuq l-istess krediti tal-pensjoni bħas-sena Svediża.”
|
|
|
|
|