1.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

249


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2006/865/PESK

tat-28 ta’ Novembru 2006

li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2005/824/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (BiH)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA:

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/824/PESK ta' l-24 ta' Novembru 2005 dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (BiH) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 (2) tagħha, flimkien mat-tieni inċiż ta' l-Artikolu 23(2), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Novembru 2005 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/824/PESK li tistabbilixxi li l-EUPM għandha titkompla sal-31 ta' Diċembru 2007. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-2007 għandu jiġi deċiż fuq bażi annwali.

(2)

Il-mandat ta' l-EUPM ser jiġi implementat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tkun ta' ħsara għall-objettivi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarju intiż biex ikopri n-nefqa relatata ma' l-implimentazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/824/PESK għandu jkun ta’ EUR 12 150 000 għall-2007.

2.   In-nefqa finanzjata mill-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi ġestit skond il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni li Ä3.

3.   In-nefqa għandha tkun eliġibbli mill-21 ta' Novembru 2006.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, 28 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

E. HEINÄLUOMA


(1)   ĠU L 307, 25.11.2005, p. 55.