|
1.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
215 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta’ Novembru 2006
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-Banek ċentrali nazzjonali, rigward l-awditur estern ta' Banka Slovenije
(2006/852/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2006/14 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2006 lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banka Slovenije (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu verifikati minn awdituri esterni indipendenti rakkomandati mill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE u approvati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/495/KE tal-11 ta' Lulju 2006 b'konformità ma' l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovenja tal-munita unika fl-1 ta' Jannar 2007 (2), is-Slovenja issa tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta' l-euro u d-deroga favur is-Slovenja msemmija fl-Artikolu 4 ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 (3). għandha tiġi abrogata b'effett mill-1 ta' Jannar 2007. |
|
(3) |
Wara l-abrogazzjoni tad-deroga għas-Slovenja, il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE irrakkomanda li l-Kunsill japprova lil Deloitte & Touche revizija d.o.o. bħala awdituri esterni għall-Banka Slovenije għas-snin finanzjarji 2007 u 2008, u li jibda mis-sena finanzjarja 2007. |
|
(4) |
Huwa xieraq li tiġi segwita r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE u li tiġi emendata d-Deċiżjoni 1999/70/KE (4) kif meħtieġ, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE:
“13. Deloitte & Touche revizija d.o.o huma b'dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Banka Slovenije għas-snin finanzjarji 2007 u 2008.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-BĊE.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
E. HEINÄLUOMA
(1) ĠU C 257, 25.10.2006, p. 19.
(2) ĠU L 195, 15.7.2006, p. 25
(3) ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).
(4) ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/476/KE (ĠU L 188, 11.7.2006, p. 7).