|
5.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
399 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-24 ta' Ottubru 2006
dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' “żejt tal-kolza b'livell għoli ta' sustanza li ma tistax tinbidel fsapun” bħala ingredjent ġdid ta' l-ikel skond ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 4975)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(2006/722/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar ikel ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (1), u partikolarment Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-24 ta' Ottubru 2001 il-kumpannija Laboratoires Pharmascience (issa magħrufa bħala Laboratoires Expanscience) talbet lill-awtoritajiet kompetenti biex tqiegħed fis-suq “żejt tal-kolza b'livell għoli ta' sustanza li ma tistax tinbidel f'sapun” bħala ingredjent ġdid ta' l-ikel. |
|
(2) |
Fit-8 ta' Jannar 2002 l-awtoritajiet kompetenti fi Franza ressqu r-rapport preliminari ta' evalwazzjoni tagħhom; Ir-rapport ikkonkluda li “żejt tal-kolza b'livell għoli ta' sustanza li ma tistax tinbidel f'sapun” propost bħala ingredjent ta' l-ikel fit-teħid ta' kuljum ta' 1.5 g se jagħmel tajjeb għat-teħid ta' vitamina E kif ukoll ikkonkluda li l-livelli ta' phytosterol ma kienux biżżejjed biex inaqqsu il-cholesterolaemia. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni bagħtet ir-rapport preliminari ta' evalwazzjoni lill-Istati Membri kollha fit-18 ta' Frar 2002. |
|
(4) |
Fi żmien is-60 jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, tqajmu oġġezzjonijiet motivati għat-tqegħid fis-suq tal-prodott b'mod konformi ma' dik id-dispożizzjoni. |
|
(5) |
Għalhekk l-Awtorita' Ewropea għas-Sigurta' ta' l-Ikel (AESI) ġiet ikkunsultata fit-30 ta' Jannar 2004 |
|
(6) |
Fis-6 ta' Diċembru 2005, AESI addottat “l-Opinjoni tal-Panel Xjentifiku dwar Prodotti tad-Dieta, Nutrizzjoni u Allerġiji fuq talba tal-Kummissjoni b'rabta ma' żejt tal-kolza b'livell għoli ta' sustanza li ma tistax tinbidel f'sapun' bħala ingredjent ġdid tal-ikel”. |
|
(7) |
L-opinjoni kkonkludiet li l-użu propost ta' 1.5 g kuljum ta' żejt tal-kolza b'livell għoli ta' sustanza li ma tistax tinbidel f'sapun' ma kienx perikoluż |
|
(8) |
Huwa magħruf li żejt tal-kolza b'livell għoli ta' sustanza li ma tistax tinbidel f'sapun' fl-użu intenzjonat ta' 1,5 g huwa sors mhux perikoluż ta' Vitamina E. Għal finijiet ta' tikkettar u preżentazzjoni, tapplika d-Direttiva 2002/46/KEE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar supplimenti ta' l-ikel. |
|
(9) |
Abbażi ta' valutazzjoni xjentifika, ġie stabbilit li żejt tal-kolza b'livell għoli ta' sustanza li ma tistax tinbidel f'sapun' huwa konformi mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nu 258/97. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Żejt tal-kolza b'livell għoli ta' sustanza li ma tistax tinbidel f'sapun', kif speċifikat fl-anness jista' jitqiegħed fis-suq bħala ingredjent ġdid ta' l-ikel biex jintuża fis-supplimenti ta' l-ikel
Artikolu 2
L-ammont massimu ta' żejt tal-kolza b'livell għoli ta' sustanza li ma tistax tinbidel f'sapun' preżenti f'porzjon rakkmandat mill-manifattur għal konsum ta' kuljum huwa 1.5g.
Artikolu 3
L-isem ta' l-ingredjent ġdid ta' l-ikel se jkun “estratt taż-żejt tal-kolza”.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Laboratoires Expanscience, Siège Social, 10, Avenue de l'Arche, F-92419 Courbevoie Cedex.
Magħmul fi Brussell, nhar il-24 ta' Ottubru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51. Direttiva hekk kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/37/KE (ĠU L 94, 1.4.2006, p. 32).
ANNESS
Speċifikazzjonijiet ta' żejt tal-kolza b'livell għoli ta' sustanza li ma tistax tinbidel f'sapun
DESKRIZZJONI
Żejt tal-kolza b'livell għoli ta' sustanza li ma tistax tinbidel f'sapun huwa prodott minn distillazzjoni bil-vakum u huwa differenti minn żejt tal-kolza rraffinat fil-konċentrat ta' frazzjoni li ma tistax tinbidel f'sapun (1 g f'żejt tal-kolza raffinat u 9 g f'żejt tal-kolza b'livell għoli ta' sustanza li ma tistax tinbidel f'sapun). Hemm tnaqqis minuri ta' triglycerides li għandhom aċti xaħmin monounsaturated u polyunsaturated.
SPEĊIFIKAZZJONIJIET
|
Sustanza li ma tistax tinbidel f'sapun |
> 7 g/100 g |
|
Tocopherols |
> 0,8 g/100 g |
|
α-tocopherol ( %) |
30 – 50 % |
|
γ-tocopherol ( %) |
50 – 70 % |
|
δ-tocopherol ( %) |
< 6 % |
|
Sterols, triterpenic alkoħol methysterols |
> 5 g/100 g |
|
Aċti xaħmin fi triglycerides |
|
|
aċtu palmitic |
3 – 8 % |
|
aċtu stearic |
0,8 – 2.5 % |
|
aċtu oleic |
50 – 70 % |
|
aċtu linoleic |
15 – 28 % |
|
aċtu linolenic |
6 – 14 % |
|
aċtu erucic |
< 2 % |
|
Valur ta' l-aċtu |
≤ 6 mg KOH/g |
|
Valur ta' Peroxid |
≤ 10 mEq O2/kg |
|
Ħadid (Fe) |
< 1 000 μg/kg |
|
Ram (Cu) |
< 100 μg/kg |
|
Polycyclic aromatic hydrocarbons (PAH) Benzo(a)pryne |
< 2 μg/kg |
Trattament ma' karbonju attiv huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li polycyclic aromatic hydrocarbons (PAH) ma jkunux arrikkiti fil-produzzjoni ta' żejt tal-kolza b'livell għoli ta' sustanza li ma tistax tinbidel f'sapun.