|
16.3.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
89 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ MONUC SPT/1/2006
tat-30 ta’ Mejju 2006
dwar l-aċċettazzjoni ta' kontributi ta' Stati terzi għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea b'appoġġ għall-Missjoni ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUC) matul il-proċess ta' l-elezzjoni
(2006/499/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 25 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2006/319/PESK tas-27 ta' April 2006 dwar l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea li tappoġġa l-Missjoni ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUC) matul il-proċess ta' l-elezzjoni (1) (l-Operazzjoni EUFOR RD Congo), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fuq talba tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà u skond il-kompiti mogħtija mill-Kumitat Militari ta' l-Unjoni Ewropea (KMUE), il-Kmandant ta' l-Operazzjoni ta' l-UE u l-Kmandant tal-Forza ta' l-UE laqqgħu l-Konferenzi dwar il-Ħolqien u l-Forniment ta' Forza fit-3 u l-10 ta' Mejju 2006. |
|
(2) |
Fuq rakkomandazzjonijiet tal-Kmandant ta' l-Operazzjoni ta' l-UE u tal-KMUE dwar kontribut mit-Turkija, il-kontribut mit-Turkija għandu jiġi aċċettat. |
|
(3) |
Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Kontributi ta' Stati Terzi
Wara l-Konferenzi dwar il-Ħolqien u l-Forniment ta' Forza, il-kontribut mit-Turkija għandu jiġi aċċettat għall-operazzjoni militari ta' l-UE fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo b'appoġġ għall-MONUC matul il-proċess ta' l-elezzjoni.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2006.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
J. KUGLITSCH