|
4.2.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
18 |
ID-DEĊIŻJONI Nru 167/2006/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Jannar 2006
li tikkonċerna l-attivitajiet ta’ ċerti pajjiżi terzi fil-qasam tan-navigazzjoni merkantili
(Verżjoni kodifikata)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80 (2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 78/774/KEE tad-19 ta’ Settembru 1978 dwar l-attivitajiet ta’ ċerti pajjiżi terzi fil-qasam tan-navigazzjoni merkantili (3) ġiet emendata b’mod sostanzjali (4). Għal raġunijiet ta’ iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Deċiżjoni għandha tkun kodifikata. |
|
(2) |
Sistemi ta’ informazzjoni għandhom ikunu stabbiliti biex jippermettu li l-istituzzjonijiet tal-Komunità jinżammu infurmati dwar l-attivitajiet tal-flottot ta’ terzi pajjiżi li l- prassi tagħhom huwa ta’ ħsara għall-interessi tan-navigazzjoni ta’ l-Istati Membri u b’mod partikolari safejn dawn l-attivitajiet jaffettwaw b’mod ħażin il-parteċipazzjoni kompetittiva tal-flotot ta’ l-Istati Membri fil-kummerċ marittimu internazzjonali. Dawn is-sistemi ta’ informazzjoni għandhom jiffaċilitaw il-konsultazzjoni fuq livell Komunitarju. |
|
(3) |
Għandha tkun ipprovduta il-possibiltà li l-miżuri meħtieġa jiġu adottati fuq livell Komunitarju għall-eżerċizzju konġunt mill-Istati Membri tal-poteri tagħhom li jadottaw kontromiżuri fir-rigward ta’ l-attivitajiet tan-navigazzjoni merkantili ta’ ċerti pajjiżi terzi, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa kollha biex jimplimenta sistema li tippermettih li jiġbor informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-flotot ta’ pajjiżi terzi li jsegwu prassi li huwa ta’ ħsara għall-interessi tan-navigazzjoni ta’ l-Istati Membri u b’mod partikolari safejn dawn l-attivitajiet jaffettwaw b’mod ħażin il-parteċipazzjoni kompetittiva tal-flotot ta’ l-Istati Membri fil-kummerċ marittimu internazzjonali.
Din is-sistema għandha tippermetti safejn meħtieġ lil kull Stat Membru biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu, biex jiġbor informazzjoni dwar:
|
(a) |
il-livell ta’ servizzi ta’ navigazzjoni merkantili offruti; |
|
(b) |
in-natura, il-volum, il-valur, l-oriġini u d-destinazjoni ta’ merkanzija mgħobbija jew imħatta fl-Istati Membri konċernati mill-bastimenti mqabbdin biex jaħdmu f’dawn is-servizzi; u |
|
(ċ) |
il-livell ta’ tariffi għal tali servizzi. |
Artikolu 2
1. Il-Kunsill b’maġġoranza kkwalifikata, għandu jiddeċiedi lil liema flotot ta’ pajjiżi terzi s-sistema ta’ l-informazzjoni għandha tiġi applikata b’mod konġunt.
2. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika t-tip ta’ navigazzjoni merkantili li għaliha għandha tapplika s-sistema ta’ informazzjoni, id-data ta’ l-introduzzjoni tagħha, l-intervalli li fihom għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni u liema tipi ta’ informazzjoni mniżżlin fit-tieni paragrafu ta’ l- Artikolu 1 għandhom jinġabru.
3. Kull Stat Membru għandu jgħaddi lill-Kummissjoni, perjodikament jew fuq it-talba ta’ dan ta’ l-aħħar, l-informazzjoni prodotta mis-sistema ta’ informazzjoni tiegħu.
4. Il-Kummissjoni għandha tiġbor l-informazzjoni għall-Komunità kollha. L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/587/KEE tat-13 ta’ Settembru 1977 li tistabbilixxi proċedura ta’ konsultazzjoni dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fuq kwistjonijiet ta’ trasport bil-baħar u fuq azzjonijiet dwar dawn il-kwistjonijiet f’organizzazzjonijiet internazzjonali (5) għandu japplika għal dik l-informazzjoni.
Artikolu 3
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw regolarment, fi ħdan l-istruttura tal-proċedura ta’ konsultazzjoni stabbilita mid-Deċiżjoni 77/587/KEE u fuq il-bażi inter alia ta’ l-informazzjoni prodotta mis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1, l-attivitajiet tal-flotot ta’ pajjiżi terzi speċifikati fid-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 (1).
Artikolu 4
Il-Kunsill b’mod unanimu jista’ jiddeċiedi fuq l-applikazzjoni konġunt mill-Istati Membri fir-relazzjonijiet tagħhom ma’ pajjiż terz jew grupp ta’ pajjiżi terzi li dwarhom deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 2 (1) tkun adottata, ta’ kontromiżuri xierqa li jiffurmaw parti mil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom.
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li japplikaw unilateralment is-sistemi ta’ informazzjoni nazzjonali tagħhom u l-kontromiżuri.
Artikolu 6
Id-Deċiżjoni 78/774/KEE hija permezz ta’ dan imħassra bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva.
Referenzi magħmula għad-Deċiżjoni li ġiet imħassra għandhom jiġu implimentati billi jirreferu għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, nhar it-18 ta’ Jannar 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
H. WINKLER
(1) ĠU C 110, tat-30.4.2004, p. 14.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2004 (ĠU C 102 E, tat-28.4.2004, p. 107) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005.
(3) ĠU L 258, tal-21.9.1978, p. 35. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 89/242/KEE (ĠU L 97, tal-11.4.1989, p. 47).
(4) Ara l-Anness I.
ANNESS I
Deċiżjoni mħassra flimkien ma’ l-emendament tagħha
|
Deċiżjoni tal-Kunsill 78/774/KEE |
|
|
Deċiżjoni tal-Kunsill 89/242/KEE |
ANNESS II
Tabella Ta Korrelazzjoni
|
Deċiżjoni 78/774/KEE |
Din id-Deċiżjoni |
|
Artikolu 1, paragrafu 1 |
Artikolu 1, l-ewwel paragrafu. |
|
Artikolu 1, paragrafu 2, sentenza tal-bidu |
Artikolu 1, it-tieni paragrafu, sentenza tal-bidu |
|
Artikolu 1, paragrafu 2, l-ewwel inċiż |
Artikolu 1, it-tieni paragrafu, punt (a) |
|
Artikolu 1, paragrafu 2, it-tieni inċiż |
Artikolu 1, it-tieni paragrafu, punt (b) |
|
Artikolu 1, paragrafu 2, it-tielet inċiż |
Artikolu 1, it-tieni paragrafu, punt (ċ) |
|
Artikoli 2-5 |
Artikoli 2-5 |
|
Artikolu 6 |
— |
|
— |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
|
— |
Anness I |
|
— |
Anness II |