29.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

118


REGOLAMENT Nru 1972/2005 TAL-KUNSILL (KE, EURATOM)

tad-29 ta’ Novembru 2005

li jadatta mill-1 ta’ Lulju 2005 r-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej u l-iskema applikabbli għall-aġenti l-oħra ta’ dawn il-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u emendati l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 (2), u notevolment l-Artikolu 83a u l-Anness XII ta’ l-imsemmija Regolamenti tal-Persunal,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Bi qbil ma’ l-Artikolu 13 ta’ l-Anness XII tar-Regolamenti ta’ l-Istaff, l-Eurostat ippreżenta, fl-1 ta’ Settembru 2005, ir-rapport relatat ma’ l-evalwazzjoni attwarja 2005 ta’ l-iskema tal-pensjonijiet, li taġġorna l-parametri mmirati f’dan l-Anness. Skond din l-evalwazzjoni r-rata neċessarja tal-kontribuzzjoni biex ikun żgurat il-bilanċ attwarju ta’ l-iskema tal-pensjonijiet hi ta’ 10.3 % tas-salarju bażiku.

(2)

Għaldaqstant, b’konformità ma’ l-Artikolu 2(2) ta’ l-Anness XII, l-adattament li jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2005 irid iwassal għal kontribuzzjoni li taqbeż l-10.25 %.

(3)

Għalhekk hu meħtieġ li jitwettaq adattament neċessarju fir-rata tal-kontribuzzjoni, li huwa neċessarju sabiex ikun żgurat il-bilanċ attwarju ta’ l-iskema tal-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej sal-massimu awtorizzat ta’ 10.25 % tas-salarju bażiku.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2005 r-rata tal-kontribuzzjoni mmirata fl-Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Persunal hija stabbilita għal 10.25 %.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament f’kull Stat Membru.

Magħmul fi Brussel, nhar id-29 ta’ Novembru 2005.

Mill-Kunsill

Il-President

A. JOHNSON


(1)   ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(2)   ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1.