|
29.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
241 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUPOL KINSHASA/2/2005
tat-22 ta' Novembru 2005
li testendi l-mandat tal-Kap ta' Missjoni tal-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-UE f’Kinshasa (DRC), EUPOL Kinshasa
(2005/921/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 25(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/847/PESK tad-9 ta’ Diċembru 2004 dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea f’Kinshasa (DRC) fir-rigward ta' l-Unità tal-Pulizija Integrata (EUPOL “KINSHASA”) (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 5 u 8 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fid-9 ta' Diċembru 2004, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà adotta d-Deċiżjoni EUPOL KINSHASA 1/2004 (2) li taħtar lis-Sur Adilio Custódio bħala Kap ta' Missjoni ta' l-EUPOL KINSHASA. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni msemmija aktar 'il fuq tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2005. |
|
(3) |
Fis-7 ta' Novembru 2005 il-Kunsill qabel li jestendi l-EUPOL “KINSHASA” għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar. |
|
(4) |
Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Adilio Custódio bħala Kap tal-Missjoni ta' l-EUPOL “KINSHASA” sat-tmiem tal-Missjoni. |
|
(5) |
Il-mandat tal-Kap ta' Missjoni ta' l-EUPOL “KINSHASA” għandu għalhekk jiġi estiż sat-tmiem tal-Missjoni. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Adilio Custódio bħala Kap ta' Missjoni ta' l-EUPOL “KINSHASA” huwa b'dan estiż sat-tmiem tal-Missjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika sat-tmien tal-Missjoni EUPOL “KINSHASA”.
Magħmula fi Brussel, nhar it-22 ta' Novembru 2005.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
J. KING