12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

434


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-7 ta' Settembru 2005

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea skond punt 3 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-7 ta' Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea li jissupplimenta l-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 dwar id-dixxiplina tal-baġit u titjib fil-proċedura tal-baġit

(2005/706/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-7 ta' Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea li jissupplimenta il-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 dwar id-dixxiplina tal-baġit u titjib fil-proċedura tal-baġit (1), u b'mod partikolari punt 3 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabilixxi il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (2),

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Filwaqt li:

(1)

L-Unjoni Ewropea waqqfet Fond ta' Solidarjetà (il-“Fond”) biex turi solidarjetà mal-popolazzjonijiet tar-reġjuni milquta mid-diżastru.

(2)

L-Islovakkja ppreżentat applikazzjoni fl-24 ta' Jannar 2005 biex timmobilizza il-Fond ta' wara d-diżastru kkawżat minn tempesta.

(3)

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-7 ta' Novembru 2002 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-limitu ta' biljun EUR annwali.

(4)

Id-diżastru kkawżat mit-tempesta fl-Islovakkja f'Novembru 2004 jissodisfa il-kriterji biex jiġu mmobilizzati l-Fondi ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea se jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 5 667 578 bħala allokazzjoni ta' impenn mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, nhar is-7 ta' Settembru 2005.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

D. ALEXANDER


(1)   ĠU C 283, 20.11.2002, p. 1.

(2)   ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.