|
18.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
46 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-3 ta' Frar 2005
li tawtorizza lill-Iżvezja tuża s-sistema stabbilita mit-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 li tieħu post l-istħarriġ statistiku dwar il-bhejjem bovini
(innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 194)
(It-test bil-lingwa Żvediża biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/105/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/24/KEE ta' l-1 ta' Ġunju 1993 dwar l-istħarriġ statistiku li għandu jsir fil-qasam tal-produzzjoni tal-bovini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u (3) tagħha.
Billi:
|
(1) |
It-Titolu 1 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1760/2000 (2) li jistabbilixxi sistema ta' identifikazzjoni u ta' reġistrazzjoni tal-bovini. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/693/KE tagħraf il-karattru operazzjonali tas-sistema Svediża dwar l-informazzjoni dwar il-bovini (3). |
|
(3) |
Fi qbil mad-Direttiva 93/24/KEE, l-Istati Membri jistgħu, fuq talba tagħhom, ikunu awtorizzati jużaw sorsi ta' informazzjoni amministrattivi minflok l-istħarriġ dwar il-bhejjem bovini sakemm dawn jobdu l-obbligi li tqiegħed id-Direttiva msemmija. |
|
(4) |
B'appoġġ għat-talba tagħha tad-29 ta' Ottubru 2003, l-Isvezja tat dokumentazzjoni teknika dwar l-istruttura u l-aġġornar ta' l-informazzjoni msemmija fit-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 kif ukoll dwar il-metodi tal-kalkolu ta' l-informazzjoni statistika. |
|
(5) |
B'mod partikolari, l-Iżvezja pproponiet metodi ta' kalkolu sabiex tikseb informazzjoni statistika għall-kategoriji, imsemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/24/KEE, li mhumiex direttament disponibbli fl-informazzjoni msemmija fit-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000. L-Isvezja għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex tiżgura li dawn il-metodi ta' kalkolu jiżguraw il-preċiżjoni ta' l-informazzjoni statistika. |
|
(6) |
Wara l-eżaminar tad-dokumentazzjoni teknika li taw l-awtoritajiet Svediżi, jirriżulta li t-talba għandha tiġi aċċettata. |
|
(7) |
Din id-Deċiżjoni hija fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti ta' l-Istatistika Agrikola mwaqqfa mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 72/279/KE (4). |
IDDEĊIDIET HEKK:
Artikolu 1
L-Isvezja hija awtorizzata tibdel l-istħarriġ dwar il-bhejjem bovini stipulata mid-Direttiva tal-Kunsill 93/24/KEE bl-użu tas-sistema ta' identifikazzjoni u ta' reġistrazzjoni tal-bovini msemmija fit-Titolu I tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 sabiex tikseb l-informazzjoni statistika kollha mitluba sabiex ikunu konformi ma' l-obbligi mitluba mid-Direttiva msemmija.
Artikolu 2
Jekk is-sistema msemmija fl-Artikolu 1 ma tibqax operazzjonali jew jekk il-kontenut tagħha ma jippermettix li tinkiseb informazzjoni statistika ta' min jafda fuqha b'mod ġenerali jew dwar ċerti kategoriji ta' bovini, l-Isvezja terġa' lura għas-sistema ta' stħarriġ statistiku għall-evalwazzjoni ta' l-informazzjoni tal-bhejjem bovini jew tal-kategoriji kkonċernati.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Iżvezja.
Magħmula fi Brussell, fit-3 ta' Frar 2005.
Mill-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 149 tal-21.6.1993, p. 5.; Direttiva emendata mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) (ĠU L 284 tal-31.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 204 tal-11.08.2000, p. 1. Regolament emendat bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' 2003.